EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007R0329-20090731

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas- 27 ta’ Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/329/2009-07-31

2007R0329 — MT — 31.07.2009 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 329/2007

tas-27 ta’ Marzu 2007

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

(ĠU L 088, 29.3.2007, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 117/2008 tat-28 ta’ Jannar 2008

  L 35

57

9.2.2008

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 389/2009 tat-12 ta’ Mejju 2009

  L 118

78

13.5.2009

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 689/2009 tad-29 ta’ Lulju 2009

  L 199

3

31.7.2009


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 239, 6.9.2008, p. 56  (117/08)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 329/2007

tas-27 ta’ Marzu 2007

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK ta' l-20 ta' Novembru 2006 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni.

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 1718 (2006) li fiha kkundanna t-test nukleari li sar mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (minn hawn 'l quddiem imsejħa “l-Korea ta' Fuq”), fid-9 ta' Ottubru 2006, waqt li ddetermina li kien hemm theddida ċara għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u impona fuq l-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti li japplikaw numru ta' miżuri restrittivi.

(2)

Il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK tipprovdi għall-implimentazzjoni tal-miżuri restrittivi mniżżla fir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) u notevolment għal projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi relatati man-nukleari tal-Korea ta' Fuq, programmi relatati ma’ armi tad-distruzzjoni tal-massa oħrajn jew programmi relatati ma' missili ballistiċi, u fuq il-forniment ta' servizzi relatati, projbizzjoni fuq l-akkwist ta' oġġetti u teknoloġija mill-Korea ta' Fuq, projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet ta' oġġetti ta' lussu għall-Korea ta' Fuq, kif ukoll l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' persuni, entitajiet u korpi li qed jieħdu sehem fi jew qed jipprovdu appoġġ għall-programmi tal-Korea ta' Fuq.

(3)

Dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, għalhekk, partikolarment sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa leġislazzjoni Komunitarja sabiex timplimentahom f'dak li jirrigwarda l-Komunità.

(4)

Dan ir-Regolament jidderoga mil-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti li tipprovdi għal regoli ġenerali dwar esportazzjonijiet lejn, u importazzjonijiet minn, pajjiżi terzi, u b'mod partikolari mir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 tat-22 ta' Ġunju 2000 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġija ta' użu doppju ( 2 ); il-biċċa l-kbira ta' dawn l-oġġetti u teknoloġija għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament.

(5)

Huwa xieraq li tiġi ċċarata l-proċedura li għandha tkun segwita biex tinkiseb approvazzjoni għal esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġija u l-forniment ta' assistenza teknika relatata.

(6)

Għal raġunijiet ta' espedjenza, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tippubblika l-lista ta' oġġetti u teknoloġiji li ser jiġu adottati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u, jekk xieraq, biex iżżid in-numri ta' referenza meħuda min-Nomenklatura Magħquda kif imniżżla fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika u tat-Tariffa Doganali Komuni ( 3 ).

(7)

Il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa li temenda l-lista ta' oġġetti ta' lussu jekk dan ikun meħtieġ fid-dawl ta' kwalunkwe definizzjoni jew linji gwida li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jista jniedi biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tar-restrizzjonijiet rigward oġġetti ta' lussu, waqt li jitqiesu l-listi ta' oġġetti ta' lussu prodotti minn ġurisdizzjonijiet oħra.

(8)

Għal raġunijiet ta' espedjenza, il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li temenda l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom għandhom jkunu ffriżati, abbażi tad-determinazzjonijiet li saru jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(9)

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-pieni previsti għandhom ikunu proporzjonali, effettivi u dissważivi.

(10)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1) “Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser: il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li kien stabbilit skond il-paragrafu 12 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006);

2) “Korea ta' Fuq” tfisser ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea;

3) “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u jista' jieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' tagħrif prattiku jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza; tinkludi forom verbali ta' assistenza;

4) “fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull xorta, li jinkludu iżda mhux limitati għal:

(a) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flejjes, drafts, money-orders u strumenti oħra ta’ ħlas;

(b) depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi f’kontijiet, dejn u obbligazzjonijiet ta’ dejn;

(ċ) titoli negozjati kemm pubblikament kif ukoll privatament u dokumenti dwar dejn, inklużi stocks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw sigurtajiet, bonds, notes, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti derivattivi;

(d) imgħax, dividends jew dħul ieħor fuq assi, jew valur akkumulat jew ġenerat minnhom;

(e) kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, performance bonds jew impenji finanzjarji oħra;

(f) ittri ta’ kreditu, poloz ta’ kargu, dokumenti ta’ bejgħ; u

(ġ) dokumenti li jixhdu xi interess f’fondi jew riżorsi finanzjarji;

5) “iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta’, aċċess għal, jew negozju b’fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lok, fid-dritt tal-proprjetà, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew f’bidla oħra li tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-amministrazzjoni ta’ portfolio;

6) “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull xorta, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi;

7) “iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni ta’ l-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inklużi, iżda mhux limitata għalihom, il-bejgħ, il-kiri jew l-użu bħala garanzija tagħhom;

8) “territorju tal-Komunità” tfisser it-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju ta' l-ajru tagħhom.

Artikolu 2

1.  Għandu jkun projbit:

(a) il-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni, dirett jew indirett, ta' l-oġġetti u t-teknoloġija, inkluż software, elenkati fl-Anness I, kemm jekk joriġinaw fil-Komunità kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għal użu fil-Korea ta' Fuq;

(b) il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).

2.  L-Anness 1 għandu jinkludi kwalunkwe oġġett, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija, inkluż software, li huma oġġetti b'użu doppju kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1334/2000, li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta' Fuq relatati ma' l-armi nukleari, armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew programmi relatati mal-missili ballistiċi, kif iddeterminat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. M'għandux jinkludi oġġetti u teknoloġiji inklużi fil-Lista Komuni ta' l-UE ta' Tagħmir Militari ( 4 ).

3.  Għandu jkun ipprojbit li jinxtraw, jiġu importati jew trasportati mill-Korea ta' Fuq, il-prodotti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness I, kemm jekk l-oġġett kkonċernat joriġina mill-Korea ta' Fuq jew le.

Artikolu 3

1.  Għandu jkun projbit:

(a) li tkun ipprovduta, direttament jew indirettament, assistenza teknika relatata mal-prodotti u t-teknoloġija elenkata fil-Lista Komuni ta' l-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Anness I, u għall-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' prodotti elenkati fil-Lista Komuni ta' l-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Anness I, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Korea ta' Fuq, jew għall-użu, fil-Korea ta' Fuq;

(b) li jkunu pprovduti, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-prodotti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Komuni ta' l-UE ta’ Tagħmir Militari jew fl-Anness I, inklużi b'mod partikolari l-għotjiet, is-self u l-assigurazzjoni fuq il-kreditu ta' esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-prodotti, jew għal kwalunkwe għoti ta' assistenza teknika relatata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, fil-Korea ta' Fuq jew għall-użu fil-Korea ta' Fuq;

(ċ) il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

2.  Il-projbizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal vetturi mhux ta' kumbattiment manifatturati jew mgħammra b'materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsubin esklussivament għall-użu protettiv tal-persunal ta' l-UE u ta' l-Istati Membri taghħa fil-Korea ta' Fuq.

Artikolu 4

Għandu jkun projbit:

(a) li jinbiegħu, jiġu forniti, trasferiti jew esportati, direttament jew indirettament, oġġetti ta' lussu lejn il-Korea ta' Fuq, kif elenkati fl-Anness III.

(b) il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjoni msemmija fil-punt (a).

Artikolu 5

1.  Jekk deroga mill-Artikoli 2(1)(a) jew 3(1)(a) jew (b) jew 4(a) tkun meqjusa meħtieġa f'każ speċifiku, il-bejjiegħ, il-fornitur, il-parti li tkun qed tittrasferixxi, l-esportatur jew il-fornitur tas-servizz ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba debitament motivata lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru kif elenkat fl-Anness II. L-Istat Membru li jirċievi t-talba għandu, jekk iqis li tali deroga hija ġġustifikata, jippreżenta talba għal approvazzjoni speċifika lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

2.  L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba għal approvazzjoni ppreżentata lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skond il-paragrafu 1.

3.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment, l-esportazzjoni jew il-forniment ta' assistenza teknika, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jekk il-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU jkun approva t-talba għal approvazzjoni speċifika.

Artikolu 6

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma l-proprjetà ta', huma miżmuma jew huma kkontrollati mill-persuni, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness IV għandhom ikunu ffriżati. L-Anness IV għandu jinkludi l-persuni, entitajiet u korpi indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skond il-paragrafu 8(d) tal-UNSCR 1718 (2006).

2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jintgħamlu disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness IV.

3.  Il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, l-evażjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprojbita.

Artikolu 7

1.  B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt tali kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew id-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness IV u l-membri dipendenti tal-familji tagħhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, ħlas ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta' servizzi pubbliċi;

(b) maħsuba esklusivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma konnessi mal-forniment ta' servizzi legali; jew

(ċ) maħsuba esklussivament għall-pagament ta' miżati jew il-ħlasijiet ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ rutina ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; u

sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjoni għal dik l-azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol min-notifika.

2.  B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li jintgħamlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm din id-determinazzjoni tkun ġiet notifikata mill-Istat Membru lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat.

3.  L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 8

B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' garanzija ġuridika, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel l-14 ta’ Ottubru 2006 jew ta' sentenza ġuridika, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament biex jissodisfaw pretensjonijiet magħmula bis-saħħa ta' tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi b'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti minn liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

(ċ) il-garanzija jew is-sentenza mhux għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness IV;

(d) ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat;

(e) il-garanzija jew is-sentenza ġew innotifikati mill-Istat Membru lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 9

1.  L-Artikolu 6(2) ma għandux jipprevjeni lil istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fil-Komunità milli jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn jirċievu fondi trasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, sakemm kwalunkwe żieda għal tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tgħarraf bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b’tali transazzjonijiet.

2.  L-Artikolu 6(2) m'għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':

(a) imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew inqalgħu qabel l-14 ta' Ottubru 2006;

bil-kondizzjoni li kwalunkwe imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet bħal dawn huma ffriżati skond l-Artikolu 6(1).

Artikolu 10

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni, l-entitajiet u l-korpi naturali u ġuridiċi għandhom:

(a) jipprovdu immedjatament kwalunkwe tagħrif li jista' jiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 6, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, fejn huma residenti jew jinsabu, u għandhom jittrasmettu tagħrif bħal dan, b'mod dirett jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b) jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti, kif elenkati fl-Anness II, fi kwalunkwe verifika ta' dan it-tagħrif.

2.  Kwalunkwe tagħrif addizzjonali li tirċievi l-Kummissjoni b'mod dirett għandu jkun magħmul disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat.

3.  Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew tiġi rċevuta skond dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ġiet mogħtija jew irċevuta.

Artikolu 11

L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li wieħed jagħmel fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli, magħmula bi skop tajjeb u bil-konvinzjoni li tali azzjoni hi konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandhomx joħolqu responsabbiltà ta' kwalunkwe tip minn naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawha, jew id-diretturi jew l-impjiegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma bħala riżultat ta' negliġenza.

Artikolu 12

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom minnufih jinformaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jagħtu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom b’konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni fir-rigward ta’ problemi ta' vjolazzjonijiet u nfurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 13

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li:

(a) temenda l-Anness I abbażi ta' determinazzjonijiet magħmula jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u, fejn xieraq, iżżid in-numri ta' referenza meħuda min-Nomenklatura Maqgħuda kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87;

(b) temenda l-Anness II abbażi ta' informazzjoni moghtija mill-Istati Membri;

(ċ) temenda l-Anness III sabiex tirfina jew tadatta l-lista ta' oġġetti inklużi hemmhekk, skond kwalunkwe definizzjoni jew linji gwida li jistgħu jkunu mnieda mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u waqt li tingħata konsiderazzjoni lil-listi prodotti minn ġurisdizzjonijiet oħra, jew biex iżżid in-numri ta' referenza meħuda min-Nomenklatura Maqgħuda kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jekk meħtieġ jew xieraq;

(d) temenda l-Anness IV abbażi tad-determinazzjonijiet magħmula jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti:

(e) temenda l-Annessi I jew IV skond kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kunsill abbażi tal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK.

Artikolu 14

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implementati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

Article 15

1.  Member States shall designate the competent authorities referred to in this Regulation and identify them in, or through, the websites as listed in Annex II.

2.  Member States shall notify the Commission of their competent authorities without delay after the entry into force of this Regulation and shall notify it of any subsequent amendment.

Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fit-territorju tal-Komunità;

(b) abbord kwalunkwe inġenju ta' l-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(ċ) għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Komunità li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d) għal kwalunkwe persuna ġuridika, jew entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, ġewwa l-Komunità.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I

Prodotti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 2 u 3

NOTI TA’ INTRODUZZJONI

Fejn possibbli, l-oġġetti f’dan l-Anness huma definiti b’referenza għal-lista ta’ oġġetti b’użu doppju stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2007 ( 5 ).

Ħafna drabi d-deskrizzjonijiet ta’ l-oġġetti f’dan l-Anness huma identiċi jew simili għad-deskrizzjonijiet ta’ l-oġġetti mniżżla fil-lista ta' oġġetti b'użu doppju, allavolja dan mhux dejjem il-każ. Kull deskrizzjoni hija bbażata kemm jista’ jkun fuq dik ta’ l-ewwel oġġett b’użu doppju li ssir referenza għalih. Fejn hemm d-differenzi bejn iż-żewġ deskrizzjonijiet, id-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti jew tat-teknoloġija mniżżla f’dan l-Aneess għandha tkun dik deċiżiva. Għall-fini ta' kjarezza, asterisk tindika li deskrizzjoni hija bbażata fuq id-deskrizzjoni ta’ l-oġġett b’użu doppju li ssir referenza għalih, iżda għandha valuri differenti għall-parametri tekniċi użati jew taqbeż jew iżżid elementi speċifiċi.

Jekk parti biss mill-iskop ta’ l-oġġett b’użu doppju msemmi huwa kopert minn entrata f’dan l-Anness, in-numru ta’ referenza meħud mil-lista ta’ oġġetti b’użu doppju jiġi preċedut b’“ex”.

Għad-definizzjonijiet ta’ termini li jkunu bejn “virgoletti doppji” jekk jogħġbok irreferi għar-Regolament (KE) Nru 1183/2007.

Dan l-Anness ma jinkludix oġġetti u teknoloġija (inkluż software) inklużi fil-Lista Militari Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea ( 6 ). Skond l-artikolu 1(1)(a) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PBSK ( 7 ), l-Istat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea se jipprojbixxi l-forniment dirett jew indirett, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ dawn l-oġġetti u teknoloġija lir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea.

Noti Ġenerali

1. Għal kontroll jew il-projbizzjoni ta' oġġetti li huma ddisinjati jew modifikati għal użu militari, ara l-lista(i) ta' kontrolli jew il-projbizzjonijiet fuq il-merkanzija militari miżmuma mill-Istati Membri individwali. Ir-referenzi f’dan l-Anness li jiddikjaraw “Ara wkoll il-Kontrolli ta' Merkanzija Militari” jirreferu għall-istess listi.

2. L-iskop tal-projbizzjonijiet inklużi f'dan l-Anness m'għandhomx jingħelbu mill-esportazzjoni ta' kull oġġett mhux ipprojbit (li jinkludi pjanti) li jinkludi wieħed jew aktar mill-komponenti pprojbiti meta l-komponent jew komponenti pprojbiti huma l-elementi prinċipali ta' l-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal għanijiet oħra.

N.B.: Waqt li jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti pprojbiti għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu l- komponent jew komponenti pprojbiti bħala l-element prinċipali ta' l-oġġetti li jkun qed jiġu akkwistati.

3. Oġġetti speċifikati f'dan l-Anness jinkludu kemm oġġetti ġodda kif ukoll dawk użati.

Nota dwar it-Teknoloġija Nukleari (NTN)

(Li għandha tinqara flimkien mat-Taqsima I..0.B.)

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ “teknoloġija” direttament assoċjata ma' kwalunkwe oġġett li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tiegħu fit-Taqsima I.0.A huwa pprojbit skond id-dispożizzjonijiet tal-Kategorija I.0.

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' oġġetti taħt projbizzjoni tibqa' taħt projbizzjoni anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ipprojbiti.

L-approvazzjoni ta' oġġetti għal esportazzjoni skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, tawtorizza wkoll l-esportazzjoni lill-istess utent finali t-“teknoloġija” minima meħtieġa għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni wija ta' l-oġġetti.

Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment ta' “teknoloġija” ma japplikawx għal informazzjoni “fl-isfera pubblika” jew għal “riċerka xjentifika bażika”.

Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija (GTN)

(Li għandha tinqara flimkien mat-Taqsimiet I.1B, I.2B, I.3B, I.4B, I.5B, I.6B, I.7B u I.9B.)

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ “teknoloġija” li hi “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' oġġetti li l-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti fil-Kategoriji I.1 sa 9, huma pprojbiti skond id-dispożizzjonijiet tal-Kategoriji I.1 sa I.9.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' oġġetti taħt projbizzjoni tibqa' pprojbita anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ipprojbiti.

Il-projbizzjonijiet ma japplikawx għal dik it-“teknoloġija” li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni(iċċekjar) u għat-tiswija ta' dawk l-oġġetti li mhumiex pprojbiti jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata skond ir-Regolament (KE) Nru 329/2007.

Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment ta' “teknoloġija” ma japplikawx għal informazzjoni “ta' dominju pubbliku”, għal “riċerka xjentifika bażika” jew għall-informazzjoni minima neċessarja għal applikazzjonijiet ta’ privattivi.

Nota Ġenerali dwar is-Software (GSN)

(Din in-nota tegħleb kwalunkwe projbizzjoni fit-taqsimiet I.0B, I.1B, I.2B, I.3B, I.4B, I.5B, I.6B, I.7B and I.9B.)

Kategoriji I.0 sa I.9 ta' din il-lista ma jipprojbixxux “software” li jew huwa:

a. Ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jkun:

1. Mibjugħ mill-ħażniet f'postijiet ta' bejgħ bl-imnut, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':

a. Transazzjonijiet fil-ħwienet;

b. Transazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bil-posta;

ċ. Transazzjonijiet elettroniċi; jew

d. Transazzjonijiet ta' ordni bit-telefon; u

2. Ikun iddisinjat għall-istallazzjoni mill-utent mingħajr aktar sostenn sostanzjali mill-fornitur; jew

b. “Fl-isfera pubblika”.

