Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0730

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 730/2010 tat- 13 ta’ Awwissu 2010 li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa

    ĠU L 214, 14.8.2010, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2014; Imħassar b' 32014R0639

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/730/oj

    14.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 214/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 730/2010

    tat-13 ta’ Awwissu 2010

    li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jħassar r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 142(d) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 (2) jispeċifika l-ogħla limitu għall-allokazzjoni għal drittijiet għal-pagamenti mir-riżerva nazzjonali għal bdiewa f'sitwazzjoni speċjali, li għandu jiġi stabbilit l-għadd massimu ta' drittijiet ta' pagamenti li bidwi jista' jirċievi skont l-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, minflok saret referenza bi żball għall-Artikolu 22 ta' dak ir-Regolament. Jeħtieġ li dak l-iżball jiġi kkoreġut, b'effett mid-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1120/2009 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fit-tieni subparagrafu l-Artikolu 19(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009, l-“Artikolu 22” jinbidel bl-“Artikolu 17”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

    (2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.


    Top