EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0944

Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat tat-Trasport Intern Komunità/Żvizzera tat-12 ta' Ġunju 2018 li jemenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq [2018/944]

C/2018/3672

ĠU L 166, 3.7.2018, p. 20–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/944/oj

3.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/20


DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUMITAT TAT-TRASPORT INTERN KOMUNITÀ/ŻVIZZERA

tat-12 ta' Ġunju 2018

li jemenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq [2018/944]

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 52(4) tal-Ftehim fih previst li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta d-deċiżjonijiet li jirrevedu l-Anness 1. Dan l-anness ġie emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2/2016 tal-Kumitat Konġunt tal-10 ta' Ġunju 2016 (1).

(2)

Minn din l-aħħar emenda 'l hawn, ġew adottati atti legali ġodda tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma koperti mil-Ftehim. Għalhekk, l-Anness 1 jenħtieġ li jiġi adattat biex jinkludi dawn il-partijiet ġodda tal-leġiżlazzjoni rilevanti. Għal raġunijiet ta' ċarezza legali u simplifikazzjoni, ikun aħjar li l-Anness 1 tal-Ftehim jinbidel bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness 1 tal-Ftehim jinbidel bit-test tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2018.

Magħmul f'Berna, it-12 ta' Ġunju 2018.

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Il-President

Peter FÜGLISTALER

Għall-Unjoni Ewropea

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Elisabeth WERNER


(1)  ĠU L 186, 9.7.2016, p. 38.


ANNESS

ANNESS 1

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI

F'konformità mal-Artikolu 52(6) ta' dan il-Ftehim, l-Iżvizzera tapplika dispożizzjonijiet legali ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn taħt:

DISPOŻIZZJONIJIET RILEVANTI TAD-DRITT TAL-UNJONI EWROPEA

TAQSIMA 1 – AĊĊESS GĦALL-PROFESSJONI

Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82).

Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51), kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim,

a)

l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera għandhom jeżentaw liċ-ċittadini kollha tal-Konfederazzjoni Żvizzera, ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u ta' Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea mill-obbligu li jkollhom ċertifikazzjoni ta' sewwieq.

b)

il-Konfederazzjoni Żvizzera ma tistax teżenta liċ-ċittadini ta' Stati oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt a) hawn fuq mill-obbligu li jkollhom fil-pussess tagħhom ċertifikazzjoni ta' sewwieq qabel ma tikkonsulta u tikseb l-approvazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

c)

id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (dwar il-kabotaġġ) ma japplikawx.

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 (dwar il-kabotaġġ) ma japplikawx.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 36).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 tas-16 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 335, 18.12.2010, p. 21).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2014 tad-9 ta' April 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 (KE) (ĠU L 107, 10.4.2014, p. 39).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 8).

TAQSIMA 2 – STANDARDS SOĊJALI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' registrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8), kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 19).

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħrig perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1), kif emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35), kif emendata l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta' Marzu 2016 (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 8).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 581/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 dwar il-perjodi massimi għat-tniżżil ta' data rilevanti mill-unitajiet tal-vetturi u minn kards tas-sewwieqa (ĠU L 168, 2.7.2010, p. 16).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1013 tat-30 ta' Marzu 2017 li tfassal il-formola standard għar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 16.6.2017, p. 28).

TAQSIMA 3 – STANDARDS TEKNIĊI

Vetturi bil-mutur

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16) kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/34/KE tal-14 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 49).

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE | tat-3 ta' Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri f'dak li hu miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-ħruġ ta' gassijiet u tniġġis ta' partiċelli minn compression ignition engines għal użu f'inġenji, u ħruġ ta' gassijiet li jniġġsu minn positive ignition engines li jaħdmu b'gass naturali jew gass tal-pitrolju likwidu għall-użu f'inġenji (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33), p. 33), emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE tal-10 ta' April 2001 (ĠU L 107, 18.4.2001, p. 10).

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà f'vetturi ta' inqas minn 3,5 tunnellati (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26), kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/37/UE tas-27 ta' Frar 2014 (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 32).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27) kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2002/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8).

