EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R0192

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/98 ta’ l-20 ta’ Jannar 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3072/95 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross u r-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żerriegħa

ĠU L 20, 27.1.1998, p. 16–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/192/oj

31998R0192



Official Journal L 020 , 27/01/1998 P. 0016 - 0017


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/98

ta’ l-20 ta’ Jannar 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3072/95 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross u r-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żerriegħa

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [3],

Billi s-sistema ta’ ħlas ta’ kumpens introdotta bl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 [4] għandha tkun estiża biex tkopri prodotti ta’ross fil-qoxra (ross li għadu fil-fosdqa jew ross mhux maħdum) biex jinżera’; billi l-waqgħa fil-prezzijiet marbuta mat-tnaqqis fil-prezz ta’ l-intervent provdut fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament għandu impatt fuq il-prezzijiet ta’ ross biex jinżera’; billi, minħabba n-nuqqas ta’ kumpens adegwat, hemm ir-riskju li r-riżultat ikun l-użu mnaqqas ta’ żerriegħa ċertifikata u deterjorazzjoni fil-kwalità tar-ross;

Billi r-ross li jinżera’ għandu jkun inkluż fost dawk il-prodotti koperti bir-Regolament (KE) Nru 3072/95 unikament biex ikun jista’ jikkwalifika għall-ħlas ta’ kumpens; billi wieħed għandu jiftakar li l-prodott jikkwalifika għall-għajnuna tal-produzzjoni għal żerriegħa taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2358/71 [5];

Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 jiffissa l-prezz ta’ intervent għal ross li għadu fil-fosdqa fl-istess livell għall-1999/2000 u snin sussegwenti tas-suq; billi għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-ħlasijiet ta’ kumpens iffissatti fl-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament biex jibqa’ l-istess għall-1999/2000 u s-snin tas-suq li jiġu wara;

Billi, skond l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, is-sistema ta’ ħlasijiet kumpens għandha tiġi applikata fuq il-bażi ta’ żonż stabbilita minn Stat Membru produttur; billi għalhekk għandha ssir dispożizzjoni li t-tnaqqis ikun japplika fil-każ ta’ produzzjoni żejda f’dik iż-żona li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru konċernat;

Billi l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 jipprovdi għall-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet minn produtturi u proċessaturi; billi dik id-dispożizzjoni għandha tiġi emendata biex tħassir kull referenza għaż-żona ta’ bażi nazzjonali;

Billi jidher ekonomikament ġustifikat li l-ħlasjiet lura ta’ esportazzjoni li għandhom jingħataw bil-kondizzjoni li tingħata prova li l-prodott ikun ġie totalment miksub mill-Komunità skond it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [6]; billi dik l-obbligazzjoni ma tapplikax fil-każ ta’ ri-esportazzjoni;

Billi, wara l-estensjoni tas-sistema ta’ ħlasijiet ta’ kumpens għal ross biex jinżera’ u biex jiġi assigurat bilanċ fis-suq taż-żerriegħa, partikolarment biex jitħarsu l-possibiltajiet ta’ disponiment skond iż-żona bażi stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, jidher ġustifikat li jiġi introdott mekkaniżmu biex jistabbilizza l-produzzjoni ta’ żerriegħa tar-ross; billi għandha ssir dispożizzjoni biex is-sistema għall-ħlasijiet ta’ kumpens tiġi estiża u biex il-mekkaniżmu ta’ stabilizzazzjoni stabbilit ikun japplika mill-bidu tas-sena tas-suq 1998/99,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 3072/95 huwa b’dan emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 1:

(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. L-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross għandha tikkomprendi sistema ta’ prezz u negozjar li tkun tkopri dawn il-prodotti:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

| |

(a) | 100610 | Ross fil-qoxra (ross fil-fosdqa jew mhux maħdum) |

100620 | Ross fil-qoxra (ismar) |

100630 | Ross nofsu mitħun jew mitħun kollu kemm hu, sew jekk imnaddaf jew glejżjat |

(b) | 10064000 | Ross miksur |

(ċ) | 11023000 | Dqiq mir-ross |

11031400 | Xgħir u qlub tar-ross |

11032950 | Boċċi tar-ross |

11041991 | Ross imfarrak |

11081910 | Lamtu tar-ross." |

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. Dan ir-Regolament għandu japplika għar-ross fil-qoxra (ross li għadu fil-fosdqa jew ross mhux maħdum) għaż-żergħa kopert bil-kodiċi NM 10061010 unikament għall-iskop tas-sistema tal-ħlasijiet ta’ kumpens provduti fl-Artikolu 6."

2. fl-Artikolu 6:

(a) fil-paragrafu 3, l-intestatura tar-raba’ kolonna tat-tabella għandha tiġi sostitwita bi "1999/2000 u s-snin tas-suq li jiġu wara"

(b) fil-paragrafu 5:

(i) it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"meta s-subparagrafu precedenti jiġi applikat, l-Istat Membru koncernat għandu, qabel tiġi iffisata d-data skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament, jistabbilixxi l-iskala tat-tnaqqis li għandha tiġi applikata għall-ħlas ta’ kumpens. Minn qabel u malajr kemm jista’ jkun għandu javża b’dan lill-Kummissjoni."

(ii) fil-bidu tat-tielet subparagrafu, il-kliem "Għal kull żona bażi’" għandhom jitħassru;

3. fl-Artikolu 13:

(a) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 12, l-ewwel indent għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"il-prodotti jkunu nkisbu kollha kemm huma Komunità skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, ħlief fejn japplika l-paragrafu 13"

(b) l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 13 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Ma għandu jingħata ebda ħlas lura ta’ esportazzjoni fuq ross importat minn u ri-esportati lejn pajjiżi terzi, kemm-il darba l-esportatur ma jipprovax li:

- il-prodott li għandu jiġi esportat u l-prodott li ġie importat qabel huma l-istess wieħed,

- id-dazji ta’ importazzjoni kollha kienu nġabru malli l-prodott ġie rilaxxat fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa."

L-Artikolu 2

Il-paragrafu li ġej huwa b’dan miżjud ma’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71:

"4a. Il-kwantità massima ta’ żerriegħa tar-ross li fuqha għandha titħallas l-għajnuna fil-Komunità għandha tiġi ffissata skond il-procedura riferita fil-paragrafu 5. Dik il-kwantità għandha titqassam bejn il-produtturi ta’ l-Istati Membri kollha."

L-Artikolu 3

Dan ir-regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Iżda, l-Artikolu 1(1) għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 1998 u l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1998.

Dan ir-regoalment għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Jannar 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Cunningham

[1] ĠU C 312, ta’ l-14.10.1997, p. 18.

[2] L-Opinjoni mogħtija fl-14 ta’ Jannar 1998 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] L-Opinjoni mogħtija fl-10 ta’ Diċembru 1997 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 613/97 (ĠU L 94, tad-9.4.1997, p. 1).

[5] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105).

[6] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 (ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1).

--------------------------------------------------

Top