I.0

MATERJALI, FAĊILITAJIET, U APPARAT NUKLEARI



I.0A  Oġġetti

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.0A.001

0A001

“Reatturi Nukleari” u tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għalihom, kif ġej:

a.  “Reatturi Nukleari” kapaċi li jaħdmu sabiex iżommu katina ta' reazzjoni ta' fissjoni kkontrollata li ssostni lilha nnifisha;

b.  Kontenituri tal-metall, jew partijiet ewlenin prodotti fil-fabbrika għalihom, iddisnjati jew ippreparati apposta sabiex jinkludu l-qalba ta' “reattur nukleari”, inkluża l-parti ta' fuq tal-kontenitur tar-reattur għal kontenitur tal-pressjoni ta' reattur;

ċ.  Tagħmir manipulattiv iddisinjat apposta jew ippreparat sabiex jinserixxi jew ineħħi l-karburant f' “reattur nukleari”;

d.  Vireg tal-kontroll iddisinjati apposta jew ippreparati għall-kontroll tal-proċess ta' fissjoni f'“reattur nukleari”, strutturi ta' appoġġ jew ta' sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu l-vireg u tubi gwida tal-vireg;

e.  Tubi ta' pressjoni ddisinjati apposta jew ippreparati sabiex ikun fihom elementi ta' karburant u l-aġent tat-tkessiħ primarju f' “reattur nukleari” fi pressjoni operattiva ta' aktar minn ta' 5.1 MPa;

f.  Metall u liegi taż-żirkonju fil-forma ta' tubi jew assemblaġġi ta' tubi li fihom il-proporzjon ta' ħafnju għal żirkonju huwa inqas minn 1:500 partijiet bl-użin, iddisinjati apposta jew ippreparati għall-użu f' “reattur nukleari”;

g.  Pompi ta' aġenti tat-tkessiħ iddisinjati apposta jew ippreparati għaċ-ċirkulazzjoni ta' l-aġent tat-tkessiħ primarju ta' “reatturi nukleari”;

h.  ‘Interni ta' reatturi nukleari’ ddisinjati apposta jew ippreparati għall-użu f' “reattur nukleari”, inklużi kolonni ta' appoġġ għall-qalba, kanali tal-karburant, tarki termali, defletturi, pjanċi tal-grilja tal-qalba, u pjanċi ta' diffużjoni;

Nota: Fil-I.0A.001.h. “interni tar-reattur nukleari” tfisser kull struttura ewlenija fir-reċipjent tar-reattur li għandha wieħed jew iktar funzjonijiet bħal tappoġġja l-parti ċentrali, żżomm l-allinjament tal-karburant, tidderieġi l-fluss tal-likwidu tat-tkessiħ primarju, tipprovdi tarki tar-radjazzjoni għar-reċipjent tar-reattur, u tiggwida l-istrumentazzjoni fil-parti ċenrali.

i.  Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana (ġeneraturi ta' l-istim) iddisinjati apposta jew ippreparati għal użu fiċ-ċirkwit ta' l-aġent tat-tkessiħ primarju ta' “reattur nukleari”;

j.  Strumenti għar-rilevament u t-tkejjil tan-newtroni ddisinjati apposta jew ippreparati sabiex jiddeterminaw il-livelli ta' fluss ta' newtroni fil-qalba ta' “reattur nukleari”.

I.0A.002

ex 0B001*

(0B001.a, 0B001.b.1-13, 0B001.ċ, 0B001.d 0B001.e 0B001.f 0B001.g 0B001.h 0B001.i and 0B001.j)

Impjant għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” u “materjali fissili speċjali”, u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalihom, kif ġej:

a.  Impjant iddisinjat apposta għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' “uranju naturali”, “uranju mfaqqar”, u “materjali fissili speċjali”, kif ġej:

1.  Impjant għas-separazzjoni b'ċentrifuga tal-gass;

2.  Impjant għas-separazzjoni b'diffużjoni gassuża;

3.  Impjant għas-separazzjoni aerodinamika;

4.  Impjant għas-separazzjoni bi skambju kimiku;

5.  Impjant għas-separazzjoni ta' skambji-joniċi;

6.  Impjant għas-separazzjoni iżotopika ta' fwar atomiku bil-laser (AVLIS);

7.  Impjant għas-separazzjoni iżotopika molekulari bil-“laser” (MLIS);

8.  Impjant għas-separazzjoni bil-plażma;

9.  Impjant għas-separazzjoni elettromanjetika;

b.*  Ċentrifugi tal-gass u assemblaġġi u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni b'ċentrifugi tal-gass, kif ġej:

Nota: Fil-I.0A.002.b. “materjal ta' proporzjon saħħa-għal-densità għolja” tfisser kull waħda minn dawn li ġejjin:

a.  Azzar maraging kapaċi ta' piż li jiflaħ mingħajr jinqata' finali ta' 2 050 MPa jew aktar;

b.  Liegi ta' l-aluminju b'limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 460 MPa jew aktar; jew

ċ.  “Materjali fibrużi jew bil-filamenti” b' “modulus speċifiku” ta' iktar minn 3,18 × 106 m u ta' “reżistenza għat-tensjoni speċifika” ikbar minn 76,2 × 103 m;

1.  Ċentrifugi tal-gass;

2.  Assemblaġġi ta' skrejjen kompleti;

3.  Ċilindri ta' tubu ta' rotor bi ħxuna ta' 12 mm jew inqas, djametru ta' bejn 75 mm u 400 mm, magħmulin minn “materjali ta' proporzjon saħħa-għal-densità għolja”;

4.  Ċrieki jew mniefaħ b' ħxuna ta' 3 mm jew inqas u djametru ta' bejn 75 mm u 400 mm u ddisinjati biex jagħtu appoġġ lokali lit-tubu rotor jew biex jagħqdu numru flimkien, magħmulin minn “materjali ta' proporzjon saħħa-għal-densità għolja”;

5.  Baffles b'djametru ta' bejn 75 mm u 400 mm għal immuntar fit-tubu rotor, magħmulin minn “materjali ta' proporzjon saħħa-għal-densità għolja”;

6.  Għotjien ta' fuq jew ta' isfel b'dijametru ta' bejn 75 mm u 400 mm sabiex jiffittjaw mat-truf tat-tubu ta' skrun, magħmulin minn “materjali ta' proporzjon saħħa-għal-densità għoli”

7.  Kuxxinetti ta' sospensjoni manjetika li jikkonsistu f'kalamita f'għamla ta' ħolqa sospiża f'alloġġament magħmul minn jew protett b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” li fihom mezz li jtaffi u li għandhom igganċjar tal-kalamita b'biċċa polari jew bit-tieni kalamita mmuntata ma' l-għatu ta' fuq ta' l-iskrun;

8.  Kuxxinetti ippreparati apposta li jikkonsistu f'assemblaġġ b'għatu bil-pern immuntat fuq damper;

9.  Pompi molekulari li jikkonsistu f'ċilindri li għandhom skanalaturi elikojdali interni mmaxinjati jew bl-estrużjoni u toqob immaxinjati internament;

10.  Partijiet stazzjonarji tal-magna f'forma ta' ċrieki għall-isterisi (jew rilluttanza) tal-muturi multifażi AC għal tħaddim sinkroniku ġewwa vakwu fil-medda tal-frekwenzi ta' 600 sa 2 000 Hz u ta' firxa ta' qawwa ta' 50 sa 1 000 Volt-Amps;

11.  Kontenituri/alloġġamenti ta' ċentrifuga sabiex iżommu fihom l-assemblaġġ ta' tubu ta' skrun ta' ċentrifuga tal-gass, li jikkonsistu f'ċilindru riġidu ta' ħxuna tal-ħajt sa 30 mm bi truf immaxinjati bi preċiżjoni u magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

12.  Tubi għall-estrazzjoni b'dijametru intern li jwassal sa 12 mm għall-estrazzjoni tal-gass UF6 minn ġewwa t-tubu ta' skrun ta' ċentrifuga b'azzjoni ta' tubu Pitot, magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

13.  Varjanti tal-frekwenza (konvertituri jew invertituri) iddisinjati apposta jew ippreparati sabiex jissuplixxu lill-partijiet stazzjonarji ta' magna taċ-ċentrifuga għall-arrikiment tal-gass, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.  Produzzjoni fuq diversi fażijiet ta' 600 sa 2 000 Hz;

b.  Kontroll tal-frekwenza aħjar minn 0,1 %;

ċ.  Distorsjoni armonika ta' inqas minn 2 %; u

d.  Effiċjenza ikbar minn 80 %;

ċ.  Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni b'diffużjoni gassuża, kif ġej:

1.  Barrieri għad-diffużjoni gassuża magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” metalliċi, tal-polimer jew taċ-ċeramika porużi, b'daqs tal-pori ta' 10 sa 100 nm, ħxuna ta' 5 mm jew inqas, u, għal forom tubulari, dijametru ta' 25 mm jew inqas;

2.  Alloġġamenti tal-propagaturi tal-gass magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

3.  Kompressuri (tat-tip ta' spjazzament pożittiv, ċentrifugali u fluss assjali) jew ventilaturi tal-gass b'kapaċità ta' volum ta' ġbid ta' l-arja ta' 1 m3/min jew iktar ta' UF, u pressjoni ta' skarika li twassal sa 666,7 kPa, magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF”;

4.  Siġilli ta' xaftijiet li jduru għal kompressuri jew ventilaturi speċifikati f'I.0A.002.ċ.3 u ddisinjati sabiex jillimitaw l-infiltrazzjoni ta' gass buffer għal inqas minn 1 000 cm3/min.;

5.  Apparat għat-trasferiment ta' sħana magħmulin minn aluminju, ram, nikil, jew liegi li fihom iktar minn 60 fil-mija nikil, jew taħlit ta' dawn il-metalli bħal tubi miksija, ddisinjati biex jaħdmu fi pressjoni sub-atmosferrika b'rata ta' telf ta' likwidu li tillimita li l-pressjoni tgħola inqas minn10 Pa fis-siegħa taħt divrenzal ta' pressjoni ta'100 kPa;

6.  Valvijiet ta' l-imniefaħ magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF”, b'dijametru ta' 40 mm sa 1 500 mm;

d.  Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni aerodinamika, kif ġej:

1.  Żennuni għas-separazzjoni li jikkonsistu minn kanali kkurvati f'forma ta' inċiżjoni li għandhom raġġ ta' kurvatura inqas minn 1 mm, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF, u li għandhom xifer irqiq fiż-żennuna li jissepara l-gass li jgħaddi miż-żennuna f'żewġ nixxigħat;

2.  Tubi ċilindriċi jew konikali bi dħul tanġenzjali mħaddmin bil-fluss, (tubi vortiċi), magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF” b'dijametru ta' bejn 0,5 cm u 4 cm u proporzjon ta' tul għal dijametru ta' 20:1 jew inqas u b'daħla tanġenzjali waħda jew aktar;

3.  Kompressuri (tat-tip ta' spjazzament pożittiv, ċentrifugali u fluss assjali) jew ventilaturi tal-gass b' kapaċità ta' volum ta' ġbid ta' l-arja ta' 2 m3/min jew iktar, magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF”, u siġilli ta' xaftijiet li jduru għalihom;

4.  Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF”;

5.  Alloġġamenti ta' l-element għas-separazzjoni aerodinamika, magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF” sabiex ikollhom fihom tubi vortiċi jew żennuni għas-separazzjoni;

6.  Valvijiet ta' l-imniefaħ magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF”, b'dijametru ta' 40 sa 1 500 mm;

7.  Sistemi ta' l-ipproċessar għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur (idroġenu jew elju) għal kontenut ta' UF6 ta' 1 ppm jew inqas, inkluż:

a.  Apparat għat-trasferriment ta' sħana krijoġenika u krijoseparaturi kapaċi għal temperaturi ta'153 K (– 120 °C) jew inqas;

b.  Unitajiet ta' tkessiħ krijoġeniċi kapaċi għal temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew inqas;

ċ.  Żennuni għas-separazzjoni jew unitajiet ta' tubu vortiċi għas-separazzjoni ta' l-UF6 mill-gass trasportatur;

d.  Trappoli kesħin għall-UF6 li jilħqu temperaturi ta' 253 K (– 20 °C) jew inqas;

e.  Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni bi skambju kimiku, kif ġej:

1.  Kolonni b'impuls likwidu-likwidu bi skambju mgħaġġel b'ħin ta' permanenza ta' l-istadju ta' 30 sekonda jew inqas u reżistenti għall-aċidu idrokloriku konċentrat (eż. magħmulin minn jew protetti b'materjali tal-plastik adatti bħal polimeri ta' fluworokarbon jew ħġieġ);

2.  Kuntratturi ċentrifugali għall-iskambju mgħaġġel ta' likwidu-likwidu b'ħin ta' residenza ta' l-istadju ta' 30 sekonda jew inqas u reżistenti għal aċidu idrokloriku konċentrat (e.ż. magħmulin minn jew protetti b' materjali ta' plastik addattati bħal polimeri ta' fluworokarbon jew ħġieġ);

3.  Ċelloli elettrokimiċi għat-tnaqqis reżistenti għal soluzzjonijiet konċentrati ta' l-aċidu idrokloriku, għat-tnaqqis ta' l-uranju minn stat ta' valenza għal ieħor;

4.  Tagħmir li jitma' lil ċelloli elettrokimiċi għat-tnaqqis sabiex jittieħed l-U+4 mill-fluss organiku u, għal dawk il-partijiet f'kuntatt mal-fluss tal-proċess, magħmulin minn jew protetti b'materjali addatti (eż. ħġieġ, polimeri tal-fluworokarbon, sulfat tal-polifenil, sulfon tal-polietere u grafita bir-reżina);

5.  Sistemi ta' preparazzjoni ta' tmigħ għall-produzzjoni ta' soluzzjoni ta' klorur ta' l-uranju ta' purità kbira li jikkonsistu f'tagħmir ta' dissoluzzjoni, estrazzjoni ta' solvent u/jew skambju ta' joni għall-purifikazzjoni u għaċ-ċelloli elettrolitiċi għat-tnaqqis ta' l-uranju U+6 jew U+4 għal U+3;

6.  Sistemi ta' ossidazzjoni ta' l-uranju għall-ossidazzjoni ta' U+3 għal U+4;

f.  Apparat u komponenti, ddisinjati jew ippreparati apposta għal proċess ta' separazzjoni ta' skambju ta' jone, kif ġej:

1.  Reżini ta' l-iskambju ta' joni li jirreagixxu malajr, reżini ta' pellikula jew porużi f'għamla ta' xibka makro li fihom il-gruppi attivi ta' skambju kimiku huma limitati għal kisja fuq il-wiċċ ta' struttura ta' appoġġ inattiva u poruża, u strutturi kompożiti oħra ta' kull forma addattata, inklużi partikoli jew fibri, b'djametri ta' 0,2 mm jew inqas, reżistenti għal aċidu idrokloriku konċentrat u ddisinjati biex ikollhom rata ta' skambju ta' ħaftajm ta' inqas minn 10 sekondi u kapaċi li jaħdmu f'temperaturi fir-raġġ ta' 373 K (100 °C) sa 473 K (200 °C);

2.  Kolonni ta' skambju ta' jone (ċilindriċi) b'djametru ikbar minn 1 000 mm, magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għal aċidu idrokloriku konċentrat (e.ż. titanju jew plastiks fluworokarbon) u kapaċi jaħdmu b'temperaturi fir-raġġ ta' 373 K (100 °C) sa 473 K (200 °C) u pressjonijiet għola minn 0,7 MPa;

3.  Sistemi ta' rifluss ta' skambju joniku (sistemi ta' ossidazzjoni jew riduzzjoni kimika jew elettrokimika) għar-riġenerazzjoni ta' l-aġenti kimiċi ta' riduzzjoni jew ossidazzjoni użati f'kaskati ta' arrikiment bi skambju joniku;

g.  Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni iżotopika tal-fwar atomiku bil-“laser” (AVLIS), kif ġej:

1.  Kanuni b'raġġ elettroniku ta' enerġija għolja bi strixxa jew bl-iskannjar b'enerġija prodotta ta' aktar minn 2,5 kW/cm għal użu fis-sistemi ta' vaporizzazzjoni ta' l-uranju;

2.  Sistemi ta' maniġġar ta' metall likwidu għal uranju mdewweb jew liegi ta' l-uranju, li jikkonsistu fi griġjoli, magħmulin minn jew protetti b'materjali adatti reżistenti għall-korrużjoni u għas-sħana (eż. tantalu, grafit miksi bl-ittrija, grafit miksi b'ossidi ta' l-art rari oħrajn jew taħlitiet tagħhom), u tagħmir tat-tkessiħ għall-griġjoli;

N.B.: Ara wkoll I.2A.002.:

3.  Sistemi ta' kollettur tal-prodott u dnub magħmilun minn jew miksija b'materjali reżistenti għas-sħana u korrużjoni ta' metall ta' l-uranju fwar jew likwidu, bħal grafita miksija bl-ittriju jew tantalu;

4.  Alloġġamenti tal-modulu ta' separazzjoni (kontenituri ċilindriċi jew rettangolari) sabiex ikollhom fihom is-sors tal-fwar tal-metall ta' l-uranju, il-kanun tar-raġġ elettroniku u l-kolletturi tal-prodotti u d-dnub;

5.  “Lasers” jew sistemi “laser” għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' l-uranju bi stabbilizzatur tal-frekwenza ta' l-ispettru għal ħidma fuq perjodi ta' żmien twal;

N.B.: Ara wkoll I.6A.001 and I.6A.008.

h.  Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni iżotopiku molekulari “laser” (MLIS) jew reazzjoni kimika permezz ta' attivazzjoni iżotopika selettiva bil-laser (CRISLA), kif ġej:

1.  Żennuni ta' espansjoni supersonika għal taħlitiet tat-tkessiħ ta' l-UF6 u gass trasportatur sa 150 K (– 123 °C) jew inqas u magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

2.  Kolletturi tal-prodott ta' l-uranju pentafluworidu (UF5) li jikkonsistu f'filtru, impatt, jew kolletturi ta' tip ċiklun jew taħlit tagħhom, u magħmulin minn “materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF/UF”;

3.  Kompressuri magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”, u siġilli ta' xaftijiet li jduru għalihom;

4.  Tagħmir sabiex jiffluworina l-UF5 (solidu) għal UF6 (gass);

5.  Sistemi ta' l-ipproċessar sabiex jisseparaw l-UF6 minn gass trasportatur (eż. nitroġenu jew argon) inkluż:

a.  Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana krijoġeniċi u krijoseparaturi li jilħqu temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew inqas;

b.  Unitajiet ta' tkessiħ krijoġeniċi li jilħqu temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew inqas;

ċ.  UF6 nases kesħin kapaċi għat-temperatura ta' 253 K. (– 20 °C) jew anqas;

6.  “Lasers” jew sistemi “laser” għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' l-uranju bi stabbilizzatur tal-frekwenza ta' l-ispettru għal ħidma fuq perjodi ta' żmien twal;

N.B.: Ara wkoll I.6A.001 and I.6A.008.

i.  Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni bil-plażma, kif ġej:

1.  Sorsi ta' enerġija microwave u antenni għall-produzzjoni jew l-aċċellerazzjoni ta' joni, bi frekwenza ta' produzzjoni ikbar minn 30 GHz u produzzjoni ta' enerġija medja ikbar minn 50 kW;

