EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0162(01)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 162/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 341, 13.12.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/162(2)/oj

13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 162/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/2/UE tad-9 ta’ Frar 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-ossidu tar-ram (II), l-idrossidu tar-ram (II) u l-karbonat tar-ram bażiku jiġu inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I għaliha (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/3/UE tad-9 ta’ Frar 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi il-bendiocarb bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/77/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-flufenossuron għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/78/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 12n (Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 L 0002: Direttiva tal-Kummissjoni 2012/2/UE tad-9 ta’ Frar 2012 (ĠU L 37, 10.2.2012, p. 60).

32012 L 0003: Direttiva tal-Kummissjoni 2012/3/UE tad-9 ta’ Frar 2012 (ĠU L 37, 10.2.2012, p. 65).”

2.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 12zzf (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 440/2010):

“12zzg.

32012 D 0077: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/77/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-flufenossuron għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 47).

12zzh.

32012 D 0078: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/78/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 48).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2012/2/UE u 2012/3/UE u tad-Deċiżjonijiet 2012/77/UE u 2012/78/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jkunu saru skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 37, 10.2.2012, p. 60.

(2)  ĠU L 37, 10.2.2012, p. 65.

(3)  ĠU L 38, 11.2.2012, p. 47.

(4)  ĠU L 38, 11.2.2012, p. 48.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top