EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0116

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li temenda l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 322, 6.12.2001, p. 28–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/116(2)/oj

22001D0116



Official Journal L 322 , 06/12/2001 P. 0028 - 0028


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 116/2001

tat-28 ta' Settembru 2001

li temenda l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness IV għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2000 tal-31 ta' Marzu 20001 [1].

(2) Id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar ħtiġiet ta' effiċjenza ta' l-enerġija għal ballasts għal dawl floressenti [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 14a (Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness IV għall-Ftehim:

"15. 32000 L 0055: Id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar ħtiġiet ta' effiċjenza ta' l-enerġija għal ballasts għal dawl floressenti (ĠU L 279, ta' l-1.11.2000, p. 33)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 141, tal-15.6.2000, p. 55.

[2] ĠU L 279, ta' l-1.11.2000, p. 33.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top