2.  Bobini ta' eċċitazzjoni tal-joni bi frekwenzi radju għal frekwenzi ta' iktar minn 100 kHz li jifilħu għal qawwa medja ta' iktar minn 40 kW;

3.  Sistemi ta' ġenerazzjoni ta' plażma ta' l-uranju;

4.  Sistemi ta' maniġġar ta' metall likwidu għal uranju imdewweb jew liegi ta' l-uranju, li jikkonsistu fi griġjoli, magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni u għas-sħana (eż. tantalu, grafit miksi bl-ittrija, grafit miksi b'ossidi ta' l-art rari oħrajn jew taħlitiet tagħhom), u tagħmir tat-tkessiħ għall-griġjoli;

N.B.: Ara wkoll I.2A.002.:

5.  Kolletturi ta' prodotti u dnub magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għas-sħana u korrużjoni ta' l-uranju fwar bħal grafita miksija bl-ittriju jew tantalu;

6.  Housings tas-separatur modulu (ċilindriċi) biex iżommu s-sors ta' l-uranju plażma, il-kolja li tħaddem ir-radju-frekwenza u l-kolletturi tal-prodotti u dnub u magħmulin minn materjal mhux manjetiku addattat (e.ż. stainless steel);

j.  Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni elettromanjetika, kif ġej:

1.  Sorsi joniċi, singoli jew multipli, li jikkonsistu f'sors ta' fwar, jonizzatur, u aċċelleratur tar-raġġ magħmulin minn materjali non-manjetiċi addatti (eż. grafit, azzar inossidabbli, jew ram) u li kapaċi jipprovdu total ta' kurrent ta' raġġ joniku ta' 50 mA jew ikbar;

2.  Pjanċi ta' kolletturi joniċi għall-kollezzjoni ta' raġġi joniċi ta' l-uranju arrikkit jew imfaqqar, li jikkonsistu f'żewġ inċiżjonijiet u kavitajiet jew aktar magħmulin minn materjali non-manjetiċi addatti (eż. grafit jew azzar inossidabbli);

3.  Housings tal-vakwu għas-separaturi ta' uranju elettromanjetiku magħmulin minn materjali mhux manjetiċi addattati (e.ż. azzar inossidabbli) u ddisinjat biex jaħdmu fi pressjonijiet ta' 0,1 Pa jew inqas;

4.  Partijiet ta' pol manjetiku b'dijametru ikbar minn 2 m;

5.  Provvisti ta' enerġija ta' vultaġġ għoli għal sorsi joniċi, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.  Kapaċi għal ħidma kontinwa;

b.  Produzzjoni tal-vultaġġ ta' 20 000 V jew ikbar;

ċ.  Produzzjoni tal-kurrent ta' 1 A jew ikbar; u

d.  Regolazzjoni tal-vultaġġ aħjar minn 0,01 % fuq perijodu ta' 8 sigħat;

N.B.: Ara wkoll I.3A.006.

6.  Provvisti ta' enerġija għal kalamiti (enerġija għolja, kurrent dirett) li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.  Kapaċi għal ħidma kontinwa bi produzzjoni tal-kurrent ta' 500 A jew akbar b'vultaġġ ta' 100 V jew ikbar; u

b.  Regolazzjoni tal-kurrent jew tal-vultaġġ aħjar minn 0,01 % fuq perijodu ta' 8 sigħat.

N.B.: Ara wkoll I.3A.005.

I.0A.003

0B002

Sistemi awżiljarji, tagħmir u komponenti, iddisinjati jew ippreparati apposta, kif ġej, għal impjant ta' separazzjoni ta' l-iżotopi speċifikat f'I.0A.002, magħmulin minn jew protetti b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”:

a.  Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess ta' l-arrikkiment;

b.  Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin;

ċ.  Stazzjonijiet tal-prodotti u tad-dnub sabiex jiġi trasferit l-UF6 ġewwa l-kontenituri;

d.  Stazzjonijiet ta' likwefazzjoni jew solidifikazzjoni użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment billi jikkompressaw, ikessħu u jikkonvertu l-UF6 f'forma likwida jew solida;

e.  Sistemi ta' kanen u sistemi ta' intestazzjoni ddisinjati apposta sabiex jittrasportaw l-UF6 fil-kaskati tad-diffużjoni gassuża, ċentrifugali jew aerodinamika;

f.  

1.  Kolletturi jew intestazzjonijiet taħt vakwu li għandhom kapaċità ta' ġbid ta' l-arja ta' 5 m3/minuta jew aktar; jew

2.  Pompi tal-vakwu ddisinjati apposta għall-użu f'atmosferi li fihom l-UF6;

g.  UF6 spettrometri tal-massa/sorsi ta' jone ddisinjati jew preparati apposta biex jieħdu kampjuni on-line ta' materjal li jintemà li magni, prodott jew dnub, minn flussi ta' gass UF6 u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Riżoluzzjoni ta' l-unità għall-massa ta' iktar minn 320 amu;

2.  Sorsi joniċi kostruwiti minn jew miksija b'nikromju jew monel, jew ibbanjat bin-nikil;

3.  Sorsi ta' jonizzazzjoni b'bumbardament ta' elettroni; u

4.  Sistema ta' kollettur adatta għall-analiżi iżotopika.

I.0A.004

0B003

Impjant għall-konverżjoni ta' l-uranju u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalih, kif ġej:

a.  Sistemi għall-konverżjoni ta' konċentrati ta' minerali ta' l-uranju għal UO3;

b.  Sistemi għall-konverżjoni ta' UO3 għal UF6;

ċ.  Sistemi għall-konverżjoni ta' UO3 għal UO2;

d.  Sistemi għall-konverżjoni ta' UO2 għal UF4;

e.  Sistemi għall-konverżjoni ta' UF4 għal UF6;

f.  Sistemi għall-konverżjoni ta' UF4 għal uranju metall;

g.  Sistemi għall-konverżjoni ta' UF6 għal UO2;

h.  Sistemi għall-konverżjoni ta' UF6 għal UF4;

i.  Sistemi għall-konverżjoni ta' UO2 għal UCl4.

I.0A.005

0B004

Impjant għall-produzzjoni jew il-konċentrazzjoni ta' ilma tqil, dewterju u komposti tad-dewterju u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalih, kif ġej:

a.  Impjant għall-produzzjoni ta' ilma tqil, dewterju jew komposti tad-dewterju, kif ġej:

1.  Impjanti għall-iskambju ilma-sulfid ta' l-idroġenu;

2.  Impjanti għall-iskambju ta' ammonja-idroġenu;

b.  Tagħmir u komponenti, kif ġej:

1.  Torrijiet għall-iskambju ilma-sulfid ta' l-idroġenu fabbrikati minn azzar bil-karbonju fin (eż. ASTM A516) b'dijametri ta' 6 m sa 9 m, li kapaċi jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew ugwali għal 2 MPa u b'konċessjoni għall-korrużjoni ta' 6 mm jew ikbar;

2.  Blowers jew kompressuri ċentrifugali ta' stadju singolu, bi pressjoni baxxa (jiġifieri 0,2 MPa) għaċ-ċirkulazzjoni tal-gass tas-sulfid ta' l-idroġenu (jiġifieri gass li fih iktar minn 70 % H2S) b'kapaċità ta' fluss ikbar minn jew daqs 56 m3/sekonda meta jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew daqs 1,8 MPa ta' ġbid u li għandhom siġilli ddisinjati għas-servizz H2S imxarrab;

3.  Torrijiet għall-iskambju ammonja-idroġenu ikbar minn jew daqs 35 m fl-għoli b' dijametri ta' 1,5 m sa 2,5 m kapaċi li jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn 15 MPa;

4.  Elementi interni tat-torri, inklużi kuntatturi ta' l-istadji, u pompi ta' l-istadji, inkluż dawk li huma sommerġibbli, għall-produzzjoni ta' ilma tqil bl-użu tal-proċess ta' skambju ammonja-idroġenu;

5.  Krakkizzanti ta' l-ammonja bi pressjonijiet ta' tħaddim ikbar minn jew daqs 3 MPa għall-produzzjoni ta' ilma tqil bl-użu tal-proċess ta' skambju ammonja-idroġenu;

6.  Analizzaturi b'assorbiment infra-aħmar kapaċi għal analiżi on-line tal-proporzjon idroġenu/dewterju fejn il-konċentrazzjonijiet tad-dewterju huma daqs jew ikbar minn 90 %;

7.  Berners katalitiċi għall-konverżjoni ta' gass tad-dewterju arrikkit f'ilma tqil bl-użu tal-proċess ta' skambju ammonja-idroġenu;

8.  Sistemi kompluti ta' titjib għall-ilma tqil, jew kolonni għalihom, sabiex titjieb il-konċentrazzjoni tad-dewterju fl-ilma tqil sal-kwalità tajba għar-reatturi.

I.0A.006

0B005

Impjanti iddisinjati apposta għall-fabbrikazzjoni ta' elementi karburanti ta' “reattur nukleari” u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalihom.

Nota: Impjant għall-fabbrikazzjoni ta' elementi karburanti ta' “reattur nukleari” jinkludi tagħmir li:

a.  Nrurmalment jiġi f'kuntatt dirett ma' jew jipproċessa jew jikkontrolla direttament il-fluss tal-produzzjoni ta' materjali nukleari;

b.  Jissiġilla l-materjali nukleari fil-ġewwieni tal-kisi;

ċ.  Jiċċekkja l-integrità tal-kisi jew tas-siġill; jew

d.  Jiċċekkja t-trattament tal-finitura tal-karburant issiġillat.

I.0A.007

0B006

Impjanti għar-riproċessar ta' l-elementi karburanti irradjati ta' “reattur nukleari”, u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalihom.

Nota: I.0A.007 tinkludi:

a.  Impjant għar-riproċessar ta' l-elementi karburanti irradjati ta' “reattur nukleari” inkluż tagħmir u komponenti li normalment jiġu f'kuntatt dirett ma' u jikkontrollaw direttament il-karburant irradjat u l-materjal nukleari ewlieni u l-flussi ta' l-ipproċessar tal-prodott tal-fissjoni;

b.  Magni għat-tqattigħ jew it-tqattigħ f'biċċiet żgħar ħafna ta' l-element karburanti, jiġifieri tagħmir li jaħdem remotement sabiex iqatta', iqatta' f'biċċiet, iqatta' f'biċċiet żgħar ħafna jew iġiżż l-assemblaġġi, il-mazzi jew il-vireg ta' karburant irradjat ta' “reattur nukleari”;

ċ.  Dissoluturi, tankijiet ta' sikurezza kritika (eż. tankijiet b'dijametru żgħir, anulari jew ċatti) iddisinjati apposta jew ippreparati għad-dissoluzzjoni ta' karburant irradjat ta' “reattur nukleari”, li kapaċi jirreżistu likwidi jaħarqu u korrożivi ħafna, u li jistgħu jiġu mgħobbija u miżmuma remotement;

d.  Estratturi tas-solvent tal-kontrokurrent u apparat għal ipproċessar ta' l-iskambju ta' jone ddisinjati jew ippreparati għal użu fl-impjant għall-riproċessar ta' “uranju naturali”, “uranju eżawrit” jew “materjali speċjali fissili” li jixħtu dija;

e.  Kontenituri għaż-żamma jew il-ħażna ddisinjati apposta sabiex ikunu kritikament siguri u reżistenti għall-effetti korrożivi ta' l-aċidu nitriku;

Nota: Kontenituri għaż-żamma jew il- ħażna jista' jkollhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1.  Ħitan jew strutturi interni b'ekwivalent ta' boron (kalkulat għal elementi kostitwenti kollha kif definit fin-nota lil I.0A.012) ta' mill-inqas tnejn fil-mija;

2.  Dijametru massimu ta' 175 mm għal kontenituri ċilindriċi; jew

3.  Wisa' massimu ta' 75 mm għal kontenitur kemm ċatt kif ukoll anulari.

f.  Strumentazzjoni tal-kontroll tal-proċess iddisinjata apposta jew ippreparata għal monitoraġġ jew kontroll tar-riproċessar ta' “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” jew “materjali fissili speċjali” irradjati.

I.0A.008

0B007

Impjant għall-konverżjoni ta' plutonju u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalih, kif ġej:

a.  Sistemi għall-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għal ossidu;

b.  Sistemi għall-produzzjoni tal-plutonju metall.

I.0A.009

0C001

“Uranju naturali” jew “uranju mfaqqar” jew torju fil-forma ta' metall, liega, kompost kimiku jew konċentrat u kwalunkwe materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn imsemmija.

Nota: I.0A.009 ma tipprojbixxix dawn li ġejjin:

a.  Erba' grammi jew inqas ta' “uranju naturali” jew “uranju mfaqqar” meta jkun miżmum f'komponent sensittiv fi strumenti;

b.  “Uranju eżawrit” immanifatturat apposta għall-applikazzjonijiet ċivilli mhux nukleari li ġejjin:

1.  Ilqugħ;

2.  Ippakkjar;

3.  Saborri li għandhom massa ta' mhux iktar minn 100 kg;

4.  Kontro-piżijiet li għandhom massa ta' mhux iktar minn 100 kg;

ċ.  Liegi li fihom inqas minn 5 % torju;

d.  Prodotti taċ-ċeramika li fihom it-torju, li ġew immanifatturati għal użu non-nukleari.

I.0A.010

0C002

“Materjali fissili speċjali”.

Nota: I.0A.010 ma jipprojbix erbgħa “grammi effettivi” jew inqas meta jkunu f'komponent sensittiv ġewwa strumenti.

I.0A.011

0C003

Dewterju, ilma tqil (ossidu tad-dewterju) u komposti oħrajn tad-dewterju, u taħlitiet u soluzzjonijiet li jkunu fihom id-dewterju, li fihom il-proporzjon iżotopiku tad-dewterju għall-idroġenu hu ogħla minn 1:5 000.

I.0A.012

0C004

Grafit, grad nukleari, b'livell ta' purità ta' inqas minn 5 partijiet fil-miljun ta' “ekwivalent tal-boron” u b'densità ikbar minn 1,5 g/cm3.

N.B.: Ara wkoll I.1A.028.

Nota 1: I.0A.012 ma tipprojbixxix dawn li ġejjin:

a.  Manifatturi ta' grafit li għandhom massa ta' inqas minn 1 kg, ħlief għal dawk iddisinjati apposta jew ippreparati għal użu f'reattur nukleari;

b.  Trab tal-grafit.

Nota 2: F'I.0A.012, “ekwivalent tal-boron” (BE) huwa definit bħala s-somma ta' BE għal impuritajiet (exkluż BEkarbonju billi l-karbonju mhux ikkonsidrat bħala impurità) inkluż boron, billi:

BEz (ppm) = CF x konċentrazzjoni ta' l-element Z f'ppm;

fejn CF hu l-fattur ta' konverżjoni = image

u σB u σZ huma taqsimiet li jikkatturaw newtron termali (f'barns) għal boron li jidher naturalment u element Z rispettivament; u AB u AZ huma l-massi atomiċi ta' boron li jidher naturalment u element Z rispettivament.

I.0A.013

0C005

Komposti jew trabijiet ippreparati apposta għall-manifattura ta' barrieri għad-diffużjoni gassuża, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6 (eż. nikil jew liegi li fihom 60 fil-mija bl-użin jew iktar nikil, ossidu ta' l-aluminju u polimeri ta' idrokarbori fluworinati kompletament), li għandhom purità ta' 99.9 fil-mija bl-użin jew aktar u medja tal-qies tal-partiċelli ta' inqas minn 10 mikrometri mkejla bl-istandard tas-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u l-Materjali (ASTM) B330 u grad għoli ta' uniformità fil-qies tal-partiċelli.



I.0B  I.0 B It-teknoloġija, inkluż is-software

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.0B.001

0D001

“Software” iddisinjat apposta jew immodifikat għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' oġġetti speċifikati f'din it-Taqsima I.0A.

I.0B.002

0E001

“Teknoloġija” skond in-Nota dwar it-Teknoloġija Nukleari għall-“iżvilupp”, “produzzjoni” jew “użu” ta’ l-oġġetti speċifikati fit-Taqsima I.0A.

I.1

MATERJALI, KIMIĊI, “MIKROORGANIŻMI” U “TOSSINI”



I.1A  Oġġetti

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.1A.001

1A102

Komponenti karbonju-karbonju risaturati u pirolizzati ddisinjati għal vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'I.9A.001 jew rokits sonda speċifikati f'I.9A.005.

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għal komponenti għal rokits u missili

I.1A.002

1A202

L-istrutturi kompożiti fil-forom ta’ tubi u li jkollhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

N.B.: Ara wkoll I.9A.011.

a.  Dijametru intern ta' bejn 75 mm u 400 mm; u

b.  Magħmul b' kull wieħed mill-“materjali fibrużi u bil-filamenti” speċifikati f'I.1A.024 jew I.1A.034.a. jew b'materjali ta' karbonju prepreg speċifikati f'I.1A.034.ċ.

I.1A.003

1A225

Katalizzaturi miksijin bil-platinu ddisinjati apposta jew ippreparati għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta' skambju iżotopiku ta' l-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkuprar tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta' ilma tqil.

I.1A.004

1A226

Imballaġġi speċjalizzati li jistgħu jintużaw fis-separazzjoni ta' ilma tqil minn ilma ordinarju, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Magħmulin minn malja ta' bronż fosforuż kimikament trattata sabiex ittejjeb il-kapaċità li tixxarrab; u

b.  Iddisinjati sabiex jintużaw fit-torrijiet tad-distillazzjoni fil-vakwu.

I.1A.005

1A227

Twieqi bi lqugħ għar-radjazzjoni ta' densità għolja (ħġieġ taċ-ċomb jew ieħor), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u frejmijiet iddisinjati apposta għalihom:

a.  “Żona kiesħa” ikbar minn 0,09 m2;

b.  Densità ikbar minn 3 g/cm3; u

ċ.  Ħxuna ta' 100 mm jew akbar.

Nota Teknika:

Fil-I.1A.005 it-terminu “cold area” jfisser il-biċċa ta' l-apertura li minnha tħares li hija esponuta għall-iktar livell baxx ta' radjazzjoni fl-applikazzjoni tad-disinn.

I.1A.006

ex 1B001*

(1B001.a, ex 1B001.b u 1B001.ċ)

Tagħmir għall-produzzjoni ta' fibri, pre-impregnati, pre-formati jew “kompożiti” speċifikati f'I.1A.024, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:

N.B.: Ara wkoll I.1A.007 u I.1A.014.

a.  Magni għat-tkebbib tal-filament li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid, it-tgeżwir u t-tkebbib ta' fibri huma koordinati u programmati fi tliet assi jew aktar, iddisinjati apposta għall-manifattura ta' strutturi jew laminati “kompożiti” minn “materjali fibrużi jew filamentari”;

b.*  Magni ta' tqegħid ta' tejp ta' liema movimenti għat-tqegħid jew firxa tat-tejp, jew folji huma kordinati u programmati f'żewġ jew iktar assi, ddisinjati apposta għal manifattura ta' strutturi “kompożiti” airfrejm jew “missili”;

Nota: F'1A001.ċ., “missila” tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ.

