EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0045

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2007 tas- 27 ta' April 2007 li jemenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 209, 9.8.2007, p. 82–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/45(2)/oj

9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/82


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 45/2007

tas-27 ta' April 2007

li jemenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1329/2006 tat-8 ta' Settembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjoni ta' kontabilità b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' l-Interpretazzjonijiet 8 u 9 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet ta' l-Irrappurtar Finanzjarju Internazzjonali (IFRIC 8 u IFRIC9) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003) ta' l-Anness XXII tal-Ftehim:

“—

32006 R 1329: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1329/2006 tat-8 ta' Settembru 2006 (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1329/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 20 jum wara l-adozzjoni tagħha, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p 38.

(2)  ĠU L 247, 9.9.2006, p 3.

(*)  Ebda rekwiżiti Kostituzzjonali m'huma indikati.


Top