EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0089

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2010 tat- 2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 277, 21.10.2010, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/89(2)/oj

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 89/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-Indikaturi Komuni tas-Sikurezza u mal-metodi komuni biex ikunu kkalkulati l-ispejjeż tal-inċidenti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 42e (id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII għall-Ftehim:

“—

32009 L 0149: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 65). ”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/149/KE bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 244, 16.9.2010, p. 34.

(2)  ĠU L 313, 28.11.2009, p. 65.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Top