ċ.  Magni ta' l-insiġ multidirezzjonali u multidimensjonali jew magni tad-dafar, inklużi adattaturi u kittijiet għall-modifika, għall-insiġ, id-dafar jew l-immaljar ta' fibri għall-manifattura ta' strutturi “kompożiti”;

Nota Teknika:

Għall-iskop ta' I.1A.006.ċ. it-teknika ta' dafar tinkludi nitting.

Nota: I.1A.006.ċ. ma jipprojbixxux makkinarju tat-tessuti mhux immodifikat għal użi finali ta' hawn fuq.

I.1A.007

1B101 u ex 1B001.d

Tagħmir, minbarra dak speċifikat f'I.1A.006, għall-“produzzjoni” ta' kompożiti strutturali kif ġej; u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalih:

Nota: Komponenti u aċċessorji speċifikati f'I.1A.007 inklużi forom, mandrini tat-torn, konijiet, fissi ma' immobbli u għodod għall-ippressar tal-priform, ikkurar, ikkastjar, tgħaqqid bis-sħana jew rbit ta' strutturi kompożiti, laminati u manifatturi tagħhom.

a.  Magni għat-tkebbib tal-filament li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid, it-tgeżwir u t-tkebbib ta' fibri jistgħu jiġu koordinati u programmati fi tliet assi jew aktar, iddisinjati għall-manifattura ta' strutturi jew laminati kompożiti minn materjali fibrużi jew filamentari, u kontrolli li jikkoordinaw u jipprogrammaw;

b.  Magni ta' tqegħid ta' tejp li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid jew il-pjazzament tat-tejp u l-folji jistgħu jiġu koordinati u programmati f'żewġ assi jew aktar, iddisinjati għall-manifattura ta' strutturi kompożiti ta' korp ta' l-ajruplan jew “missili”;

ċ.  Tagħmir iddisinjat jew immodifikat għall-“produzzjoni” ta' “materjali fibrużi jew filamentari” kif ġej:

1.  Tagħmir għall-konverżjoni ta' fibri polimeriċi (bħal poliakrilonitril, rejon jew polikarbosilan) inkluż tagħmir speċjali sabiex tissikka l-fibra waqt it-tisħin;

2.  Tagħmir għad-depożizzjoni bil-fwar ta' elementi jew komposti fuq sottostrati tal-filamenti msaħħna;

3.  Tagħmir għall-estrużjoni bl-umdità ta' ċeramika refrattarja (bħall-ossidu ta' l-aluminju);

d.  Apparat iddisinjat jew modifikat għat-trattament speċjali ta’ l-uċuħ tal-fibri jew għal produzzjoni ta' prepregs u priformi speċifikati fid-daħla I.9A.026.

Nota: I.1A.007.d tinkludi rombli, streċers tat-tensjoni, apparat għal kisi, apparat għal qtugħ u konijiet tal-clicker.

I.1A.008

1B102

Trab tal-metall “tagħmir tal-produzzjoni” u komponenti kif ġej:

N.B.: Ara wkoll I.1A.009.b.

a.  “Tagħmir tal-produzzjoni” tat-trab tal-metall li jista' jintuża għall-“produzzjoni”, f'ambjent ikkontrollat, ta' materjali sferiċi jew atomizzati speċifikati f'I.1A.025.a., I.1A.025.b., I.1A.029.a.1., I.1A.029.a.2.jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

b.  Komponenti ddisinjati apposta għal “apparat tal-produzzjoni” speċifikati f'I.1A.008.a.

Nota: I.1A.008 tinkludi:

a.  Ġeneraturi tal-plażma (ġett forma ta' arka ta' frekwenza għolja) li jistgħu jintużaw sabiex jinkisbu trabijiet metalliċi atomizzati jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess f'ambjent argon-ilma;

b.  Tagħmir ta' elettrosplużjoni li jista' jintuża sabiex jinkisbu trabijiet metalliċi atomizzati jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess f'ambjent argon-ilma;

ċ.  Tagħmir li jista' jintuża għall-“produzzjoni” ta' trabijiet ta' l-aluminju sferiċi bil-polverizzazzjoni ta' tidwiba f'ambjent inert (eż. nitroġenu).

I.1A.009

1B115

Tagħmir, minbarra dak speċifikat f'I.1A.008, għall-produzzjoni ta' propellant u kostitwenti ta' propellant, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

a.  “Tagħmir tal-produzzjoni” għall-“produzzjoni”, il-maniġġar jew l-ittestjar għall-aċċettazzjoni ta' propellanti likwidi jew kostitwenti ta' propellanti speċifikati f'I.1A.025.a., I.1A.025.b., I.1A.029 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari;

b.  “Apparat tal-produzzjoni” għal “produzzjoni”, mmaniġġjar, taħlit, ikkurar, ikkastjar, ippressar, immakinar, tagħfis biex tagħti forma jew ittestjar għall-aċċettazzjoni ta' fjuwil solidu li jagħti l-ewwel imbottatura jew kostitwenti ta' fjuwil li jagħtu l-ewwel imbottatura speċifikati f'I.1A.025.a., I.1A.025.b., I.1A.029 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota: I.1A.009.b. ma jipprojbixxix tagħmir għat-taħlit diskontinwu, kontinwu jew imtieħen ta' enerġija bil-fluwidu. Għall-projbizzjoni ta' grupp miksers, miksers kontinwi jew mtieħen ta' enerġija fluwida ara I.1A.011, I.1A.012 u I.1A.013.

Nota 1: Għal tagħmir iddisinjat apposta għall-produzzjoni ta' merkanzija militari, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota 2: I.1A.009 ma jipprojbixxix l-apparat għal “produzzjoni”, mmaniġġjar u l- ittestjar għall-aċċettazzjoni ta' boron karbur

I.1A.010

1B116

1B116 Żennuni ddisinjati apposta biex jiġu prodotti materjali derivati pirolitikament ifformati fuq forom, mandrin tat-torn jew substratti oħra minn gassijiet prekursuri li jiddekomponu fid-distanza tat-temperatura 1 573 K (1 300 °C) sa 3 173 K (2 900 °C) fi pressjonijiet ta' 130 Pa to 20 kPa.

I.1A.011

1B117

Tagħmir għat-taħlit diskontinwu li għandu tagħmir għat-taħlit taħt vakwu fil-firxa ta' zero sa 13,326 kPa u b'kapaċità ta' kontroll tat-temperatura tal-kamra tat-taħlit u li għandu dawn li ġejjin kollha, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

a.  Kapaċità volumetrika totali ta' 110 litri jew aktar; u

b.  Mill-inqas wieħed mix-xaftijiet għat-taħlit/impastar immuntat lil hinn miċ-ċentru.

I.1A.012

1B118

Tagħmir għat-taħlit kontinwu li għandu tagħmir għat-taħlit taħt vakwu fil-firxa ta' zero sa 13,326 kPa u b'kapaċità ta' kontroll tat-temperatura tal-kamra tat-taħlit u li għandu xi wieħed minn dan li ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

a.  Żewġ xaftijiet jew aktar għat-taħlit/impastar; jew

b.  Xaft li jdur uniku li joxxilla u li għandu pinnijiet/snien ta' l-impastar fuq ix-xaft kif ukoll fil-ġewwieni tal-ħitan tal-kamra tat-taħlit.

I.1A.013

1B119

Imtieħen ta' l-enerġija bil-fluwidu li jistgħu jintużaw sabiex għat-tifrik jew it-tħin tas-sustanzi speċifikati I.1A.025.a., I.1A.025.b., I.1A.029 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

I.1A.014

1B201

1B201 Magni għat-tkebbib ta' filament, ħlief għal dawk speċifikati I.1A.006 jew I.1A.007, u apparat relatat, kif ġej:

a.  Magni għat-tkebbib ta' filament li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Għandhom movimenti għall-ippożizzjonar, it-tgeżwir, u t-tkebbib ta' fibri koordinati u programmati f'żewġ assi jew aktar;

2.  Iddisinjati apposta sabiex jiffabbrikaw strutturi jew laminati kompożiti minn “materjali fibrużi jew filamentari”; u

3.  Kapaċi jkebbu rotors ċilindriċi ta' dijametru bejn 75 u 400 mm u tulijiet ta' 600 mm jew ikbar;

b.  Kontrolli kordinati u programmati għal magni għat-tkebbib ta' filament speċifikati f'I.1A.014.a.;

ċ.  Mandrini tat-torn ta' preċiżjoni għal magni tat-tkebbib ta' filament speċifikati f'I.1A.014.a.

I.1A.015

1B225

Ċelloli elettrolitiċi għal produzzjoni ta' fluworin b'kapaċità tal-produzzjoni ikbar minn 250 g ta' fluworin fis-siegħa.

I.1A.016

1B226

Separaturi elettromanjetiċi ta' l-iżotopi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, sorsi joniċi singoli jew multipli li kapaċi jipprovdu kurrent totali ta' raġġ joniku ta' 50 mA jew ogħla.

Nota: I.1A.016 jinkludi separaturi:

a.  Li kapaċi jarrikkixxu iżotopi stabbli;

b.  Bis-sorsi joniċi u l-kolletturi t-tnejn fil-kamp manjetiku u dawk il-konfigurazzjonijiet li fihom huma barra mill-kamp manjetiku.

I.1A.017

1B227

Konvertituri tas-sintesi ta' l-ammonja jew unitajiet tas-sintesi ta' l-ammonja, li fihom il-gass tas-sintesi (nitroġenu u idroġenu) huwa irtirat minn kolonna ta' skambju ta' pressjoni għolja ammonja/idroġenu u l-ammonja sintetizzata hija rritornata ġewwa l-kolonna msemmija.

I.1A.018

1B228

Kolonni ta' distillazzjoni krijoġeniċi ta' l-idroġenu li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:

a.  Iddisinjati biex jaħdmu b' temperaturi interni ta' 35 K (– 238 °C) jew inqas;

b.  Iddisinjati sabiex jaħdmu bi pressjoni interna ta' 0.5 sa 5 MPa;

ċ.  Magħmula jew minn:

1.  Azzar inossidabbli tas-serje 300 b'kontenut baxx ta' kubrit u bin-numru tal-qies tal-frak awstenitiku ASTM (jew standard ekwivalenti) ta' 5 jew ikbar; jew

2.  Materjali ekwivalenti li huma t-tnejn krijoġeniċi u H2-kompatibbli; u

d.  B'dijametri interni ta' 1 m jew ikbar u tulijiet effettivi ta' 5 m jew ikbar.

I.1A.019

1B229

Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid ta' l-idroġenu u “kuntatturi interni”, kif ġej:

N.B.: Għal kolonni li huma ddisinjati apposta jew ippreparati għall-produzzjoni ta' ilma tqil ara I.0A.005.

a.  Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid ta' l-idroġenu, li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:

1.  Jistgħu jaħdmu fi pressjonijiet ta' 2 MPa jew iktar;

2.  Magħmula minn azzar bil-karbonju bin-numru qies tal-frak awstenitiku ASTM (jew standard ekwivalenti) ta' 5 jew ikbar; u

3.  B'dijametru ta' 1,8 m jew ikbar;

b.  “Kuntratturi interni” għal kolonni ta' l-iskambju fi trej ta' sulfid ilma-idroġenu speċifikati f'I.1A.019.a.

Nota Teknika:

“Kuntatturi interni” tal-kolonni huma pjanċi segmentati li għandhom dijametru mmuntat effettiv ta' 1,8 m jew ikbar, huma ddisinjati sabiex jiffaċilitaw il-kuntattar kontrokurrenti u magħmulin minn azzar inossidabbli b'kontenut ta' karbonju ta' 0,03 % jew inqas. Dawn jistgħu jkunu trejs biex jgħarblu, valv trejs, bubble cap trejs, jew turbogrid trejs

I.1A.020

1B230

Pompi kapaċi jiċċirkulaw soluzzjonijiet ta' katalizzatur ta' amidju tal-potassju konċentrati jew dilwiti f'ammonja likwida (KNH2/NH3), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.  Mitbuqin (jiġifieri ssiġillati ermetikament);

b.  Kapaċità ikbar minn 8,5 m3/h; u

ċ.  Waħda mill-karatteristċi li ġejjin:

1.  Għal soluzzjonijiet ta' amidju tal-potassju konċentrati (1 % jew iktar), pressjoni ta' tħaddim ta' 1.5 sa 60 MPa; jew

2.  Għal soluzzjonijiet ta' amidju tal-potassju dilwiti (inqas minn 1 %), pressjoni ta' tħaddim ta' 20 sa 60 MPa.

I.1A.021

1B231

Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a.  Faċilitajiet jew impjanti għall-produzzjoni, l-irkupru, l-estrazzjoni, il-konċentrazzjoni, jew l-immaniġġar tat-tritju;

b.  Tagħmir għal faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, kif ġej:

1.  Unitajiet tar-refriġerazzjoni bl-idroġenu jew bl-elju kapaċi li jkessħu sat-23 K (– 250 °C) jew inqas, b'kapaċità tat-tneħħija ta' l-isħana akbar minn 150 W;

2.  Sistemi ta' ħażna jew ta' purifikazzjoni ta' l-iżotopi ta' l-idroġenu bl-użu ta' idruri metalliċi bħala l-mezz tal-ħażna jew tal-purifikazzjoni.

I.1A.022

1B232

Turbini ta' espansjoni jew settijiet ta' turbina ta' espansjoni-kompressur li għandhom il karatteristiċi li ġejjin:

a.  Iddisinjati sabiex jaħdmu b'temperatura tal-ħruġ ta' 35 K (– 238 °C) jew inqas; u

b.  Iddisinjati għal fluss ta' gass idroġenu ta' 1 000 kg/h jew ikbar.

I.1A.023

1B233

Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a.  Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju;

b.  Tagħmir għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju, kif ġej:

1.  Kolonni ta' skambju likwidu-likwidu ppakkjati ddisinjati apposta għall-amalgami tal-litju;

2.  Pompi b'amalgama tal-merkurju jew tal-litju;

3.  Ċelloli ta' l-elettrolisi ta' l-amalgama tal-litju;

4.  Evaporaturi għal soluzzjoni konċentrata ta' l-idrossidu tal-litju.

I.1A.024

1C010.b

“Materjali fibrużi jew filamentari” li jistgħu jintużaw fi strutturi jew laminati “kompożiti” ta' “matriċi” organika, “matriċi” metallika jew “matriċi” tal-karbonju, kif ġej:

N.B.: Ara wkoll I.1A.034 u I.9A.026.

b.  “Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju, li għandhom dan kollu li ġej:

1.  “Modulus speċifiku” ta' aktar minn 12.7 x 106 m; u

2.  “Reżistenza għat-tensjoni speċifika” ogħla minn 23.5 × 104 m;

Nota: I.1A.024.b. ma jipprojbixxix drapp magħmul minn “materjali fibrużi jew filamentari” għat-tiswija ta' strutturi jew laminati ta' “inġenji ta' l-ajru ċivili”, li d-daqs tal-folji individwali fihom ma jeċċedix 100 cm × 100 cm.

Nota Teknika:

Propertajiet għal materjali mfissra f'I.1A.024.b.. għandhom ikunu determinati bl-użu ta' metodi SACMA rakkomandati SRM 12 għal 17, jew provi ekwivalenti nazzjonali għall-irmonkar, bħall-Istandard Industrijali ĠappuniżJIS-R-7601, Paragrafu 6.6.2., u bbażati fuq medja lotta.

I.1A.025

1C011.a u 1C011.b

Metalli u komposti, kif ġej:

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli ta’ Merkanzija Militari u I.1A.029.

a.  Metalli f'daqs ta' partiċelli ta' inqas minn 60 μm kemm jekk sferikali, atomizzati, sferojdali, f'laqx jew mitħuna, manifatturati minn materjal li jikkonsisti minn 99 % jew aktar ta' żirkonju, manjesju u l-liegi tagħhom;

Nota Teknika:

Il-kontenut naturali tal-ħafnju fiż-żirkonju (tipikament 2 % sa 7 %) jingħadd maż-żirkonju.

Nota: Il-metalli jew il-liegi elenkati f'I.1A.025.a. huma ipprojbiti kemm jekk il-metalli jew il-liegi huma inkapsulati fl-aluminju, il-manjesju, iż-żirkonju jew il-berillju kif ukoll jekk le.

b.  Boron jew il-karbur tal-boron ta' 85 % purità jew iktar u daqs ta' partiċella ta' 60 μm jew inqas;

Nota: Il-metalli jew il-liegi elenkati f'I.1A.025.b. huma ipprojbiti kemm jekk il-metalli jew il-liegi huma inkapsulati fl-aluminju, il-manjesju, iż-żirkonju jew il-berillju kif ukoll jekk le.

I.1A.026

1C101

Materjali u apparat gġat-tnaqqis ta’ karatteristiċi osservabbli bħar-riflettività radar, karatteristiċi ultravjola/infra-aħmar u karatteristiċi akustiċi, minbarra dawk speċifikat, f'1C001, li jistgħu jintużaw f' “missili”, sottosistemi ta' “missili” jew vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f'I.9A.003

Nota 1: I.1A.026 tinkludi:

a.  Materjali strutturali u kisjiet iddisinjati apposta għat-tnaqqis tar-riflettività radar;

b.  Kisjiet, inkluż żebgħa, iddisinjati apposta għat-tnaqqis jew l-adattament tar-riflettività jew emissività fil-partijiet microwave, infra-aħmar jew ultravjola ta' l-ispettru elettromanjetiku.

Nota 2: I.1A.026 ma jinkludix kisi meta wżat speċifikament għall-kontroll termali tas-satelliti.

Nota Teknika:

Fi I.1A.026 “missila” tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.

I.1A.027

1C102

Materjali ta’ karbonju-karbonju risaturati u pirolizzati ddisinjati għal vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'I.9A.001 jew rokits sonda speċifikati f'I.9A.005.

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli ta’ Merkanzija Militari għal materjali għal rokits u missili

I.1A.028

ex 1C107*

(1C107.a, ex 1C107.b, ex 1C107.ċ u ex 1C107.d)

Grafit u materjali taċ-ċeramika, minbarra dawk speċifikati f'1C007, kif ġej:

a.  Grafiti fi frak fin b'densità tal-massa ta' 1,72 g/cm3 jew ikbar, imkejla f'288 K (15 °C), u li għandhom id-daqs tal-frak ta' 100 μm jew inqas, li jistgħu jintużaw għaż-żennuni tar-rokits u l-ponot ta' quddiem ta' vetturi tad-dħul fl-atmosfera, li jistgħu jiġu mmaxinjati ma' xi wieħed mill-prodotti li ġejjin:

1.  Ċilindri li għandhom dijametru ta' 120 mm jew akbar u tul ta' 50 mm jew akbar;

2.  Tubi li għandhom dijametru intern ta' 65 mm jew akbar u ħxuna tal-ħajt ta' 25 mm jew akbar u tul ta' 50 mm jew akbar; jew

3.  Blokok li għandhom daqs ta' 120 mm x 120 mm x 50 mm jew akbar;

N.B.: Ara wkoll I.0A.012.

b.*  Grafiti pirolitiċi jew fibrużi msaħħa, għall-użu taż-żennuniet ta' missili u dħul mill-ġdid tat-tarf ta' l-imnieħer tal-“missili”;

N.B.: Ara wkoll I.0A.012.

