EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010D0638-20120313

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal- 25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/638/2012-03-13

2010D0638 — MT — 13.03.2012 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/638/PESK

tal-25 ta’ Ottubru 2010

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

(ĠU L 280, 26.10.2010, p.10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/169/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011

  L 76

59

22.3.2011

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/706/PESK tas-27 ta’ Ottubru 2011

  L 281

28

28.10.2011

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/149/PESK tat-13 ta' Marzu 2012

  L 74

8

14.3.2012




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/638/PESK

tal-25 ta’ Ottubru 2010

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Ottubru 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea ( 1 ), b'rispons għar-repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà fuq dimostranti politiċi f'Conakry fit-28 ta' Settembru 2009.

(2)

Fit-22 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/1003/PESK li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK ( 2 ) li tinkludi miżuri restrittivi addizzjonali.

(3)

Fid-29 ta' Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/186/PESK li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK ( 3 ).

(4)

Abbażi ta' rieżami tal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sas-27 ta' Ottubru 2011.

(5)

Il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea ( 4 ).

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawn imsemmija qabel, kif ukoll tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, lir-Repubblika tal-Ginea minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru tal-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u kemm jekk le.

2.  Għandu jkun ipprojbit:

(a) il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifatturar, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fir-Repubblika tal-Ginea;

(b) il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti,, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata, senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fir-Repubblika tal-Ginea;

(c) il-parteċipazzjoni, konxjentement u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom hu li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 2

▼M2

1.  L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:

(a) bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx, jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi għall-bini ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u tal-Unjoni, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni u n-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;

(b) bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx, jew ta’ tagħmir li ma joqtolx li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss biex jippermetti lill-pulizija u l-ġendarmerija tar-Reppubblika tal-Ginea li jużaw biss forza adatta u proporzjonata filwaqt li jżommu l-ordni pubblika;

(c) bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fir-Repubblika tal-Ginea;

▼M3

(d) ritornar ta’ ħelikopteri tat-trasport mhux tal-ġlied, imneżża minn apparat militari, għall-użu tal-awtoritajiet tal-Ginea biss, sakemm il-gvern tar-Repubblika tal-Ginea jkun ta impenn bil-miktub minn qabel li l-użu tagħhom ser jibqa' taħt il-kontroll ċivili u li huma mhux ser ikunu mgħammra b'tagħmir militari;

(e) il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti msemmija minn (a) sa (d) jew ma' programmi u operazzjonijiet imsemmija f'(a);

(f) il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-oġġetti msemmija minn (a) sa (d) jew ma’ programmi u operazzjonijiet imsemmija f'(a);

▼M2

bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet jew assistenza jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

▼B

2.  L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-Repubblika tal-Ginea minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 3

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tagħhom tal-persuni identifikati mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala li huma responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Ginea, u tal-persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness.

▼B

2.  Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga lil Stat Membru jiċħad liċ-ċittadini tiegħu stess dħul fit-territorju tiegħu.

3.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha;

(c) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d) taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.  Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika anki f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitant għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.  Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.

6.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Ginea.

7.  Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mogħtija dment li ma ssir l-ebda oġġezzjoni bil-miktub minn wieħed, jew iżjed, mill-Membri tal-Kunsill, fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.  F’każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 4

▼M1

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, huma proprjetà ta’, huma miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni identifikati mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala li huma responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Ginea, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

▼B

2.  L-ebda fond jew riżors ekonomiku m’għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness.

3.  L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:

(a) meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b) maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;

(c) maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji jew ħlasijiet ta’ servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ rutina ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

Stati Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti għal rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmi fl-Artikolu 4(1) tkun ġiet inkluża fl-Anness jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament biex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b’dan ir-rahan jew rikonoxxuti bħala validi f’din is-sentenza, fil-limiti ffissati bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) ir-rahan jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u

(d) ir-rikonoxximent li r-rahan jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

Stati Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

5.  Il-Paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

(a) mgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK,

dment li kwalunkwe mgħax, qligħ u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 5

1.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-lista li tidher fl-Anness kif meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Ginea.

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna kkonċernata skont il-każ.

Artikolu 6

Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-UE għandha tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżla f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Il-Posizzjoni Komuni 2009/788/PESK hija b'dan revokata.

Artikolu 8

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

▼M2

2.  Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2012. Hi għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

▼M1




ANNESS



Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 3 u 4

 

Isem

(u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

(data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet

1.

Kaptan Moussa Dadis CAMARA

d.t.t: 01.01.64 jew 29.12.68

Pass: R0001318

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea

2.

Kmandant Moussa Tiégboro CAMARA

d.t.t: 01.01.68

Pass: 7190

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea

3.

Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY

d.t.t: 26.02.57

Pass: 13683

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea

4.

Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonomu Toumba) DIAKITÉ

 

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea

5.

Logutenent Jean-Claude PIVI (psewdonomu Coplan)

d.t.t: 01.01.60

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea



( 1 ) ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.

( 2 ) ĠU L 346, 23.12.2009, p. 51.

( 3 ) ĠU L 83, 28.10.2009, p. 23.

( 4 ) ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.

Top