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KEE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata permezz tad-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 tat-3 ta' Novembru 1998 dwar kif jingħaraf fit-traffiku inter-Komunitarju d-distintiv tal-Istat Membru fejn ikunu rreġistrati l-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 299, tal-10.11.1998, p. 1).

Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1), kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/47/UE tal-5 ta' Lulju 2010 (ĠU L 173, 8.7.2010, p. 33).

Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b'compression ignition għall-użu f'vetturi, u l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi minn magni b'positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f'vetturi (ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1) kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta' Lulju 2008 (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51).

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1), kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 133/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 (ĠU L 47, 18.2.2014, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom, ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1), kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2014 tat-12 ta' Ġunju 2014 (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 28).

Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131).

Trasport ta' oġġetti perikolużi

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KEE tas-6 ta' Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35) kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 11).

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13) kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2018/217 tal-31 ta' Jannar 2018 (ĠU L 42, 15.2.2018, p. 52).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, fl-Iżvizzera japplikaw id-derogi tad-Direttiva 2008/68/KE li ġejjin:

1.   Trasport bit-triq

Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi

RO - a - CH - 1

Suġġett: Trasport ta' fjuwil tad-diżil u taż-żejt għat-tisħin bin-numru UN 1202 fil-kontejners tank.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, ta' din id-Direttiva: il-punti 1.1.3.6 u 6.8.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-eżenzjonijiet relatati mal-kwantitajiet ittrasportati għal kull unità ta' trasport, ir-regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni tat-tankijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-kontejners tank li mhumiex mibnija skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' anqas minn jew daqs 1 210 litri u li jintużaw għat-trasport ta' żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru UN 1202 jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet skont il-punt 1.1.3.6 ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Appendiċi 1, il-punti 1.1.3.6.3(b) u 6.14, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2023.

RO - a - CH - 2

Suġġett: l-eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi kif definit fil-punt 1.1.3.6.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, ta' din id-Direttiva: il-punti 1.1.3.6 u 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: rekwiżit li jkun hemm dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' kontenituri vojta mhux imnaddfa li jidħlu fil-Kategorija tat-Trasport 4 u ċilindri tal-gass mimlija jew vojta għal apparat tan-nifs għall-użu minn servizzi ta' emerġenza jew bħala tagħmir tal-għads taħt l-ilma, fi kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stipulati fil-punt 1.1.3.6, mhuwiex suġġett għall-obbligu li jkollu d-dokument tat-trasport previst fil-punt 5.4.1

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Appendiċi 1, il-punt 1.1.3.6.3(c) tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2023.

RO - a - CH - 3

Suġġett: Trasport ta' tankijiet vojta u mhux imnaddfa minn kumpaniji li jagħtu servizz ta' manutenzjoni lill-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, ta' din id-Direttiva: il-punti 6.5, 6.8, 8.2 u 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni ta' tankijiet u vetturi; taħriġ għas-sewwieq.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-vetturi u t-tankijiet/kontenituri vojta mhux imnaddfa li jintużaw minn kumpaniji ta' manutenzjoni fil-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma biex iżommu likwidi waqt li tkun qed issir manutenzjoni fuq it-tankijiet stazzjonarji mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni, tat-tikkettar u l-identifikazzjoni “orange-plate” stipulati mill-ADR. Huma suġġetti għal regolamenti speċifiċi ta' tikkettar u ta' identifikazzjoni, u s-sewwieq tal-vettura mhux suġġett għat-taħriġ deskritt fil-punt 8.2.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Appendiċi 1, il-punt 1.1.3.6.3.10 tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2023.

Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi.