ċ.*  Materjali mħallta biċ-ċeramika (kostantament dielettriċi inqas minn 6 fi kwalunkwe frekwenza minn 100 MHz għal 100 GHz) għall-użu f' radomi ta' “missila”;

d.*  Ċeramika bil-balk mhux maħruqa msaħħa bis-silikon-karbajd u makkinizzata bil-balk, għall-użu tat-tarf ta' l-imnieħer tal-“missili”.

I.1A.029

ex 1C111*

(1C111.a.1-3, 1C111.a.4, 1C111.b.1-4 u 1C111.ċ)

Propellanti u sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti, minbarra dawk speċifikati f'I.1A.025, kif ġej:

a.  Sustanzi propulsivi:

1.  Trab sferiku ta' l-aluminju, minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, b'partiċelli ta' dijametru uniformi ta' inqas minn 200 μm u kontenut ta' aluminju ta' 97 % bil-piż jew aktar, jekk mill-inqas 10 % tal-piż totali huwa magħmul minn partiċelli ta' inqas minn 63 μm, skond l-ISO 2591:1988 jew ekwivalenti nazzjonali;

Nota Teknika:

Daqs ta' partiċella ta' 63 μm (ISO R-565) jikkorrispondi għal 250 mesh (Tyler) jew 230 mesh (ASTM standard E-11).

2.  Karburanti tal-metall, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, f'daqs ta' partiċelli ta' inqas minn 60 μm, kemm jekk sferikali, atomizzati, sferojdali, f'laqx jew mitħuna, li jikkonsistu minn 97 % jew aktar bil-piż ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a.  Żirkonju;

b.  Berillju;

ċ.  Manjesju; jew

d.  Ligi tal-metalli speċifikati f’(a) sa (ċ) hawn fuq;

Nota Teknika:

Il-kontenut naturali tal-ħafnju fiż-żirkonju (tipikament 2 % sa 7 %) jingħadd maż-żirkonju.

3.  Sustanzi ossidanti li jistgħu jintużaw f'magni rokit bi propellant likwidu kif ġej:

a.  Triossidu tad-dinitroġenu;

b.  Diossidu tan-nitroġenu/tetrossidu tad-dinitroġenu;

ċ.  Pentossidu tad-dinitroġenu;

d.  Ossidi Mħallta tan-Nitroġenu (MON);

Nota Teknika:

Ossidi Mħallta tan-Nitroġenu (MON) huma soluzzjonijiet ta' Ossidu Nitriku (NO) fit-Tetrossidu tad-Dinitroġenu/Diossidu tan-Nitroġenu (N2O4/NO2) li jistgħu jintużaw f'sistemi ta' missili. Hemm firxa ta' kompożizzjonijiet li jistgħu jiġu indikati bħala MONi jew MONij, fejn i u j huma numri sħaħ li jirrappreżentaw il-persentaġġ ta' Ossidu Nitriku fit-taħlita (eż., MON3 fih 3 % ta' Ossidu Nitriku, MON25 fih 25 % ta' Ossidu Nitriku. L-ogħla limitu huwa MON40, 40 % bil-piż).

N.B.: Ara l-Kontrolli ta' Merkanzija Militari għal Aċidu Nitriku Fumanti Aħmar Inibit (IRFNA);

N.B.: Ara l-Kontrolli ta' Merkanzija Militari u I.1A.049 u Komposti magħmula minn fluworin u wieħed jew aktar minn aloġeni oħrajn, ossiġnu jew nitroġenu;

4.  Derivattivi ta' l-idrażina, kif ġej:

a.  trimetilidrażina;

b.  tetrametilidrażina;

ċ.  N,N diallilidrażina;

d.  allilidrażina;

e.  etilen-diidrażina;

f.  dinitrat tal-monometilidrażina;

g.  nitrat tad-dimetilidrażina asimmetriku;

h.  ażid ta' l-idrażinju;

i.  ażid tad-dimetilidrażinju;

N.B.: Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għan-Nitrat ta' l-idrażinju;

k.  diidrażina ta' l-aċidu diimmido-ossaliku;

l.  Nitrat ta' 2-idrossietilidrażina (HEHN);

N.B.: kAra l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għall-Perklorat ta' l-idrażinju;

n.  diperklorat ta' l-idrażinju;

o.  nitrat ta' metilidrażina (MHN);

p.  nitrat ta' dietilidrażina (DEHN);

q.  Nitrat ta' 1,4-diidrażina (DHTN);

b.*  Sustanzi polimeriċi:

1.  Polybutadiene ta' karboss-mitmum. (CTPB);

2.  Polybutadiene ta' idross-mitmum (HTPB), barra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari;

3.  Polibutadien-aċidu akriliku (PBAA);

4.  Polibutadien-aċidu akriliku-akrilonitril (PBAN);

ċ.  Addittivi u aġenti oħrajn tal-propellant:

N.B.: Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militarri għal Karborani, dekarborani, pentaborani u d-derivattivi tagħhom;

2.  Dinitrat tat-trietilen-glikol (TEGDN);

3.  2 Nitrodifenilamin (CAS 119-75-5);

4.  Trinitrat tat-trimetiloetan (TMETN) (CAS 3032-55-1);

5.  Dinitrat tad-dietilen glikol (DEGDN);

6.  Derivattivi tal-ferroċen kif ġej:

N.B.: Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għall-katoċen;

b.  Etil-ferroċen;

ċ.  Propil-ferroċen (CAS 1273-89-8);

N.B.: Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għal n-butil ferroċen;

e.  Pentil-ferroċen (CAS 1274-00-6);

f.  Diċiklopentil-ferroċen;

g.  Diċikloessil-ferroċen;

h.  Dietil-ferroċen;

i.  Dipropil-ferroċen;

j.  Dibutil-ferroċen;

k.  Dijeksil-ferroċen;

l.  Aċetil-ferroċeni;

N.B.: Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għal Aċidi karbossiliċi tal-ferroċen;

N.B.: Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għal butaċen;

o.  Derivattivi oħrajn tal-ferroċen li jistgħu jintużaw bħala modifikaturi tar-rata ta' ħruq tal-propellant rokit, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota: Għall-propellanti u s-sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti mhux speċifikati f'I.1A.029, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

I.1A.030

1C116

Azzar b'saħħtu (azzar li ġeneralment ikun ikkaratterizzat minn nikil għoli, kontenut ta' karbonju baxx ħafna u l-użu ta' elementi sostituzzjonali jew preċipitati biex jipproduċu s-saħħa tal-materjal biż-żmien) li għandu reżistenza qawwija tal-materjal ta' 1 500 Mpa jew ikbar, imkejla b'293 K (20 °C), fil-forma ta' folja, platt jew tubu bi ħxuna ta' ħajt jew ta' platt ekwivalenti għal jew inqas minn 5 mm.

N.B.: Ara wkoll I.1A.035..

I.1A.031

ex 1C117*

Tangstinn, molibdenum u ligi ta' dawn il-metalli fil-forma ta' partiċelli sferiċi jew atomizzati ta' għamla waħda b'diametru ta' 500 mikrometru jew inqas bil-purità ta' 97 % jew ikbar għall-fabbrikazzjoni ta' komponenti tal-mutur tal-“missili”, (jiġifieri, irpar/tarki tas-sħana, żennuna tas-substratum, żennuna tal-grieżem u uċuħ tat-tniffid għall-kontroll tal-vettori.)

I.1A.032

1C118

Azzar inossidabbli dupleks stabilizzat bit-titanju (Ti-DSS) li għandu dan kollu li ġej:

a.  Li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Li jkun fih 17,0 - 23,0 f’perċentwali mill-piż fi kromju u 4,5 - 7,0 mill-perċentwal tal-piż f'nikil;

2.  Li għandu kontenut ta' titanju ta' aktar minn 0.10 fil-mija bil-piż; u

3.  Mikrostruttura ferritika-awstenitika (imsejħa wkoll bħala mikrostruttura ta' żewġ fażijiet) li mill-inqas 10 fil-mija bil-volum tagħha hija awstenita (skond l-ASTM E-1181-87 jew ekwivalenti nazzjonali); u

b.  Li għandu xi waħda mill-forom li ġejjin:

1.  Ingotti jew żbarri li għandhom daqs ta' 100 mm jew aktar f'kull dimensjoni;

2.  Folji li għandhom wisa' ta' 600 mm jew iktar u ħxuna ta' 3 mm jew inqas; jew

3.  Tubi li għandhom dijametru estern ta' 600 mm jew aktar u ħxuna tal-ħajt ta' 3 mm jew inqas.

I.1A.033

1C202

Liga, kif ġej:

a.  Liegi ta' l-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  “Kapaċi għal” limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 460 MPa jew aktar f'293 K (20 °C); u

2.  Fil-forma ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi dawk mikwija f'forġa) b'dijametru estern ta' aktar minn 75 mm;

b.  Liegi tat-titanju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  “Kapaċi għal” limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 900 MPa jew aktar f'293 K (20 °C); u

2.  Fil-forma ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi dawk mikwija f'forġa) b'dijametru estern ta' aktar minn 75 mm.

Nota Teknika:

Il-frażi liegi “kapaċi għal” tinkorpora liegi qabel jew wara t-trattament bis-sħana.

I.1A.034

1C210 u ex 1C010.a

“Materjali fibrużi jew bil-filamenti” jew prepregs, ħlief dawk speċifikati f'I.1A.024, kif ġej:

a.  “Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju jew ta' l-aramid li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.  “Modulus speċifiku” ta' 12.7 × 106 m jew akbar; jew

2.  “Reżistenza għat-tensjoni speċifika” ta' 235 × 103 m jew akbar;

Nota: I.1A.034.a ma jipprojbixxix “materjali fibrużi jew filamentari” ta' l-aramid li għandhom 0.25 fil-mija jew aktar bil-piż ta' modifikatur ta' wċuħ tal-fibra bbażat fuq l-esteri;

b.  “Materjali fibrużi jew filamentari” tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  “Modulus speċifiku” ta' 3.18 × 106 m jew akbar; u

2.  “Reżistenza għat-tensjoni speċifika” ta' 76.2 × 103 m jew akbar;

ċ.  “Ħjut”, “rovings”, “wajers” jew “tejps” kontinwament impregnati bir-reżina fformata bis-sħana b'wisa' ta' 15 mm jew inqas (preimpregnati), magħmula mill-‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju jew tal-ħġieġ speċifikati f'I.1A.034.a or .b.

Nota Teknika:

Ir-reżina tifforma l-matriċi tal-kompożitu.

Nota: F'I.1A.034, “materjali fibrużi jew filamentari” hija ristretta għal “monofilamenti”, “ħjut”, “rovings”, “wajers” jew “tejps” kontinwi.

I.1A.035

1C216

Azzar b'saħħtu, barra dak speċifikat I.1A.030, “kapaċi għal” reżistenza qawwija tal-materjal ta' 2 050 MPa jew iktar, b'293 K (20 °C).

Nota: I.1A.035 ma jipprojbixxix forom li d-dimensjonijiet lineari kollha fihom huma 75 mm jew inqas.

Nota Teknika:

Il-frażi azzar maraging “kapaċi għal” tinkorpora azzar maraging qabel jew wara t-trattament bis-sħana.

I.1A.036

1C225

Boron mogħni fl-iżotopu ta' boron-10 (10B) għal aktar mill-abbunanza iżotopika naturali tiegħu, kif ġej: boron elementari, komposti, taħlitiet li fihom il-boron, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota: F’I.1A.036 taħlitiet li jkollhom il-boron jinkludu materjali mimlija bil-boron (bl-effett tal-boron).

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-boron-10 hija bejn wieħed u ieħor 18.5 fil-mija bil-piż (20 fil-mija ta' l-atomi).

I.1A.037

1C226

Tangstinn, karbajd tat-tangstinn, u ligi li għandhom piż ta' iktar minn 90 % tangstinn, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  F'forom b'simetrija ċilindrika vojta (inklużi segmenti taċ-ċilindru) b'dijametru intern bejn 100 mm u 300 mm; u

b.  Massa ta' aktar minn 20 kg.

Nota: I.1A.037 ma jipprojbixxix il-manifatturi ppjanati apposta bħala piżijiet tal-metall jew kollimaturi tar-raġġi gamma.

I.1A.038

1C227

Kalċju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Li fih inqas minn 1 000 parti kull miljun bil-piż ta' impuritajiet metalliċi minbarra l-manjesju; u

b.  Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta' boron.

I.1A.039

1C228

Manjesju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Li fih inqas minn 200 parti kull miljun bil-piż ta' impuritajiet metalliċi minbarra l-kalċju; u

b.  Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta' boron.

I.1A.040

1C229

Bismut li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Purità ta' 99,99 % jew akbar bil-piż; u

b.  Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta' fidda.

I.1A.041

1C230

Metall tal-berillju, ligi li għandhom piż ta' aktar minn 50 % berillju, kompawnds tal-berillju, fabbrikazzjoni tagħhom, u rimi jew skart coenurus cerebralis ta' wieħed minn dawn ta' qabel.

Nota: I.1A.041 ma tipprojbixxix dawn li ġejjin:

a.  Twieqi tal-metall għal magni ta' l-eksrej, jew apparati għall-materjali fit-toqob ta' l-art;

b.  Għamliet ossidi fil-forom iffabbrikati jew nofs-iffabbrikati u li huma ppjanati speċjalment għall-partijiet elettroniċi tal-komponent jew bħala substratum għal ċirkwit elettroniku;

ċ.  Berill (silikat ta' berillju u aluminju) fil-forma ta' żmeraldi jew akkwamarini.

I.1A.042

1C231

Metall ta' l-afnijum, ligi li jkollhom piż ta' aktar minn 60 % afnijum, kompawnds ta' l-afnijum li jkollhom piż ta' aktar minn 60 % afnijum, fabbrikazzjoni tagħhom, u rimi jew skart coenurus cerebralis ta' wieħed minn dawn ta' qabel.

I.1A.043

1C232

Eljum3 (3He), taħlitiet li jkollhom l-eljum3, u prodotti jew apparati li jkollhom wieħed minn ta' qabel.

Nota: I.1A.043 ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 1 g ta' eljum3.

I.1A.044

1C233

Litju arrikkit fl-iżotopu litju-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu, u prodotti jew apparati li fihom litju arrikkit, kif ġej: litju elementali, liegi, komposti, taħlitiet li fihom il-litju, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota: I.1A.044 ma tipprojbixxix dosimetri termoluminixxenti.

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6.5 fil-mija bil-piż (7.5 fil-mija ta' l-atomi).

I.1A.045

1C234

Żirkonju b'kontenut ta' anfnijum b'piż ta' inqas minn parti 1 ta' afnijum sa 500 parti ta' żirkonju, kif ġej: metall, liegi li fihom aktar minn 50 % żirkonju bil-piż, komposti, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota: I.1A.045 ma jipprojbixxix iż-żirkonju fil-forma ta' fojl li għandu ħxuna ta' 0,10 mm jew inqas.

I.1A.046

1C235

Tritju, komposti tat-tritju, taħlitiet li fihom it-tritju fejn il-proporzjon ta' l-atomi tat-tritju ma' dawk ta' l-idroġenu hu ogħla minn 1 kull 1 000, u prodotti jew apparati li jkun fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota: I.1A.046 ma jipprojbixxix prodott jew apparat li jkun fih inqas minn 1.48 × 103 GBq (40 Ci) ta' tritju.

I.1A.047

1C236

Radjonuklidi li jarmu l-alfa li jkollhom alfa nofs-ħajja ta' 10 ijiem jew aktar imma inqas minn 200 sena, fil-forom li ġejjin:

a.  Elementari;

b.  Komposti li għandhom attività alfa totali ta' 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;

ċ.  Taħlitiet li għandhom attività alfa totali ta' 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;

d.  Prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota: I.1A.047 ma jipprojbixxix prodott jew apparat li jkollu inqas minn 3,7 GBq (100 millicuries) ta' l-attività ta' l-alfa.

I.1A.048

1C237

1C237 Radjum226 (226Ra), ligi tar-radjum226, kompawnds tar-radium226, taħlitiet li jkollhom radjum226, fabbrikazzjoni tiegħu, u prodotti jew apparati li jkollhom wieħed minn dawn ta' qabel.

Nota: I.1A.048 ma tipprojbixxix dawn li ġejjin:

a.  Applikaturi mediċi;

b.  Prodott jew apparat li jkollu inqas minn 0,37 GBq (10 millicuries) ta' radjum226.

I.1A.049

1C238

Trifluworur tal-kloru (ClF3).

I.1A.050

1C239

Esplossivi għoljin, barra minn dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, jew sustanzi jew taħlitiet li jkollhom aktar minn 2 % tal-piż tagħhom, b'densità tal-kristall aktar minn 1,8 g/ċm3 u li jkollhom veloċità ta' denotazzjoni ta' aktar minn 8 000 m/s.

I.1A.051

1C240

Trab tan-nikil u metall poruż tan-nikil, minbarra dawk speċifikati f'I.0A.013, kif ġej:

a.  Trab tan-nikil li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Kontenut ta' purità tan-nikil ta' 99,0 % bil-piż jew aktar; u

2.  Daqs medju tal-partiċelli ta' inqas minn 10 mikrometri mkejla bl-istandard B330 tas-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u l-Materjali (ASTM);

b.  Metall poruż tan-nikil prodott mill-materjali speċifikati f'I.1A.051.a.

Nota: I.1A.051 ma tipprojbixxix dawn li ġejjin:

a.  Trab filamentari tan-nikil;

b.  Folji singli porużi tan-nikil b'wiċċ ta' 1 000 cm2 kull folja jew inqas.

Nota Teknika:

I.1A.051.b. jirreferi għall-metall poruż/porus iffurmat bil-kumpatt u l-proċess tas-sħana tal-materjali f'I.1A.051.a. biex jifforma materjal tal-metall b'pori fini interkonnettjati fl-istruttura kollha.

I.1A.052

ex 1C350*

(1C350.1-57 u 1C350.59)

Sustanzi kimiċi, li jistgħu jintużaw bħala prekursuri għal aġenti kimiċi tossiċi, kif ġej, u “taħlitiet ta' sustanzi kimiċi” li fihom wieħed jew aktar minnhom:

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli ta’ l-Oġġetti Militari u I.1A.057.

