EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016D0478-20160401

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/478 tal- 31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/478/2016-04-01

2016D0478 — MT — 01.04.2016 — 000.002

Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/478

tal-31 ta' Marzu 2016

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(ĠU L 085 1.4.2016, p. 48)

Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 098, 14.4.2016, p.  6 (2016/478)

►C2

Rettifika, ĠU L 243, 10.9.2016, p.  16 (2016/478)

▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/478

tal-31 ta' Marzu 2016

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

(1) Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-lista li tinstab fl-Annessi II u IV.

(2) Fl-Artikolu 17 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.  Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 16, 17 u 18 fl-Anness II sat-2 ta' Ottubru 2016.

4.  Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 21, 22 u 23 fl-Anness IV sat-2 ta' Ottubru 2016.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS

“ANNESS II

Lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)

A.   PERSUNI

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

16.

SALEH ISSA GWAIDER, Agila

data tat-twelid 1944 (mhux konfermata)

Agila Saleh ilu l-President tal-Kunsill Libjan tad-Deputati fil-Kamra tar-Rappreżentanti mill-5 ta' Awwissu 2014.

Fis-17 ta' Diċembru 2015 Saleh iddikjara li hu jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015.

Bħala l-President tal-Kunsill tad-Deputati, Saleh fixkel u mmina t-transizzjoni politika Libjana, inkluż billi rrifjuta li ssir votazzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti fit-23 ta' Frar 2016 dwar il-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GKN’).

Fit-23 ta' Frar 2016 Saleh iddeċieda li joħloq kumitat li mistenni li jiltaqa' ma' membri oħrajn tal-‘Libyan-Libyan process’ li jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

►C2  1.4.2016 ◄

17.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa

AL-GHAWAIL, Khalifa

data tat-twelid 1964

Misratah

Khalifa Ghwell huwa l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘KNG’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-President tal-KNĠ Nuri Abu Sahmain.

Bħala ‘Prim Ministru’ tal-KNĠ, Ghwell kellu rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal- ‘GKN’ stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-KNĠ ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kwalunkwe membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru elett tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jirfes Tripli.

►C2  1.4.2016 ◄

18.

ABU SAHMAIN, Nuri magħruf ukoll bħala BOSAMIN, Nori BO SAMIN, Nuri ►C1   BADI, Salahdin  ◄

data tat-twelid 16.5.1956

Zouara/Zuwara Libya

Nuri Abu Sahmain huwa l-hekk imsejjaħ ‘President’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘KNĠ’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Bħala President tal-KNĠ, Nuri Abu Sahmain kellu rwol ċentrali fit-tfixkil u l-oppożizzjoni għall-Ftehim Politiku dwar il-Libja u għall-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GKN’).

Fil-15 ta' Diċembru 2015 Sahmain appella għall-posponiment tal-Ftehim Politiku dwar il-Libja li kien skedat li jiġi maqbul f'laqgħa fis-17 ta' Diċembru.

Fis-16 ta' Diċembru 2015 Sahmain ħareġ stqarrija li l-KNĠ ma kien awtorizza l-ebda membru tiegħu biex jipparteċipa fil-laqgħa jew biex jiffirma il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fl-1 ta' Jannar 2016 Sahmain ċaħad il-Ftehim Politiku dwar il-Libja f'taħditiet mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.”

►C2  1.4.2016 ◄

“ANNESS IV

Lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)

A.   PERSUNI

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

21.

SALEH ISSA GWAIDER, Agila

data tat-twelid 1944 (mhux konfermata)

Agila Saleh ilu l-President tal-Kunsill Libjan tad-Deputati fil-Kamra tar-Rappreżentanti mill-5 ta' Awwissu 2014.

Fis-17 ta' Diċembru 2015 Saleh iddikjara li hu jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015.

Bħala l-President tal-Kunsill tad-Deputati Salah fixkel u mmina t-transizzjoni politika Libjana, inkluż billi rrifjuta li ssir votazzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti fit-23 ta' Frar 2016 dwar il-Gvern b'Kunsens Nazzjonali.

Fit-23 ta' Frar 2016 Saleh iddeċieda li joħloq kumitat li mistenni li jiltaqa' ma' membri oħrajn tal-‘Libyan-Libyan process’ li jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

►C2  1.4.2016 ◄

22.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa al

AL-GHAWAIL, Khalifa

data tat-twelid: 1964

Misratah

Khalifa Ghwell huwa l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (KNĠ) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-‘President’ tal-KNĠ Nuri Abu Sahmain.

Bħala ‘Prim Ministru’ tal-KNĠ, Ghwell kellu rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GKN’) stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-KNĠ ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kwalunkwe membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru elett tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jirfes Tripli.

►C2  1.4.2016 ◄

23.

ABU SAHMAIN, Nuri magħruf ukoll bħala BOSAMIN, Nori BO SAMIN, Nuri ►C1   BADI, Salahdin  ◄

data tat-twelid 16.5.1956

Zouara/Zuwara Libya

Nuri Abu Sahmain huwa l-hekk imsejjaħ ‘President’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘KNĠ’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Bħala President tal-KNĠ, Nuri Abu Sahmain kellu rwol ċentrali fit-tfixkil u l-oppożizzjoni għall-Ftehim Politiku dwar il-Libja u għall-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali ‘GKN’.

Top