RO - bi - CH - 1

Suġġett: It-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi għal impjanti għar-rimi tal-iskart.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, ta' din id-Direttiva: il-punti 2, 4.1.10, 5.2 u 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ ikkumbinat, l-immarkar u t-tikkettar, id-dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli jinkludu dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-klassifikazzjoni ssimplifikata ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi (domestiċi) minn espert rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, għall-użu ta' reċipjenti xierqa u għat-taħriġ tas-sewwieq. L-iskart domestiku li ma jkunx jista' jiġi kklassifikat mill-espert jista' jiġi ttrasportat lejn ċentru tat-trattament fi kwantitajiet żgħar identifikat skont il-pakkett u skont l-unità tat-trasport.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Appendiċi 1, il-punt 1.1.3.7 tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Osservazzjonijiet: Dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati biss għat-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi bejn il-postijiet pubbliċi tat-trattament u l-impjanti għar-rimi tal-iskart.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2023.

RO - bi - CH - 2

Suġġett: Trasport lura tal-logħob tan-nar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, ta' din id-Direttiva: il-punti 2.1.2 u 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni u dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sabiex jiġi ffaċilitat it-trasport lura tal-logħob tan-nar bin-numri UN 0335, 0336 u 0337 minn bejjiegħa bl-imnut għall-fornituri tagħhom, huma previsti xi derogi fir-rigward tal-indikazzjoni tal-massa netta u l-klassifikazzjoni tal-prodotti fid-dokument tat-trasport.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Appendiċi 1, il-punt 1.1.3.8 tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Osservazzjonijiet: Il-verifika ddettaljata tal-kontenut eżatt ta' kull oġġett ta' prodott mhux mibjugħ f'kull pakkett hija prattikament impossibbli għall-prodotti maħsuba għall-kummerċ bl-imnut.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2023.

RO - bi - CH - 3

Suġġett: Iċ-ċertifikat ta' taħriġ ADR għal vjaġġi li jsiru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li tkun ġratilhom il-ħsara, vjaġġi biex jitwettqu tiswijiet, vjaġġi biex jiġu eżaminati vetturi bit-tank/bit-tankijiet, u vjaġġi li jsiru f'vetturi bit-tank minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vettura kkonċernata.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, ta' din id-Direttiva: il-punt 8.2.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa jridu jagħmlu kors ta' taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-taħriġ u ċ-ċertifikati ta' taħriġ tal-ADR mhumiex meħtieġa għal vjaġġi li jsiru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li tkun ġratilhom il-ħsara jew għal provi tas-sewqan relatati ma' tiswijiet, vjaġġi li jsiru f'vetturi bit-tank bl-għan li tiġi eżaminata l-vettura bit-tank jew it-tank tagħha, u vjaġġi li jsiru minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vetturi bit-tank.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Struzzjonijiet tat-30 ta' Settembru 2008 tad-Dipartiment Federali tal-Ambjent, it-Trasport, l-Enerġija u l-Komunikazzjoni (DETEC) dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq.

Osservazzjonijiet: Ġieli jiġri li l-vetturi li tkun ġratilhom ħsara jew li jkunu qed isirulhom it-tiswijiet u vetturi bit-tank li jkunu qed jitħejjew għal spezzjoni teknika jew li qed jiġu vverifikati matul l-ispezzjoni teknika jkunu għadhom qed iġorru oġġetti perikolużi.

Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom applikabbli.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2023.

2.   It-trasport bil-ferrovija

Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi

RA - a - CH - 1

Suġġett: Trasport ta' fjuwil tad-diżil u taż-żejt għat-tisħin bin-numru UN 1202 fil-kontejners tank.

Referenza għat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta' din id-Direttiva: il-punt 6.8.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni tat-tankijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-kontejners tank li mhumiex mibnija skont il-punt 6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' 1 210 litri jew anqas u li jintużaw għat-trasport ta' żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru UN 1202 huma awtorizzati.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-Anness tal-Ordinanza DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6) u l-Appendiċi 1, il-Kapitolu 6.14 tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR, RS 741.621).

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2023.

RA - a - CH - 2

Suġġett: Dokument tat-trasport.

Referenza għat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta' din id-Direttiva: il-punt 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: użu ta' terminu kollettiv fid-dokument tat-trasport u lista mehmuża li fiha l-informazzjoni preskritta kif stipulat hawn fuq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-Anness tal-Ordinanza DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6).

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2023.

Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1).