1.  Thiodiglycol (111-48-8);

2.  Ossiklorur tal-fosfru (10025-87-3);

3.  Metilfosfonat tad-dimetil (756-79-6);

N.B.: Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għall-difluworur tal-metil fosfonil (676 99 3);

5.  Diklorur tal-metil diklorid (676-97-1);

6.  Fosfit tal-fosfat (DMP) (868-85-9);

7.  Triklorur fosforu (7719-12-2);

8.  Fosfit tat-trimetil (TMP) (121-45-9);

9.  Klorur tat-thionyl (7719-09-7);

10.  3-Hydroxy-l-methylpiperidine (3554-74-3);

11.  Klorur ta' N,N-diisopropil-(beta)-aminoetil (96-79-7);

12.  Klorur ta' N,N-diisopropil-(beta)-aminoetan-tijol (5842-07-9);

13.  3-Quinuclidinol (1619-34-7);

14.  Fluworur tal-potassju (7789-23-3);

15.  2-Kloroetanol (107-07-3);

16.  Dimetilamina (124-40-3);

17.  Etilfosfonat tad-dietil (78-38-6);

18.  Dijetil-N,N-dimethylphosphoramidate (2404-03-7);

19.  Fosfat tad-dijetil (762-04-9);

20.  Idroklorur tad-dimethylamine (506-59-2);

21.  Dichloride ta' l-etil fosfinil (1498-40-4);

22.  Dichloride ta' l-etil fosfonil (1066-50-8);

N.B.: Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għall-difluworur tal-etil fosfonil (753-98-0);

24.  Fluworur ta' l-idroġenu (7664-39-3);

25.  Benżilat tal-metil (76-89-1);

26.  Dichloride tal-metil fosfonil (676-83-5);

27.  Etanol N,N-Diisopropyl-(beta)-amino (96-80-0);

28.  Alkoħol pinakoliliku (464-07-3);

N.B.: Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari O-Etil2-diisopropilaminoetil-metil-fosfonit (QL) (57856-11-8);

30.  Fosfit tat-trietil (122-52-1);

31.  Triklorur arseniku (7784-34-1);

32.  Aċidu benżiliku (76-93-7);

33.  Metilfosfonit tad-dietil (15715-41-0);

34.  Etilfosfonat tad-dimetil (6163-75-3);

35.  Difluworur ta' l-etil-fosfinil (430-78-4);

36.  Difluoride tal-metil fosfinil (753-59-3);

37.  3-Quinuclidone (3731-38-2);

38.  Pentaklorur tal-fosfru (10026-13-8);

39.  Pinakolon (75-97-8);

40.  Ċijanidu tal-Potassju (151-50-8);

41.  Bifluworur tal-potassju (7789-29-9);

42.  Idroġenu fluworur ta' l-ammonju jew bifluworur ta' l-ammonju (1341-49-7);

43.  Fluworur tas-sodju (7681-49-4);

44.  Bifluoride tas-sodju (1333-83-1);

45.  Ċijanidu tas-sodju (143-33-9);

46.  Trietanolamina (102-71-6);

47.  Pentasulphide fosforuż (1314-80-3);

48.  Di-isopropylamine (108-18-9);

49.  Dietilaminoetanol (100-37-8);

50.  Sulfid tas-sodju (1313-82-2);

51.  Monoklorur tal-kubrit (10025-67-9);

52.  Diklorur tal-kubrit (10545-99-0);

53.  Idroklorur triethanolamine (637-39-8);

54.  Idroklorur ta' N,N-diisopropil-(Beta)-aminoetilklorur (4261-68-1);

55.  Aċidu metilfosfoniku (993-13-5);

56.  Metilfosfonat tad-dietil (683-08-9);

57.  Diklorur ta' N,N-dimetilaminofosforil (677-43-0);

59.  Ethyldiethanolamine (139-87-7);

63.  Diklorur metilfosfonotijoiku (676-98-2);

Nota 1: Il-I.1A.052 ma jipprojbixxix “taħlitiet ta' sustanzi kimiċi” li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati I.1A.052, .3, .5, .11, .12, .13, .17, .18, .21, .22, .26, .27, .28, .31, .32, .33, .34, .35, .36, .54, .55, .56, .57 u .63 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % bil-piż tat-taħlita.

Nota 2: Il-I.1A.052 ma jipprojbixxix “taħlitiet ta' sustanzi kimiċi” li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati I.1A.052 .2, .6, .7, .8, .9, .10, .14, .15, .16, .19, .20, .24, .25, .30, .37, .38, .39, .40, .41, .42, .43, .44, .45, .46, .47, .48, .49, .50, .51, .52, .53 u .59 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

Nota 3: I.1A.052 ma jipprojbixxix prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

I.1A.053

ex 1C351*

(1C351.a.1-28, 1C351.b, 1C351.ċ, 1C351.d.1-8, ex 1C351.d.9, 1C351.d.10-13 u 1C351.d.15-16)

Patoġeni tal-bniedem, żoonosi u “tossini”, kif ġej:

a.*  Virus, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.  Virus Chikungunya;

2.  Virus tad-deni emoraġiku Kongo-Krimejan;

3.  Virus tad-deni ta' Dengue;

4.  Virus ta' l-enċefalite ekwina orjentali;

5.  Virus Ebola;

6.  Virus Hantaan;

7.  Virus Junin;

8.  Virus tad-deni ta' Lassia;

9.  Virus tal-korjomeningite limfoċitika;

10.  Virus Machupo;

11.  Virus Marburg;

12.  Virus tal-ġidri tax-xadini;

13.  Virus tad-deni ta' Rift Valley;

14.  Vajrus tick-borne enċefalite (Vajrus enċefalite Russu tar-Rebbiegħa-Sajf);

15.  Virus tal-Varjola;

16.  Virus ta' l-enċefalite ekwina tal-Venezwela;

17.  Virus ta' l-enċefalite ekwina tal-Punent;

18.  Ġidri abjad;

19.  Virus tad-deni isfar;

20.  Virus ta' l-enċefalite Ġappuniża;

21.  Virus tal-Foresta ta' Kyasanur;

22.  Virus Louping ill;

23.  Virus ta' l-enċefalite Murray Valley;

24.  Virus tad-deni emoraġiku ta' Omsk;

25.  Virus Oropouche;

26.  Virus Powassan;

27.  Virus Rocio;

28.  Virus ta' l-enċefalite ta' St Louis;

b.  Riketzji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.  Coxiella burnetii;

2.  Bartonella quintana (Rochalimaea quintana, Rickettsia quintana);

3.  Rickettsia prowasecki;

4.  Rickettsia rickettsii;

ċ.  Batterji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.  Bacillus anthracis;

2.  Brucella abortus;

3.  Brucella melitensis;

4.  Brucella suis;

5.  Chlamydia psittaci;

6.  Clostridium botulinum;

7.  Francisella tularensis;

8.  Burkholderia mallei (Pseudomonas mallei);

9.  Burkholderia pseudomallei (Pseudomonas pseudomallei);

10.  Salmonella typhi;

11.  Shigella dysenteriae;

12.  Vibrio cholerae;

13.  Yersinia pestis;

14.  Tipi ta' clostridium perfringens li jipproduċu t-tossina epsilon;

15.  Escherichia coli enteroemorraġika, serotip O157 u serotipi oħrajn li jipproduċu l-verotossina.

d.*  “Tossini”, kif ġej, u “sotto-unità ta’ tossini” tagħhom:

1.  Tossini Botulinum;

2.  Tossini Clostridium perfringens;

3.  Konotossina;

4.  Riċinu;

5.  Sassitossina;

6.  Tossina Shiga;

7.  Tossini ta’ Staphylococcus aureus;

8.  Tetrodotossina;

9.*  Verotossin;

10.  Microcistina (Cyanginosin);

12.  Abrina;

13.  Tossina tal-kolera;

15.  Tossina T-2;

16.  Tossina HT-2;

Nota: I.1A.053.d ma jipprojbixxix it-tossini botulinum jew il-konotossini f’forma ta’ prodotti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

1.  Huma formulazzjonijiet farmaċewtiċi ddisinjati sabiex jingħataw lill-bnedmin fit-trattament ta’ kondizzjonijiet mediċi;

2.  Huma ppakkjati lesti għat-tqassim bħala prodotti mediċi;

3.  Huma awtorizzati minn awtorità ta’ l-istat sabiex jiġu kummerċjalizzati bħala prodotti mediċi.

Nota: I.1A.053 ma jikkontrollax il-“vaċċini” jew l-“immunotossini”.

I.1A.054

ex 1C352*

(1C352.a.1-15 u 1C352.b.1)

Patoġeni ta' l-annimali, kif ġej:

a.*  Virus, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.  Virus tad-deni tal-ħnieżer Afrikan;

2.  Virus ta' l-influwenza avjarja, li huma:

a.  Mhux ikkaratterizzati; jew

b.  Definiti fid-Direttiva 92/40/KE (ĠU L 16, 23.1.1992, p. 19) bħala dawk li għandhom patoġeniċità għolja, kif ġej:

1.  Virus tat-tip A b'IVPI (indiċi ta' patoġeniċità fil-vini) ta' aktar minn 1.2 fi flieles ta' 6 ġimgħat; jew

2.  Virus tat-tip A tas-sottotipi H5 jew H7 li għalihom is-sekwenzar nukleotide wera aċidi amminiċi bażiċi multipli fil-post fejn tinqasam l-emagglutinina;

3.  Virus tal-Bluetongue;

4.  Virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer;

5.  Virus tal-ġidri tal-mogħoż;

6.  Virus ta' l-erpete tal-ħnieżer (marda ta’ Aujeszky);

7.  Virus tad-deni tal-ħnieżer (Virus tal-kolera tal-ħnieżer);

8.  Virus Lyssa;

9.  Virus tal-marda ta' Newcastle;

10.  Virus tal-Peste des petits ruminants;

11.  Enterovirus tal-ħnieżer tat-tip 9 (virus tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer);

12.  Virus Rinderpest;

13.  Virus tal-ġidri tan-ngħaġ;

14.  Virus tal-marda ta' Teschen;

15.  Virus ta' l-istomatite vexxikolari;

b.*  Mikoplażmi, kemm jekk naturali, miżjuda jew immodifikati, jew fil-forma ta' “kulturi ħajjin iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun imlaqqam jew ikkontaminat deliberament b'dawn il-kulturi, kif ġej:

1.  Mycoplasma mycoides, sottospeċi ta’ mycoides SC (kolonja żgħira).

Nota: I.1A.054 ma jipprojbixxix il-“vaċċini”.

I.1A.055

ex 1C353*

(ex 1C353.a, 1C353.b)

Elementi ġenetiċi u organiżmi modifikati ġenetikament, kif ġej:

a.*  Organiżmi mmodifikati ġenetikament jew elementi ġenetiċi li jkollhom sekwenzi aċidużi nukliċi assoċjati mal-patoġeniċità ta' l-organiżmi speċifikati f'I.1A.053.a.. għal c. jew I.1A.054 jew I.1A.056;

b.  Organiżmi mmodifikati ġenetikament jew elementi ġenetiċi li jkollhom sekwenzi nukliċi aċidużi li jikkodifikaw wieħed mit-“tossini” speċifikati f'1C351.d. jew “sub-units ta' tossini” tagħhom.

Noti Tekniċi:

1.  Elementi ġenetiċi jinkludu, inter alia, kromosomi, ġenomi, plasmidi, transposoni u vetturi kemm jekk ġenetikament modifikati jew le.

2.  Sekwenzi ta’ aċidu nuklejku assoċjati mal-patoġeniċità ta’ xi wieħed mill-mikro-organiżmi speċifikati f'I.1A.053.a. għal ċ. jew I.1A.054 jew I.1A.056 tfisser kwalunkwe sekwenza speċifika għall-mikro-organiżmu speċifikat li:

a.  Fiha nnifisha jew permezz tal-prodotti traskritti jew tradotti tagħha tirrapreżenta periklu sinifikanti għas-saħħa tal-bnedmin, ta' l-annimali jew tal-pjanti; jew

b.  Hija magħrufa li ttejjeb il-kapaċità ta' mikro-organiżmu speċifikat, jew ta' kwalunkwe organiżmu ieħor li fih tista' tiġi inserita jew integrata b'xi mod ieħor, li tikkawża ħsara serja lis-saħħa tal-bnedmin, ta' l-annimali jew tal-pjanti.

Nota: I.1A.055 ma japplikax għal sekwenzi ta’ aċidu nuklejku assoċjati mal-patoġeniċità ta’ Escherichia coli enteroemorraġika, serotip O157 u razez oħra li jipproduċu verotossina, minbarra dawk li jikkodifikaw għall-verotossina, jew għas-sotto-unitajiet tagħha.

I.1A.056

ex 1C354*

(1C354.b.1-3 u 1C354.ċ)

Patoġeni tal-pjanti, kif ġej:

(a.  riżervat)

b.*  Batterji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.  Xanthomonas albilineans;

2.  Xanthomonas campestris pv. citri inklużi razez magħrufa bħala Xanthomonas campestris pv. citri tipi A,B,C,D,E jew inkella klassifikati bħala Xanthomonas citri, Xanthomonas campestris pv. aurantifolia jew Xanthomonas campestris pv. citrumelo;

3.  Xanthomonas oryzae pv. Oryzae (Pseudomonas campestris pv. Oryzae);

ċ.  Fungi, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.  Colletotrichum coffeanum var. virulans (Colletotrichum kahawae);

2.  Cochliobolus miyabeanus (Helminthosporium oryzae);

3.  Microcyclus ulei (syn. Dothidella ulei);

4.  Puccinia graminis (syn. Puccinia graminis f. sp. tritici);

5.  Puccinia striiformis (syn. Puccinia glumarum);

6.  Magnaporthe grisea (pyricularia grisea/pyricularia oryzae).

I.1A.057

1C450

Sustanzi kimiċi tossiċi u prekursuri ta' sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej, u “taħlitiet kimiċi” li fihom waħda jew aktar minnhom:

N.B.: Ara wkoll l-entrata I.1A.052, I.1A.053.d. u l-Kontrolli ta’ Merkanzija Militari

a.  Sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej:

1.  Amiton: O,O-Diethyl S-[2-(diethylamino)ethyl] phosphorothiolate (78-53-5) u imluħa korrispondenti protonati jew li fihom l-alkali;

2.  PFIB: 1,1,3,3,3-Pentafluoro2-(trifluoromethyl)1-propene (382-21-8);

N.B.: Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għall-BZ: Benżilat ta' 3-Kinuklidinil (6581-06-2);

4.  Fosġenu: Carbonyl dichloride (75-44-5);

5.  Klorur ta' ċjanoġenu (506-77-4);

6.  Ċjanur ta’ l-idroġenu (74-90-8);

7.  Kloropikrin: Trikloronitrometan (76-06-2);

Nota 1: I.1A.057 ma jipprojbixxix “taħlitiet kimiċi” li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrata I.1A.057.a.1. u.a.2.fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 1 % bil-piż tat-taħlita.

Nota 2: I.1A.057 ma jipprojbixxix “taħlitiet kimiċi” li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati I.1A.057.a.4., .a.5., .a.6. u .a.7 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

Nota 3: I.1A.057 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

b.*  Prekursuri ta' sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej:

1.  Kimiki, ħlief dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari jew f’I.1A.052, li fihom atomu tal-fosfru li jingħaqad ma’ grupp wieħed (normali jew iżo) tal-metil, etil jew propil iżda mhux ma aktar atomi tal-karbonju;

Nota: I.1A.057.b.1. ma tikkontrollax Fonofos: O-Etil, S-fenil etilfosfolonotijolotijonat (944-22-9);

2.  Dialidi fosforamidiċi ta' N,N Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)], minbarra d-diklorur ta' N,N-Dimetilaminofosforil;

N.B.: Ara I.IA.052.57. għad-diklorur ta' N,N-Dimetilaminofosforil.

3.  N,N-dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)]-fosforamidati ta' dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)], minbarra N,N-dimetilfosforamidat ta' dietil li huwa speċifikat f'I.1A.052;

4.  N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetil-2-kloruri u mluħa protonati korrispondenti, minbarra il-klorur ta' N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetil jew l-idroklorur ta' N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetil klorur li huma speċifikati f'I.1A.052;

5.  N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoethane2-ols u imluħa korrispondenti protonati, barra N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetanol (96-80-0) u N,N-Dimetilaminoetanol (100378) li huma msemmija f'I.1A.052;

Nota: I.1A.057.b.5. ma tipprojbixxix dawn li ġejjin:

a.  N,N-Dimetilaminoetanol (108-01-0) u mluħa protonati korrispondenti;

b.  Imluħa protonati N,N-Dimetilaminoetanol (100-37-8);

6.  N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoethane2-thiols u imluħa korrispondenti protonati, barra N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetane tijol li hu msemmi f'I.1A.052;

N.B.: Ara 1Ċ350 għal etildietanolamina (139-87-7);

8.  Metildietanolamina (105 59 9).

Nota 1: I.1A.057 ma jipprojbixxix “taħlitiet kimiċi” li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati I.1A.057 b.1., .b.2., .b.3., .b.4., .b.5. u .b.6. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % bil-piż tat-taħlita.

Nota 2: I.1A.057 ma jipprojbixxix “taħlitiet kimiċi” li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrata I.1A.057.b.8 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

Nota 3: I.1A.057 ma jipprojbixxix prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

▼M3

I.1A.058

Grafita minbarra dik speċifikata f’I.0 A.012 u I.1 A.028, kif ġej:

Grafita imfassla jew speċifikata għal użu f’magni tal-Makkinarju għall-Iskariku Elettriku (EDM)

I.1A.059

“Materjali fibrużi jew bil-filamenti” ħlief dawk speċifikati f’I.1 A.024 u I.1 A.034, kif ġej:

“Materjali fibrużi jew bil-filamenti” para-armidi (Kevlar® u oħrajn li jixbhu lil Kevlar®)

▼M1



I.1B  It-teknoloġija, inkluż is-software

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.1B.001

ex 1D001

“Software” imfassal b'mod speċjali jew modifikat għall-“iżvilupp”, “produzzjoni” jew “użu” ta' tagħmir msemmi f'I.1A.006.

I.1B.002

1D101

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” ta' l-oġġetti indikati f'I.1A.007 għal I.1A.009, għal I.1A.011 għal I.1A.013.

I.1B.003

1D103

“Software” iddisinjat apposta għall-analiżi ta' karatteristiċi osservabbli bħar-riflettività tar-radar, firem ultravjola/infra-aħmar u firem akustiċi.

I.1B.004

1D201

“Software” iddisinjat apposta għall-“użu” ta' l-oġġetti speċifikati f'I.1A.014.

I.1B.005

1E001

“Teknoloġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew “produzzjoni” ta' tagħmir jew materjali speċifikati f’I.1A.006 sa I.1A.053, I.1A.055 sa I.1A.057.

I.1B.006

1E101

“Teknolġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“użu” ta' l-oġġetti speċifikati f’I.1A.001, I.1A.006 sa I.1A.013 I.1A.026, I.1A.028, I.1A.029 sa I.1A.032, I.1B.002 sa I.1B.003.

