EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0182-20130606

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2013 tal- 1 ta’ Marzu 2013 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/182/2013-06-06

02013R0182 — MT — 06.06.2013 — 001.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 182/2013

tal-1 ta’ Marzu 2013

li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni

(ĠU L 061 5.3.2013, p. 2)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 513/2013 tal-4 ta’ Ġunju 2013

  L 152

5

5.6.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 182/2013

tal-1 ta’ Marzu 2013

li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni



Artikolu 1

1.  L-awtoritajiet doganali huma hawnhekk ordnati, skont ►M1  ————— ◄ l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, biex jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’:

— 
moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 8501 31 00 (Kodiċi TARIC 8501310081  u 8501310089 ), ex 8501 32 00 (Kodiċi TARIC 8501320041  u 8501320049 ), ex 8501 33 00 (Kodiċi TARIC 8501330061  u 8501330069 ), ex 8501 34 00 (Kodiċi TARIC 8501340041  u 8501340049 ), ex 8501 61 20 (Kodiċi TARIC 8501612041  u 8501612049 ), ex 8501 61 80 (Kodiċi TARIC 8501618041  u 8501618049 ), ex 8501 62 00 (Kodiċi TARIC 8501620061  u 8501620069 ), ex 8501 63 00 (Kodiċi TARIC 8501630041  u 8501630049 ), ex 8501 64 00 (Kodiċi TARIC 8501640041  u 8501640049 ), ex 8541 40 90 (Kodiċi TARIC 8541409021  u 8541409029 ),
— 
ċelloli tat-tip użati f’moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-silikon kristallin li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 8541 40 90 (Kodiċi TARIC 8541409031  u 8541409039 ), u
— 
wejfers tat-tip użati f’moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-silikon kristallin li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 3818 00 10 (Kodiċi TARIC 3818001011  u 3818001019 ),

li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew huma kkonsinjati minn hemm. Iċ-ċelloli jew il-wejfers għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 μm.

Mill-prodott li qed jiġi rreġistrat it-tipi ta’ prodotti li ġejjin huma esklużi:

— 
ċarġers solari li jikkonsistu minn inqas minn sitt ċelloli, li huma mobbli u li jfornu l-elettriku lil mezzi jew li jiċċarġjaw il-batteriji,
— 
prodotti fotovoltajċi magħmula minn tertuqa rqiqa,
— 
prodotti fotovoltajċi bis-silikon kristallin li huma permanentement integrati fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi mhijiex il-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkonsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola fotovoltajka/ċelloli fotovoltajċi bis-silikon kristallin integrat.

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, jipprovdu evidenza ta’ sostenn jew jitolbu li jinstemgħu fi żmien 20 jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Top