EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0045

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2002 tad-19 ta' April 2002 li temenda l-Anness XXI (L-Istatistika) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 154, 13.6.2002, p. 32–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/45(2)/oj

22002D0045



Official Journal L 154 , 13/06/2002 P. 0032 - 0033


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 45/2002

tad-19 ta' April 2002

li temenda l-Anness XXI (L-Istatistika) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2002 ta' l-1 ta' Marzu 2001 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 rigward l-istandards minimi għat-trattament ta' l-imposti tas-servizzi pproporzjonati għall-valuri tat-transazzjonijiet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/9 [2], kif ikkorreġut mill-ĠU L 295, tat-13.11.2001, p. 34, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 rigward l-istandards minimi għar-reviżjonijiet ta' l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2602/2000 [3] , kif ikkorreġut mill-ĠU L 295, tat-13.11.2001, p. 34, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 19ċ (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96):

"- 32001 R 1920: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 (ĠU L 261, tad-29.11.2001, p. 46), kif ikkorreġut bil-ĠU L 295, tad-9.10.2001, p. 34."

2. Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 19l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2602/2000):

"kif emendata bi:

- 32001 R 1921: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 (ĠU L 261, tad-29.11.2001, p. 49), kif ikkorreġut bil-ĠU L 295, tad-9.10.2001, p. 34."

3. Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 19l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2602/2000:

"19m. 32001 R 1920: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 rigward l-istandards minimi għat-trattament ta' l-imposti tas-servizzi ppropozjonati għall-valuri tat-transazzjonijiet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96, kif ikkorreġut bil-ĠU L 295, tat-13.11.2001, p. 34.

19n. 32001 R 1921: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 rigward l-istandards minimi għar-reviżjonijiet ta' l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2602/2000 (ĠU L 261, tad-29.9.2001), kif ikkorreġut mill-ĠU L 295, tat-13.11.2001, p. 34."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1920/1001, kif ikkorreġut bil-ĠU L 295, tat-13.11.2001, p. 34, u 1921/2001, kif ikkorreġut bil-ĠU L 295, tat-13.11.2001, p.34, fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-20 ta' April 2002, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' April 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 110, tal-25.4.2002, p. 27.

[2] ĠU L 261, tad- 29.9.2001, p. 46.

[3] ĠU L 261, tad-29.9.2001, p. 49.

[4] L-ebda ħtiġiet konstituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------

Top