EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0218

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 218/2014 tal-24 ta' Ottubru 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1442]

ĠU L 230, 3.9.2015, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1442/oj

3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 218/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1442]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 334/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, fir-rigward ta’ ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess għas-suq (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 405/2014 tat-23 ta’ April 2014 li japprova l-aċidu lawriku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2014 tat-23 ta’ April 2014 li japprova l-etilbutilaċetilamminopropjonat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 407/2014 tat-23 ta’ April 2014 li japprova t-transflutrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 408/2014 tat-23 ta’ April 2014 li japprova d-diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2014 tad-29 ta’ April 2014 li japprova l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 438/2014 tad-29 ta’ April 2014 li japprova ċ-ċiprokonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/227/UE tal-24 ta' April 2014 dwar in-nonapprovazzjoni ta' ċerti sustanzi attivi bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12n (ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32014 R 0334: Ir-Regolament (UE) Nru 334/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 (ĠU L 103, 5.4.2014. p. 22).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12ns (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 94/2014):

“12nt.

32014 R 0405: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 405/2014 tat-23 ta’ April 2014 li japprova l-aċidu lawriku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19 (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 8).

12nu.

32014 R 0406: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2014 tat-23 ta’ April 2014 li japprova l-etilbutilaċetilamminopropjonat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19 (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 11).

12nv.

32014 R 0407: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 407/2014 tat-23 ta’ April 2014 li japprova t-transflutrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 14).

12nw.

32014 R 0408: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 408/2014 tat-23 ta’ April 2014 li japprova d-diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 17).

12nx.

32014 D 0227: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/227/UE tal-24 ta' April 2014 dwar in-nonapprovazzjoni ta' ċerti sustanzi attivi bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 27).

12ny.

32014 R 0437: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2014 tad-29 ta’ April 2014 li japprova l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 64).

12nz.

32014 R 0438: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 438/2014 tad-29 ta’ April 2014 lli japprova ċ-ċiprokonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 68).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 334/2014, u tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 405/2014, (UE) Nru 406/2014, (UE) Nru 407/2014, (UE) Nru 408/2014, (UE) Nru 437/2014 u (UE) Nru 438/2014 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/227/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 103, 5.4.2014, p. 22.

(2)  ĠU L 121, 24.4.2014, p. 8.

(3)  ĠU L 121, 24.4.2014, p. 11.

(4)  ĠU L 121, 24.4.2014, p. 14.

(5)  ĠU L 121, 24.4.2014, p. 17.

(6)  ĠU L 128, 30.4.2014, p. 64.

(7)  ĠU L 128, 30.4.2014, p. 68.

(8)  ĠU L 124, 25.4.2014, p. 27.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top