EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E238
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART SIX - INSTITUTIONAL AND FINANCIAL PROVISIONS#TITLE I - INSTITUTIONAL PROVISIONS#CHAPTER 1 - THE INSTITUTIONS#SECTION 3 - THE COUNCIL#Article 238 (ex Article 205(1) and (2), TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 3 - IL-KUNSILL
Artikolu 238 (ex Artikolu 205 (1) sa (2), TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 3 - IL-KUNSILL
Artikolu 238 (ex Artikolu 205 (1) sa (2), TKE)
OJ C 202, 7.6.2016, p. 153–154
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/153 |
Artikolu 238
(ex Artikolu 205 (1) sa (2), TKE)
1. Meta jkun meħtieġ jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.
2. B'deroga mill-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mill-1 ta' Novembru 2014 u suġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, meta l-Kunsill ma jkunx qed jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni jew tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala ugwali għal mill-inqas 72 % tal-membri tal-Kunsill, li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jiġbru mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni.
3. Mill-1 ta' Novembru 2014, u suġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, fil-każijiet fejn, skond it-Trattati, mhux il-membri kollha tal-Kunsill jieħdu sehem fil-vot, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita kif ġej:
a) |
Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala ugwali għal mill-inqas 55 % tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Istati Membri parteċipanti li flimkien jiġbru mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' dawn l-Istati. Minoranza li timblokka għandha tinkludi mill-inqas in-numru minimu ta' membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni ta' l-Istati Membri parteċipanti, u membru ieħor, u fin-nuqqas ta' dan, il-maġġoranza kwalifikata tkun meqjusa li nkisbet. |
b) |
b'deroga minn a), meta l-Kunsill ma jkunx qed jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, jew fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala ugwali għal mill-inqas 72 % tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri parteċipanti, li flimkien jiġbru mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' dawn l-Istati. |
4. L-astensjonijiet minn membri sew jekk presenti personalment sew jekk rappreżentati ma għandhomx jimpedixxu l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill li jeħtieġu unanimità.