EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12003TN06/09/A

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness VI: Il-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: L-Estonja - 9. L-ambjent - A.  Il-kwalità ta' l-arja

ĠU L 236, 23.9.2003, p. 817–818 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

12003TN06/09/A



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0817 - 0818


A. IL-KWALITÀ TA' L-ARJA

31994 L 0063: Id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' l-emissjonijiet ta' komposti organiċi li jisvintaw (VOC) li joħorġu mill-ħażniet tal-petrol u fid-distribuzzjoni tiegħu minn terminali għal stazzjonijiet ta' servizz (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24).

1. B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness I tad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġiet għall-istallazzjonijet ta' ħażna eżistenti f'terminali ma għandhomx japplikaw fl-Estonja:

- sal- 31 ta' Diċembru 2005 għall-installazzjonijiet ta' ħażna OÜ Tarkoil, Rakvere u OÜ Tarkoil, Haapsalu;

- sal- 31 ta' Diċembru 2006 għall-installazzjoni ta' ħażna AS Tartu Terminaal, Kärkna, Tartu maakond.

2. B'deroga mill-Artikolu 4 u mill-Anness II tad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġiet għat-tagħbija u l-ħatt ta' containers mobbli eżistenti f'terminali ma għandhomx japplikaw fl-Estonja:

- sal- 31 ta' Diċembru 2005 għat-terminali OÜ Tarkoil f' Rakvere u OÜ Tarkoil f' Haapsalu;

- sal- 31 ta' Diċembru 2006 għal AS Tartu Terminaal, Kärkna, Tartu maakond.

3. B'deroga mill-Artikolu 6 u mill-Anness III tad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġiet għat-tagħbija fi stallazzjonijiet ta' ħażna eżistenti fi stazzjonijiet ta' servizz b'volum ta' anqas minn 1000m3 fis-sena ma għandhomx japplikaw fl-Estonja sal- 31 ta' Diċembru 2006.

--------------------------------------------------

Top