EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0091

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 272, 23.10.2003, p. 27–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/91/oj

22003D0091



Official Journal L 272 , 23/10/2003 P. 0027 - 0027


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 91/2003

tal-11 ta' Lulju 2003

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif amendat permezz tal-Protokoll li jirranġa l-Ftehim fuq ż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu.

Billi:

(1) L-Anness XIII mal-Ftehim kien amendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2003 ta' l-20 ta' Ġunju 2003 [1].

(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 980/2002 ta' l-4 ta' Ġunju 2002 li jamenda r-Regolament (KE) Nru 2082/2000 li jadotta livelli ta' kontroll Ewropej [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fit-tieni inċiż ta' punt 66ċ (Direttiva tal-Kunsill 93/65/KEE) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

"kif amendat minn:

- 32002 R 0980: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 980/2002 ta' l-4 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 150, tat-8.6.2002, p. 38)."

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (KE) Nru 980/2002 fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Lulju 2003, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha msemmija f'l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni ghandha tiġi pubblikata fit-taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 11 ta' Lulju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 257, tat-9.10.2003, p. 33.

[2] ĠU L 150, tat-8.6.2002, p. 38.

[3] L -ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------

Top