EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0043

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 209, 9.8.2007, p. 78–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/43(2)/oj

9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/78


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 43/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2004 tas-26 ta' April 2004 (3) b'adattamenti speċifiċi għall-pajjiż partikolari.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1862/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta' standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà ta' l-avjazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 622/2003) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32006 R 1862: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1862/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 36).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1862/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 277, 26.8.2004, p. 175.

(4)  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 36.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


Top