EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014D0151-20140321

Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/151/PESK tal- 21 ta' Marzu 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/151/2014-03-21

2014D0151 — MT — 21.03.2014 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/151/PESK

tal-21 ta' Marzu 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

(ĠU L 086 21.3.2014, p. 30)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 199, 29.7.2015, p.  46 (2014/151/PESK)




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/151/PESK

tal-21 ta' Marzu 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li persuni addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċizjoni 2014/145/PESK.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS



Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Rogozin, Dmitry Olegovich

d.t.t. 21.12.1963; f'Moska

Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa.

Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

21.3.2014

2.

Glazyev, Sergey

d.t.t. 1.1.1961, Zaporozhye, (RSS Ukraina)

Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa.

Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

21.3.2014

3.

►C1  Matviyenko, Valentina Ivanovna ◄

d.t.t. 7.4.1949, Shepetovka, Khmelnitskyi oblast (RSS Ukraina)

Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina.

21.3.2014

4.

Naryshkin, Sergei Evgenevich

d.t.t. 27.10.1954,

San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

Speaker tal-Istat ta' Duma. Appoġġa pubblikament il- mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. Appoġġa pubblikament it-trattat tar-riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata.

21.3.2014

5.

Kiselyov, Dmitry Konstantinovich

d.t.t. 26.4.1954

Maħtur b'Digriet Presidenzjali fid-9 ta' Diċembru 2013. Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Istat Federali Russu "Rossiya Segodnya".

Figura ċentrali tal-propaganda tal-gvern li tappoġġa l-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina.

21.3.2014

6.

Nosatov, Alexander Mihailovich

d.t.t. 27.3.1963 Sevastopol, (RSS Ukraina)

Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina.

21.3.2014

7.

Kulikov, Valery Vladimirovich

d.t.t. 1.9.1956, Zaporozhye, (RSS Ukraina)

Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina.

21.3.2014

8.

Surkov, Vladislav Yurievich

d.t.t. 21.9.1964, Solntsevo, Lipetsk

Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet sabiex jheddu l-awtoritajiet tal-Ukraina fil-Krimea.

21.3.2014

9.

Mikhail Malyshev

President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea

Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum fil-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

21.3.2014

10.

Valery Medvedev

President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol

Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum fil-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

21.3.2014

11.

Logutenent Ġeneral Igor Turchenyuk

Kmandat tal-forzi Russi fil-Krimea

Il-Kmandant de-facto tat-truppi Russi mobilizzati fit-territorju tal-Krimea (li r-Russja tkompli tirreferi għalihom uffiċjalment bħala "milizji lokali għall-awtodifiża").

21.3.2014

12.

Elena Borisovna Mizulina

Viċi fl-Istat ta' Duma

Oriġinatur u ko-sponsor ta' bidliet leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu jippermettu reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel tal-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

21.3.2014



( 1 ) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16

Top