EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0715(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Lulju 2011 li taħtar is-supplenti għall-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti

ĠU C 209, 15.7.2011, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/10/2021

15.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

li taħtar is-supplenti għall-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti

2011/C 209/09

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011, wara li nkisbet l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/858/KE (2) li ħatret lis-Sur Paul A.C.E. VAN DER KOOIJ bħala l-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti u lis-Sur Timothy MILLETT bħala s-supplenti tiegħu.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Timothy MILLETT saret vakanti l-pożizzjoni ta’ supplenti għall-President tal-Bord tal-Appell,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Sari Kaarina HAUKKA, imwielda fit-12 ta' Lulju 1966, hija b'dan maħtura bħala supplenti għall-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti għal perijodu ta' ħames snin.

Il-mandat tagħha għandu jibda mid-data li fiha hija tassumi d-doveri tagħha. Tali data għandha tiġi miftiehma mal-President u mal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 21.12.2007, p. 105.


Top