EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0052

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 li temenda l-Anness XIII (Tranport) li jinsab mal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 193, 31.7.2003, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/52(2)/oj

22003D0052



Official Journal L 193 , 31/07/2003 P. 0028 - 0029


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 52/2003

tas-16 ta' Mejju 2003

li temenda l-Anness XIII (Tranport) li jinsab mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiemimsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolaril-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 36/2003 ta' l-14 ta' Marzu 2003 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1970/2002 ta' l-4 ta' Novembru 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 dwar l-immaniġġar tas-sigurezza ta' bastimenti disinjati biex il-vetturi jistgħu jidħlu fuqu u joħorġu minn (bastimenti ro-ro) [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 56ċ (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95) ta' l-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim:

"- 32002 R 1970: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1970/2002 ta' l-4 ta' Novembru 2002 (ĠU L 302, tas-6.11.2002, p. 3)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KEE) Nru 1970/2002 fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2003, kemm-il darba in-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jintgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Mejju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taz-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 137, tal-5.6.2003, p. 42.

[2] ĠU L 302, tas-6.11.2002, p. 3.

[3] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.

--------------------------------------------------

Top