EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009A1021(01)

Opinjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Ottubru 2009 dwar il-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta’ Chooz-B, fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

ĠU C 251, 21.10.2009, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

21.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Ottubru 2009

dwar il-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta’ Chooz-B, fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(it-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

2009/C 251/01

Fl-20 ta' April 2009, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern ta’ Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta' Chooz-B.

Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanzi bejn l-impjant nukleari u l-eqreb Stati Membri huma: 3,5 km fil-każ tal-Belġju, 70 km fil-każ tal-Lussemburgu, 95 km fil-każ tal-Ġermanja, 97 km fil-każ tal-Olanda u 270 km fil-każ tar-Renju Unit.

2.

Il-modifiki ppjanati sejrin jinvolvu tnaqqis kumplessiv fil-limiti għall-iskariki ta’ gass u likwidu, għajr għall-iskariki tat-tritium fil-forma ta’ likwidu, li huma previsti li jiżdiedu.

3.

F’kundizzjonijiet ta' operat normali, il-modifiki ppjanati mhumiex se jikkawżaw esponiment li jista' jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stati Membri oħra.

4.

Fil-każ ta' rilaxxi mhux ippjanati ta' tnixxijiet radjuattivi li jistgħu jirriżultaw minn aċċident tat-tip u l-livell ta’ serjetà meqjusa fid-Dejta Ġenerali oriġinali, il-modifiki ppjanati fis-sistema ta' ġestjoni tal-fjuwil ma għandhomx jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.

Madankollu, fil-każ li jseħħ xi aċċident aktar serju, id-dożi li jaslu fil-popolazzjoni jistgħu jilħqu livelli li jirrikjedu t-teħid ta' kontramiżuri mill-awtoritajiet kompetenti. Minħabba li t-territorju Belġjan jinstab tant qrib, id-dejta speċifika neċessarja għall-informazzjoni u l-protezzjoni tal-popolazzjoni għandha tasal għand l-awtoritajiet rilevanti tal-Belġju kmieni u bl-istess dettall daqs kemm tasal għand l-awtoritajiet Franċiżi. Il-Kummissjoni tinnota li fit-8 ta' Settembru 1998, il-gvernijiet ta' Franza u tal-Belġju ffirmaw ftehim ta' kooperazzjoni bilaterali speċifiku għas-sit, u b'hekk kisbu l-konformità meħtieġa skont ir-rakkomandazzjoni li saret f'dan ir-rigward fl-Opinjoni inizjali tal-Kummissjoni tal-1994.

B’konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-impjant nukleari ta' Chooz-B, fi Franza, kemm fl-operat normali kif ukoll fil-każ ta' inċident tat-tip u l-livell ta’ serjetà meqjusa fid-Dejta Ġenerali, mhux mistenni li tirriżulta fit-tniġġis radjuattiv tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-atmosfera ta' Stat Membru ieħor.


Top