I.1B.007

ex 1E102

“Teknoloġija” skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali għall-“iżviluppar” ta' “software” speċifikat f’ I.1B.001to I.1B.003.

I.1B.008

1E103

“Teknoloġija” għar-regolazzjoni ta' temperatura, pressjoni jew atmosfera f'awtoklavi jew idroklavi, meta tintużaw għall-“produzzjoni” ta' “kompożiti” jew “kompożiti” parzjalment ipproċessati.

I.1B.009

1E104

“Teknoloġija” konnessa mal-“produzzjoni” ta' materjal mit-tmermir kimiku kkawżat mis-sħana magħmula fuq forma, fus jew sottostrat ieħor minn gassijiet prekursuri li jiddekomponu f'temperatura li tvarja bejn 1 573 K (1 300 °C) u 3 173 K (2 900 °C) u pressjoni ta' 130 Pa sa 20 kPa.

Nota: I.1B.009 jinkludi “teknoloġija” għal kompożizzjoni ta' gassijiet prekursuri, veloċità tal-fluss u skedi għal kontroll tal-proċess u l-parametri relatati.

I.1B.010

ex 1E201

“Teknolġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“użu” ta' l-oġġetti speċifikati f’I.1A.002 sa I.1A.005, I.1A.014 sa I.1A.023, I.1A.024.b., I.1A.033 sa I.1A.051, jew I.1B.004.

I.1B.011

1E202

“Teknoloġija” skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali għall-“iżviluppar” jew “produzzjoni” ta’ oġġetti speċifikati f’I.1A.002 sa I.1A.005..

I.1B.012

1E203

“Teknoloġija” skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali għall-“iżviluppar” ta' “software” speċifikat f’ I.1B.004.

I.2

L-IPPROĊESSAR TAL-MATERJAL



I.2A  Oġġetti

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.2A.001

ex 2A001*

Kuxxinetti anti-frizzjoni u sistemi ta' kuxxinetti, kif ġej, u komponenti għalihom:

Nota: I.2A.001 ma jipprojbixxix rombli b'tolleranza ta' grad 5 jew inqas imsemmija mill-fabbrikant skond ISO 3290.

Kuxxinetti bir-rombli radjali li għandhom it-tolleranzi kollha speċifikati mill-manifattur skond l-ISO 492 Klassi ta' Tolleranza 2 (jew ANSI/ABMA Standard 20 Klassi ta' Tolleranza ABEC-9 jew RBEC-9, jew ekwivalenzi oħra nazzjonali), jew aħjar:

a.  Dijametru tat-toqba taċ-ċirku intern bejn 12 u 50 mm;

b.  Dijametru tat-toqba taċ-ċirku estern bejn 25 u 100 mm; u

ċ.  Wisa' bejn 10 u 20 mm.

I.2A.002

2A225

Griġjoli magħmula minn materjali reżistenti għall-metalli aktinidi likwidi, kif ġej:

a.  Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Volum ta' bejn 150 cm3 u 8 000 cm3; u

2.  Magħmula minn jew miksija minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin, li għandhom purità ta' 98 % jew aktar bil-piż:

a.  Fluworur tal-kalċju (CaF2);

b.  Żirkonat tal-kalċju (metażirkonat) (CaZrO3);

ċ.  Sulfid taċ-ċerju (Ce2S3);

d.  Ossidu ta' l-erbju (erbja) (Er2O3);

e.  Ossidu tal-ħafnju (ħafnja) (HfO2);

f.  Ossidu tal-manjesju (MgO);

g.  Ligi b'nitroġenu ta' nijobju-titanju-tungstenu (approssimattivament 50 % Nb, 30 % Ti, 20 % W);

h.  Ossidu ta' ittriju (ittrija) (Y2O3); jew

i.  Ossidu taż-żirkonju (żirkonja) (ZrO2);

b.  Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Volum ta' bejn 50 cm3 u 2 000 cm3; u

2.  Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandhom purità ta' 99,9 % jew aktar bil-piż;

ċ.  Griġjoli li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Volum ta' bejn 50 cm3 u 2 000 cm3;

2.  Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandhom purità ta' 98 % jew aktar bil-piż; u

3.  Miksija bil-karbur tat-tantalu, nitroġenu tat-tantalu, tantalu boriku jew xi kombinazzjoni ta' dawn

I.2A.003

2A226

Valvijiet li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.  “Daqs nominali” ta' 5 mm jew akbar;

b.  Li għandhom siġill minfaħ; u

ċ.  Magħmula fl-intier tagħom minn jew miksija bl-aluminju, liega ta' l-aluminju, nikil jew liega tan-nikil li fihom aktar minn 60 % nikil bil-piż.

Nota Teknika:

Għall-valvs bi ftuħ ta' dijametri differenti għad-dħul u ħruġ, id-“daqs nominali” f'I.2A.003 jirreferi għall-iżgħar dijametru.

I.2A.004

ex 2B001.a*, 2B001.d

Għodod bil-magna u kwalunkwe għaqda ta' dawn, għat-tneħħija (jew il-qtugħ) ta' metalli, ċeramika jew “kompożiti”, li, skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b'apparat elettroniku għall-“kontroll numeriku”, u komponenti ddisinjati apposta kif ġej:

N.B.: Ara wkoll I.2A.016.

Nota 1: I.2A.004 ma jipprojbixxix għodod tal-magni b'għan speċjali limitati għall-fabbrikazzjoni tal-gerijiet.

Nota 2: I.2A.004 ma jipprojbixxix għodod tal-magni b'għan speċjali limitati għall-fabbrikazzjoni ta' xi partijiet li ġejjin:

a.  Krankxafts jew kamxafts;

b.  Għodod jew għodod tal-qtugħ;

ċ.  Extruder worms;

Nota 3: Għodda bil-magna li għandha ta' l-inqas tnejn mit-tliet kapaċitajiet ta' tornitura, tħin jew tisnin (eż., magna tat-tornitura bil-kapaċità li titħan), għandha tiġi evalwata skond kull entrata applikabbli I.2A.004.a u I.2A.016.

a.*  Għodod bil-magna għat-tornitura, għal magni b’dijametru ta’ mmaxinjar akbar minn 35 mm, bil-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Preċiżjoni tal-pożizzjoni bil-“kumpensi kollha disponibbli” daqs jew inqas (aħjar) minn 6 μm skond l-ISO 230/2 (1988) (1) jew ekwivalenti nazzjonali matul kwalunkwe assi lineari; u

2.  Żewġ assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”;

Nota 1: I.2A.004.a. ma jipprojbixxix magni tat-tornitura ddisinjati apposta għall-produzzjoni ta' lenti tal-kuntatt, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Kontrollur tal-magna limitat għall-użu ta' software b'bazi oftalmika għad-dħul tad-data tal-programmar tal-partijiet; u

2.  L-ebda vacuum chucking.

Nota 2: I.2A.004.a ma jipprojbixxix magni ta' bar (Swissturn), riżervati biss għal immaxxinjar “bar feed thru”, jekk l-akbar dijamteru tal-bar jkun l-istess, jew anqas minn, 42mm u ma tkun teżisti l-ebda kapaċità ta' ċokkijiet ta’ mmuntar Il-magni jista' jkollhom kapaċitajiet ta' tħaffir u/jew tħin għal partijiet ta’ mmaxinjar b'dijamteri anqas minn 42 mm.

d.  Magni tat-tip bla wajer li jgħaddu karga elettrika (EDM) li fihom żewġ assi jew iktar b'moviment rotatorju li jistgħu jkunu kkordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorni”;

I.2A.005

ex 2B006.b*

Sistemi, tagħmir u “assemblaġġi elettroniċi” għall-ispezzjoni dimensjonali jew għal kejl, kif ġej:

b.*  Strumenti ta' kejl ta' spostament lineari u angolari, kif ġej:

1.*  Strumenti ta' kejl ta' spostament lineari li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

Nota Teknika:

Għall-iskop ta' I.2A.005.b.1. “spostament lineari” jfisser il-varjazzjoni fid-distanza bejn is-sonda ta' kejl u l-oġġett imkejjel.

a.  Sistemi ta' kejl tat-tip bla kuntatt b' “riżoluzzjoni” daqs jew inqas (aħjar) minn 0.2 μm f'medda ta' kejl sa 0.2 mm;

b.  Sistemi ta' transformer differenzjali b'vultaġġ lineari li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  “Linearità” daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % f'medda ta' kejl sa 5 mm; u

2.  Moviment daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % għal kull ġurnata f'temperatura standard ta' l-ambjent fil-kamra ta' l-ittestjar ta' ± 1 K; jew

ċ.  Sistemi ta' kejl li fihom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Li fihom “laser”; u

2.  Li jżommu, mill-inqas għal 12-il siegħa, f'medda ta' temperatura ta' ± 1 K f'temperatura standard u f'pressjoni standard, dawn kollha li ġejjin:

a.  “Riżoluzzjoni” fuq l-iskala kollha tagħhom ta' 0.1 μm jew inqas (aħjar); u

b.  “Inċertezza tal-kejl” daqs jew inqas (aħjar) minn (0.2 + L/2,000) μm (L huwa t-tul imkejjel f'mm);

Nota: I.2A.005.b.1.ċ ma jipprojbixxix sistemi ta' kejl b'interferometri, li ma jibgħatux sinjal lura permezz ta' ċirkuwitu magħluq jew miftuħ, li fihom jinsab “lażer” li jkejjel żbalji fil-moviment ta' l-għodod tal-magni li jislajdjaw, magni għall-ispezzjoni dimensjonali jew tagħmir simili.

2.  Strumenti tal-kejl ta' spostament angolari li għandu “devjazzjoni tal-pożizzjoni angolari” daqs jew inqas (aħjar) minn 0.00025°;

Nota: I.2A.005.b.2. ma jipprjobix strumenti ottiċi, bħal awtokollimaturi, li jużaw dawl ikkolimat (eż. dawl tal-laser) sabiex jirrilevaw l-ispostament angolari ta' mera.

I.2A.006

2B007.ċ

“Robots” li għandhom il-karatteristika li ġejjin, u kontrolluri u “strumenti bi stimoli” imfassla b'mod speċjali għal dak l-iskop:

N.B.: Ara wkoll I.2A.019.

ċ.  Iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għar-radjazzjoni sabiex jifilħu doża totali ta' radjazzjoni akbar minn 5 × 103 Gy (silikon) mingħajr degradazzjoni funzjonali.

Nota Teknika:

It-terminu Gy(silikon) jirreferi għall-enerġija f'Joules kull kilogramm li tiġi assorbita minn kampjun ta' silikon mhux mgħotti meta dan ikun espost għal radjazzjoni jonizzanti.

I.2A.007

2B104

“Pressi iżostatiċi” li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

N.B.: Ara wkoll I.2A.017.

a.  Pressjoni massima ta' tħaddim ta' 69 MPa jew aktar;

b.  Iddisinjati sabiex jiksbu u jżommu ambjent termiku kkontrollat ta' 873 K (600 °C) jew aktar; u

ċ.  Li għandhom kavità tal-kamra b'dijametru intern ta' 254 mm jew aktar.

I.2A.008

2B105

Fran ta’ depożizzjoni ta’ sustanza kimika mill-fwar iddisinjati jew modifikati għad-densifikazzjoni ta' kompożiti ta' karbonju-karbonju.

I.2A.009

2B109

Magni flow-forming u komponenti ddiżinjati apposta kif ġej:

N.B.: Ara wkoll I.2A.020.

a.  Magni flow-forming li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1.  Jistgħu jkunu mgħammra skond l-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur, b'unitajiet b' “kontroll numeriku” jew b'kontroll minn kompjuter, ukoll meta ma jkunux mgħammra b'tali unitajiet; u

2.  B'aktar minn żewġ assi li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”.

b.  Komponenti imfassla b'mod speċjali għal magni tat-tip flow-forming imsemmija minn I.2A.009.a.

Nota: I.2A.009 ma jipprojbixxux magni li ma jistgħux jintużaw fil-produzzjoni ta' komponenti u tagħmir ta' propulsjoni (eż. kontenituri ta' muturi) għal “missili”.

Nota Teknika:

Magni li jgħaqqdu il-funzjoni ta' spin-forming u flow-forming huma meqjusa bħala magni tat-tip flow-forming għall-iskop ta' I.2A.009.

I.2A.010

2B116

Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni, tagħmir u komponenti għalihom, kif ġej:

a.  Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni li jużaw metodi ta' retroazzjoni jew ta' ċirkwit magħluq u li jinkorporaw kontrollur diġitali, li kapaċi jivvibraw sistema b'aċċellerazzjoni daqs jew akbar minn 10 g rms bejn 20 Hz u 2 kHz u jagħtu forza daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b' “mejda vojta”;

b.  Kontrolluri diġitali flimkien ma' Software ta' prova ta' vibrazzjoni mfassal b'mod speċjali, b'“medda ta' frekwenzi fiż-żmien reali” ta' iktar minn 5 kHz imfassla għall-użu tas-sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni msemmija f'I.2A.010.a.;

ċ.  Magni li jagħtu mbuttatura b'vibrazzjoni (unitajiet ta' vibrazzjoni), b'amplifikaturi assoċjati jew mingħajr, li kapaċi jagħtu forza ta' 50 kN jew aktar, imkejla b' “mejda vojta”, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta' l-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati fi I.2A.010.a.;

d.  Strutturi li jsostnu l-parti għall-ittestjar u unitajiet elettroniċi ddisinjati sabiex jgħaqqdu unitajiet ta' vibrazzjoni multipli f'sistema li hi kapaċi tipprovdi forza effettiva kombinata daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b' “mejda vojta”, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta' vibrazzjoni speċifikati fi I.2A.010.a.

Nota Teknika:

F'I.2A.010, “tavla vojta” tfisser tavla jew wiċċ ċatt, bl-ebda fissi ma' immobbli jew tagħmir.

I.2A.011

2B117

2B117 Tagħmir u mezzi mekkaniċi għall-proċess, barra dawk imsemmija I.2A.007 or I.2A.008, iddiżinjati jew modifikati għad-densifikazzjoni u t-tmermir kimiku kkawżat mis-sħana tal-kompożiti strutturali taż-żennuni ta' rokits u tat-truf tal-post tad-dħul mill-ġdid ta' vetturi.

I.2A.012

2B119

Magni ta' l-ibbilanċjar u tagħmir relatat, kif ġej:

N.B.: Ara wkoll I.2A.021.

a.  Magni ta' l-ibbilanċjar li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  M'humiex kapaċi jibbilanċjaw skrejjen/assemblaġġi li għandhom massa akbar minn 3 kg;

2.  Kapaċi jibbilanċjaw skrejjen/assemblaġġi f'veloċità akbar minn 12 500 rpm;

3.  Kapaċi jikkoreġu żbilanċ f'żewġ pjani jew aktar; u

4.  Kapaċi jibbilanċjaw sa żbilanċ speċifiku residwu ta' 0,2 g mm għal kull kg ta' massa ta' l-iskrun;

Nota: I.2A.012.a ma jipprojbixxix magni tal-bilanċ imfassla jew modifikati għall-apparat dentali jew apparat mediku ieħor.

b.  Irjus indikaturi ddisinjati jew modifikati għall-użu mal-magni speċifikati fi I.2A.012.a.

Nota Teknika:

Xi drabi l-partijiet ta' indikejter huma magħrufa bħala strumentazzjoni tal-bilanċ

I.2A.013

2B120

Simulaturi tal-moviment jew imwejjed rotatorji li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.  Żewġ assi jew aktar;

b.  Ċrieki tal-kuntatt li kapaċi jittrasmettu qawwa elettrika u/jew informazzjoni tas-sinjali; u

ċ.  Li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.  Għal kull assi uniku li għandu dawn kollha li ġejjin:

a.  Kapaċi jilħaq rati ta' 400 grad/s jew aktar, jew 30 grad/s jew inqas; u

b.  Riżoluzzjoni ta' rata daqs jew inqas minn 6 gradi/s u preċiżjoni daqs jew inqas minn 0.6 gradi/s;

2.  Li għandu stabbilità ta' rata fl-agħar sitwazzjoni daqs jew aħjar (inqas) minn bejn wieħed u ieħor 0,05 % ikkalkolati bħala medja fuq 10 gradi jew aktar; jew

3.  Preċiżjoni tal-pożizzjoni daqs jew aħjar minn 5 sekondi ta' arkata.

Nota: I.2A.013 ma jipprojbixxix imwejjed rotatorji ddisinjati jew modifikati għal għodod bil-magna jew għal tagħmir mediku.

I.2A.014

2B121

Twavel tal-pożizzjoni (tagħmir kapaċi ta' pożizzjoni għal moviment rotatorju preċiż f'kull assi), barra dawk imsemmija f'I.2A.013, li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:

a.  Żewġ assi jew aktar; u

b.  Preċiżjoni tal-pożizzjoni daqs jew aħjar minn 5 sekondi ta' arkata.

Nota: I.2A.014 ma jipprojbixxix imwejjed rotatorji ddisinjati jew modifikati għal għodod bil-magna jew għal tagħmir mediku.

I.2A.015

2B122

Magni ċentrifugi li huma kapaċi ta' aċċelerazzjoni ‘il fuq minn 100 g u li għandhom anelli tal-kuntatt li huma kapaċi jittrasmettu enerġija elettrika jew informazzjoni bis-sinjali.

I.2A.016

2B201, 2B001.b.2 u 2B001.ċ.2

Għodod bil-magna jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, kif ġej, għat-tneħħija jew il-qtugħ ta' metalli, ċeramika jew “kompożiti”, li, skond l-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b'apparat elettroniku għal “kontroll tal-kontorn” simultanju f'żewġ assi jew aktar:

Nota: Għal unitajiet b’ “kontroll numeriku” projbiti minħabba s-“software” assoċjat ara l-I.2B.002.

a.  Għodod bil-magna għat-tħin, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.  Preċiżjonijiet tal-pożizzjoni bil-“kumpensi kollha disponibbli” daqs jew inqas (aħjar) minn 6 μm skond l-ISO 230/2 (1988) (1) jew ekwivalenzi nazzjonali matul kwalunkwe assi lineari;

2.  Żewġ assi jew aktar rotatorji tal-kontorn; jew

3.  Ħames assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”.

Nota: I.2A.016.a ma jipprojbixxixx magni tat-taħan li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.  Korsa ta' l-assi-x akbar minn 2 m; u

b.  Preċiżjoni tal-pożizzjoni totali fuq l-assi-x aktar (agħar) minn 30 μm.

b.  Għodod bil-magna għat-tisnin, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.  Preċiżjoni tal-pożizzjoni bil-“kumpensi kollha disponibbli” daqs jew inqas (aħjar) minn 4 μm skond l-ISO 230/2 (1988) (1) jew ekwivalenzi nazzjonali matul kwalunkwe assi lineari;

2.  Żewġ assi jew aktar rotatorji tal-kontorn; jew

3.  Ħames assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”.