TAQSIMA 4 – DRITTIJIET TA' AĊĊESS U TRANŻITU FIR-RIGWARD TAL-FERROVIJI

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25).

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70).

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-ħlas ta' drittijiet tal-infrastruttura (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 75).

Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44) kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/88/UE tad-9 ta' Lulju 2014 (ĠU L 201, 10.7.2014, p. 9).

Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51), kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2016/882 tal-1 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 146, 3.6.2016, p. 22).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 tat-13 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta' format komuni Ewropew għaċ-ċertifikati tas-sigurtà u d-dokumenti tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar il-validità taċ-ċertifikati tas-sigurtà li nħarġu skont id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 14.6.2007, p. 9), kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/756/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30), kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2011/107/UE tal-Kummissjoni tal-10 ta' Frar 2011 (ĠU L 43, 17.2.2011, p. 33).

Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1), kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/38/UE tal-10 ta' Marzu 2014 (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 20).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2009 dwar id-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 341, 22.12.2009, p. 1), emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2299 tas-17 ta' Novembru 2015 (ĠU L 324,10.12.2015, p. 15).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2010 tat-3 ta' Diċembru 2009 dwar mudelli Komunitarji għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, ċertifikati komplementari, kopji ċċertifikati taċ-ċertifikati komplementari u formoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 13, 19.1.2010, p. 1):

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta' Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta' konformità, adattezza għall-użu, u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2010 tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 13).

Ir-Regolament (UE) Nru 201/2011 tal-1 ta' Marzu 2011 dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja (ĠU L 57, 2.3.2011, p. 8).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE tas-26 ta' April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 126, 14.5.2011, p. 53), kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 2012/464/UE tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2012 (ĠU L 217, 14.8.2012, p. 20).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11), kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/302 tal-25 ta' Frar 2015 (ĠU L 55, 26.2.2015, p. 2).

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta' Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi ferrovjarji awtorizzati (ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/765/UE tat-22 ta' Novembru 2011 dwar kriterji għar-rikonoxximent ta' ċentri tat-taħriġ involuti fit-taħriġ ta' sewwieqa tal-ferroviji, dwar kriterji għar-rikonoxximent tal-eżaminaturi ta' sewwieqa tal-ferroviji u dwar kriterji għall-organizzazzjoni ta' eżamijiet skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 314, 29.11.2011, p. 36).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/KE tal-25 ta' Jannar 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 51, 23.2.2012, p. 1), kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/14 tal-5 ta' Jannar 2015 (ĠU L 3, 7.1.2015, p. 44).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2012/757/UE tal-14 ta' Novembru 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “tal-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE (ĠU L 345, 15.12.2012, p. 1), kif emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/710/UE tat-2 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 323, 4.12.2013, p. 35).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza wara l-ħruġ ta' ċertifikat ta' sikurezza jew awtorizzazzjoni ta' sikurezza (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 3).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 8).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta' Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE (ĠU L 104 tat-12.4.2013, p. 1), emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1236/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 322, 3.12.2013, p. 23).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 402/2013 tat-30 ta' April 2013 dwar il-metodu komuni ta' sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 352/2009 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 8) kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1136 tat-13 ta' Lulju 2015 (ĠU L 185, 14.7.2015, p. 6).

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/880/UE tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/633/UE (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 489).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mas-sottosistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 179).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-“sikurezza fil-mini ferrovjarji” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 394).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — storbju” li jemenda d-Deċiżjoni 2008/232/KE u li jħassar id-Deċiżjoni 2011/229/UE, ĠU L 356, 12.12.2014, p. 421).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/171 tal-4 ta' Frar 2015 dwar ċerti aspetti tal-proċedura ta' liċenzjar tal-impriżi ferrovjarji (ĠU L 29, 5.2.2015, p. 3).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/909 tat-12 ta' Ġunju 2015 dwar il-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju (ĠU L 148, 13.6.2015, p. 17).

TAQSIMA 5 – OQSMA OĦRAJN

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxi tas-sisa fuq żjut minerali (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19).

Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39).

Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).


Top