Nota: I.2A.016.b. ma jipprojbixxix il-magni tat-taħan li ġejjin:

a.  Magni tat-tisnin estern, intern u estern-intern ta' ċilindri li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Limitati għal kapaċità massima ta' l-oġġetti tal-ħidma b'dijametru estern jew tul ta' 150 mm; u

2.  Assi limitati għal x, ż u ċ;

b.  Jig grinders li m'għandhomx assi-ż jew assi-w, bi preċiżjoni tal-pożizzjoni totali anqas (aħjar) minn 4 μm skond l-ISO 230/2 (1988) (1) jew ekwivalenti nazzjonali.

Nota 1: I.2A.016 ma jipprojbixxix għodod tal-magni b'għan speċjali limitati għall-fabbrikazzjoni ta' xi partijiet li ġejjin:

a.  Ingranaġġi;

b.  Krankxafts jew kamxafts;

ċ.  Għodod jew għodod tal-qtugħ;

d.  Extruder worms.

Nota 2: Għodda bil-magna li għandha ta' l-inqas tnejn mit-tliet kapaċitajiet ta' tornitura, tħin jew tisnin (eż., magna tat-tornitura bil-kapaċità li titħan), għandha tiġi evalwata skond kull entrata applikabbli I.2A.004.a. jew I.2A.016.a. or b.

I.2A.017

2B204

“Preses isostatiċi”, barra dawk imsemmija f'I.2A.007, u tagħmir konness, kif ġejjin:

a.  “Pressi iżostatiċi” li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Kapaċi jilħqu pressjoni massima ta' tħaddim ta' 69 MPa jew aktar; u

2.  Kavità tal-kamra b'dijametru intern ta' aktar minn 152 mm;

b.  Żebgħa, forom u kontrolli, imfassla b'mod speċjali għall-“preses isostatiċi” imsemmija f'I.2A.017.a.

Nota Teknika:

F'I.2A.017 id-dimensjoni interna tal-kavità fejn isir ix-xogħol hi tal-kavità, fejn tintlaħaq it-temperatura u l-pressjoni ta' xogħol, mingħajr fissi ma' immobbli. Dik id-dimensjoni għandha tkun l-iżgħar minn jew id-dijametru intern tal-kamra tal-pressjoni jew id-dijametru intern tal-kamra iżolata tal-forn, skond liema miż-żewġ kmamar tinsab ġewwa l-oħra.

I.2A.018

2B206

2B206 Magni, apparat jew sistemi ta' spezzjoni dimensjonali, barra dawk imsemmija f'I.2A.005, kif ġejjin:

a.  Magni ta' spezzjoni dimensjonali kkontrollati minn kompjuter jew ikkontrollati numerikament li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Żewġ assi jew aktar: u

2.  “Inċertezza tal-kejl” ta' tul dimensjonali wieħed daqs jew inqas (aħjar) minn (1.25 + L/1 000) μm ittestjata permezz ta' sonda bi “preċiżjoni” ta' inqas (aħjar) minn 0.2 μm (L huwa t-tul imkejjel f'millimetri) (Ref.:VDI/VDE 2617 Partijiet 1 u 2);

b.  Sistemi għall-ispezzjoni simultanja lineari-angolari ta' hemishells, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  “Inċertezza tal-kejl” matul kull assi lineari daqs jew inqas (aħjar) minn 3,5 μm għal kull 5 mm; u

2.  “Devjazzjoni ta' pożizzjoni angolari” indaqs jew inqas minn 0,02 °.

Nota 1: Għodod bil-magna li jistgħu jintużaw bħala magni tal-kejl huma projbiti jekk jilħqu jew jeċċedu l-kriterji speċifikati għall-funzjoni ta' għodod bil-magna jew għall-funzjoni ta' magni tal-kejl.

Nota 2: Magna speċifikata fi I.2A.018 hija projbita jekk teċċedi l-limitu ta' projbizzjoni fi kwalunkwe post fil-medda operattiva tagħha.

Noti Tekniċi:

1.  Is-sonda użata fid-determinazzjoni ta' l-inċertezza tal-kejl ta' sistema ta' spezzjoni dimensjonali għandha tkun deskritta f'VDI/VDE 2617 partijiet 2, 3 u 4.

2.  Il-parametri kollha f'I.2A.018 jirrapreżentaw qisien ta' bejn wieħed u ieħor, ċioe mhux marġini totali.

I.2A.019

2B207

“Robots”, “tagħmir tat-tarf” u unitajiet ta' kontroll, minbarra dawk speċifikati fi I.2A.006, kif ġej:

a.  “Robots” jew “tagħmir tat-tarf” iddisinjati apposta sabiex ikunu konformi ma' l-istandards ta' sigurtà nazzjonali applikabbli għall-immaniġġar ta' splussivi qawwijin (per eżempju, li jissodisfaw il-kodiċi elettrika nominali għal splussivi qawwijin);

b.  Unità ta' kontroll imfassla b'mod speċjali għal “robots” jew “strumenti bi stimoli” imsemmija f'I.2A.019.a.

I.2A.020

2B209

Magni tat-tip flow forming, magni tat-tip spin forming bil-funzjoni ta' flow forming, barra dawk imsemmija f'I.2A.009, u fusijiet, kif ġejjin:

a.  Magni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Tliet rombli jew aktar (attivi jew li jiggwidaw); u

2.  Li, skond l-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b'unitajiet ta' “kontroll numeriku” jew kontroll minn kompjuter;

b.  Mandarini tat-torn li jifformaw skrejjen iddisinjati sabiex jifformaw skrejjen ċilindriċi b'dijametru intern ta' bejn 75 mm u 400 mm.

Nota: I.2A.020.a. jinkludi magni li għandhom romblu wieħed biss imfassal sabiex jibdel il-forma tal-metall u żewġ rombli awżiljarji li jsostnu l-fus, iżda li ma jieħdux sehem f'dan il-proċess ta' bdil.

I.2A.021

2B219

Magni fissi jew li jistgħu jittieħdu minn post għal ieħor, orizzontali jew vertikali, għal bilanċ ċentrifugu fuq iktar minn pjan wieħed, kif ġejjin:

a.  Magni ta' l-ibbilanċjar ċentrifugali ddisinjati għall-ibbilanċjar ta' skrejjen flessibbli li għandhom tul ta' 600 mm jew aktar u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Dijametru tal-pern jew ta' l-assi ta' aktar minn 75 mm;

2.  Kapaċità ta' massa ta' minn 0.9 sa 23 kg; u

3.  Kapaċità ta' bilanċjar b'veloċità ta' rotazzjoni ta' aktar minn 5 000 r.p.m.;

b.  Magni ta' l-ibbilanċjar ċentrifugali ddisinjati għall-ibbilanċjar ta' komponenti ta' skrejjen ċilindriċi vojta u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Dijametru tal-pern ta' aktar minn 75 mm;

2.  Kapaċità ta' massa ta' minn 0.9 sa 23 kg;

3.  Kapaċi jibbilanċjaw sa żbilanċ residwu daqs jew inqas minn 0.01 kg × mm/kg għal kull pjan; u

4.  Tat-tip li jaħdmu biċ-ċinga.

I.2A.022

2B225

Apparat għal manipulazzjoni mill-bogħod li jista' jintużaw għal azzjoni mill-bogħod f'proċessi tas-separazzjoni radju-kimika jew f'ċelel tas-sħana, li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a.  Kapaċi jidħol 0,6 m jew iktar f'ħajt ta' ċella tas-sħana (funzjoni tat-tip through-the-wall); jew

b.  Kapaċi jgħaddi minn naħa għal oħra ta' ċella tas-sħana b'ħajt bi ħxuna ta' 0,6 m jew iktar (funzjoni over-the-wall).

Nota Teknika:

Manipulaturi minn distanza jbiddlu l-azzjonijiet ta' operatur uman għal driegħ li jaħdem minn distanza u muntaġġ terminali. Dawn jistgħu jkunu tat-tip “prinċipali/sekondarja” (“master/slave”) jew imħaddma b'joystick jew tastiera.

I.2A.023

2B226

Atmosfera ikkontrollata (vakwu jew gass inerti) fran ta' l-induzzjoni, u provvisti ta' enerġija b'dan, kif ġejjin:

a.  Fran li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Kapaċi jaħdmu f'temperaturi ogħla minn 1 123 K (850 °C);

2.  Bobini ta' l-induzzjoni b'dijametru ta' 600 mm jew inqas; u

3.  Iddisinjati għal dħul ta' qawwa ta' 5 kW jew aktar;

b.  Provvisti ta' qawwa, bi ħruġ speċifikat ta' qawwa ta' 5 kW jew aktar, iddisinjati apposta għall-ifran speċifikati fi I.2A.023.a.

Nota: I.2A.023.a. ma jipprojbixxix fran imfassla biex jipproċessaw kristalli irqaq ħafna ta' semikonduttur użati bħala sottostrat għal sistema ta' ċirkuwitu fi stat solidu.

I.2A.024

2B227

Fran għat-tidwib tal-metall u tidwib metallurġiku u tagħmir konness, ġewwa vakwu jew atmosfera oħra kkontrollata kif ġejjin:

a.  Fran b'ark għat-tidwib mill-ġdid u fran għall-ikkastjar li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Elettrodu konsumabbli b'kapaċitajiet ta' bejn 1 000 cm3 u 20 000 cm3, u

2.  Kapaċi jaħdmu f'temperaturi tat-tidwib ‘il fuq minn 1 973 K (1 700 °C).

b.  Fran għat-tidwib b'raġġ ta' elettroni u fran ta' atomizzazzjoni u tidwib ta' plażma, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Qawwa ta' 50 kW jew aktar; u

2.  Kapaċi jaħdmu f'temperaturi tat-tidwib ‘il fuq minn 1 473 K (1 200 °C).

ċ.  Sistemi ta' rapport u kontroll permezz ta' kompjuter ikkonfigurati b'mod speċjali għall-fran imsemmija f'I.2A.024.a. or b.

I.2A.025

2B228

Tagħmir għal fabbrikazzjoni jew immuntar ta' rotors, tagħmir li jiddritta rotors, fusijiet tat-tip bellows-forming u żebgħa, kif ġejjin:

a.  Tagħmir għall-assemblaġġ ta' skrejjen għall-assemblaġġ ta' sezzjonijiet ta' tubi, dijaframmi u għotjien tat-tarf ta' skrejjen ta' ċentrifugi bil-gass;

Nota: I.2A.025.a. jinkludi fusijiet ta' preċiżjoni, klamps u magni tat-tip shrink fit.

b.  Tagħmir li jiddritta l-iskrejjen għall-allinjament ta' sezzjonijiet ta' tubi ta' skrejjen ta' ċentrifugi bil-gass fuq assi komuni;

Nota Teknika:

F'I.2A.025.b’tagħmir bħal dan ġeneralment jikkonsisti f'sondi tal-kejl ta' preċiżjoni konnessi ma' kompjuter li sussegwentement tikkontrolla l-azzjoni ta', per eżempju, pistuni pnewmatiċi li jintużaw għall-allinjament ta' partijiet ta' tubi ta' rotors.

ċ.  Mandarini tat-torn li jifformaw imniefaħ u forom imnaqqxin għall-produzzjoni ta' mniefaħ b'konvoluzzjoni unika.

Nota Teknika:

F'I.2A.025.ċ. il-minfħa għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Dijametru intern bejn 75 mm u 400 mm;

2.  Tul daqs jew akbar minn 12,7 mm;

3.  Fond tal-konvoluzzjoni unika ta' aktar minn 2 mm; u

4.  Magħmul minn ligi ta' l-aluminju ta' saħħa kbira, maraging steel jew “materjal fibruż jew bil-filamenti” ta'saħħa kbira.

I.2A.026

2B230

“Apparat maħsub sabiex jibdel sinjal ta' pressjoni f'sinjal ellettriku” li hu kapaċi jkejjel pressjoni assoluta f'kull punt ta' l-iskala 0 sa 13 kPa u li għandu iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Elementi ta' rilevament tal-pressjoni magħmula minn jew protetti b'aluminju, liega ta' l-aluminju, nikil jew liega tan-nikil b'aktar minn 60 % nikil bil-piż; u

b.  Li fihom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.  Miżien mimli b'inqas minn 13 kPa u “preċiżjoni” ta' aħjar minn + 1 % ta' daqs sħiħ; jew

2.  Skala sħiħa ta' 13 kPa jew aktar u “preċiżjoni” ta' aħjar minn + 130 Pa.

Nota Teknika:

Għall-iskop ta' I.2A.026, “preċiżjoni” tinkludi dak li mhux lineari, isteresi u r-rata ta' repetizzjoni fit-temperatura tal-post.

I.2A.027

2B231

Pompi tal-vakwu li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.  Id-daqs ta' l-iżgħar parti tad-dħul daqs jew akbar minn 380 mm;

b.  Il-veloċità ta' l-ippumpjar daqs għal jew akbar minn 15 m3/s; u

ċ.  Kapaċi jipproduċu vakwu finali aħjar minn13 mPa.

Noti Tekniċi:

1.  Il-veloċità ta' l-ippumpjar hi determinata fil-punt tal-kejl b'gass tan-nitroġenu jew arja.

2.  Il-vakwu finali hu ddeterminat fid-dħul tal-pompa bid-dħul tal-pompa bblokkjat

I.2A.028

2B232

Kanuni bil-gass tat-tip ta' livelli diversi u sistemi oħra ta' kanuni ta' veloċità kbira (tipi ta' serpentina, elettromanjetika u elettrotermika, u sistemi oħra avvanzati) li kapaċi jaċċeleraw projettili għal 2 km/s jew iktar.

I.2A.029

ex 2B350*

(2B350.a.1-7, ex 2B350.b.1-7, 2B350.ċ.1-7, ex 2B350.d.1-8, ex 2B350.e.1-8, 2B350.f, ex 2B350.g.1-7, ex 2B350.h.1-7, ex 2B350.i.1-10 u 2B350.j)

Faċilitajiet, tagħmir u komponenti għall-manifattura ta' sustanzi kimiċi, kif ġej:

a.*  Kontenituri għar-reazzjoni jew reatturi, b'aġitaturi jew mingħajrhom, b'volum intern totali (ġeometriku) ta' aktar minn 0,1 m3 (100 litru) u inqas minn 20 m3 (20 000 litru), fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed tiġi(u) pproċessata(i) jew li tkun tinsab(jkunu jinsabu) fihom huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1.  Liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.  Fluworopolimeri;

3.  Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew ta' l-enemel jew kisja tal-ħġieġ);

4.  Nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

5.  Tantalu jew liegi tat-tantalu;

6.  Titanju jew liegi tat-titanju; jew

7.  Żirkonju jew liegi taż-żirkonju;

b.*  Aġitaturi għall-użu ta’ kontenituri ta’ reazzjoni speċifikati fil-I.2A.029.a. fejn l-uċuħ kollha ta’ l-aġitatur li jkollhom kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati jew li tinsab/jinsabu fiha hi magħmula minn xi materjal li ġej:

1.  Liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.  Fluworopolimeri;

3.  Ħġieġ (inkluż kisi ta' l-enemel jew vitrifizzat jew kisi tal-ħġieġ);

4.  Nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

5.  Tantalu jew liegi tat-tantalu;

6.  Titanju jew liegi tat-titanju; jew

7.  Żirkonju jew liegi taż-żirkonju;

ċ.*  Tankijiet tal-ħżin, kontenituri jew reċipjenti b'volum intern totali (ġeometriku) ta' aktar minn 0,1 m3 (100 litru) fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed tiġi(u) pproċessata(i) jew li tkun tinsab(jkunu jinsabu) fihom huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1.  Liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.  Fluworopolimeri;

3.  Ħġieġ (inkluż kisi ta' l-enemel jew vitrifizzat jew kisi tal-ħġieġ);

4.  Nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

5.  Tantalu jew liegi tat-tantalu;

6.  Titanju jew liegi tat-titanju; jew

7.  Żirkonju jew liegi taż-żirkonju;

d.*  Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b'erja tal-wiċċ għat-trasferiment tas-sħana akbar minn 0,15 m2, u inqas minn 20 m2; fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed jiġi(u) pproċessata(i) huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1.  Liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.  Fluworopolimeri;

3.  Ħġieġ (inkluż kisi ta' l-enemel jew vitrifizzat jew kisi tal-ħġieġ);

4.*  Grafita;

5.  Nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

6.  Tantalu jew liegi tat-tantalu;

7.  Titanju jew liegi tat-titanju;

8.  Żirkonju jew liegi taż-żirkonju;

e.*  Kolonni tad-distillazzjoni jew l-assorbiment b'dijametru intern ta' aktar minn 0,1 m; fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed jiġi(u) pproċessata(i) huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1.  Liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.  Fluworopolimeri;

3.  Ħġieġ (inkluż kisi ta' l-enemel jew vitrifizzat jew kisi tal-ħġieġ);

4.*  Grafita;

5.  Nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

6.  Tantalu jew liegi tat-tantalu;

7.  Titanju jew liegi tat-titanju; jew

8.  Żirkonju jew liegi taż-żirkonju;

f.  Tagħmir tal-mili li jaħdem remotement fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanza(i) kimika(kimiċi) li tkun(jkunu) qed jiġi(u) pproċessata(i) huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1.  Liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż; jew

2.  Nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

g.*  Valvi li l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati hi magħmula minn xi materjal li ġej:

1.  Liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.  Fluworopolimeri;

3.  Ħġieġ (inkluż kisi ta' l-enemel jew vitrifizzat jew kisi tal-ħġieġ);

4.  Nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

5.  Tantalu jew liegi tat-tantalu;

6.  Titanju jew liegi tat-titanju; jew

7.  Żirkonju jew liegi taż-żirkonju;

h.*  Kanen li għandhom iktar minn qoxra waħda b'fetħa għal estrazzjoni ta' sinjal ta' fissuri, fejn kull wiċċ li jkollha kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati jew li tinsab/jinsabu fiha hi magħmula minn xi materjal li ġej:

1.  Liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.  Fluworopolimeri;

3.  Ħġieġ (inkluż kisi ta' l-enemel jew vitrifizzat jew kisi tal-ħġieġ);

4.*  Grafita;

5.  Nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

6.  Tantalu jew liegi tat-tantalu;

7.  Titanju jew liegi tat-titanju; jew

8.  Żirkonju jew liegi taż-żirkonju;

i.*  Pompi, b’rata ta’ fluss speċifikata mill-manifattur ta’ mhux aktar minn 0,6 m3 kull siegħa, jew pompi tal-vakwu b’rata ta’ fluss speċifikata mill-manifattur ta’ mhux aktar minn 5 m3 kull siegħa (f’temperatura standard (273 K (0 C)) u pressjoni (101,3 kPa) kundizzjonijiet), fejn l-uċuħ kollha li jiġu f’kuntatt dirett mal-kimika(kimiki) li jkunu fi stadju ta’ proċess ikunu magħmula minn kwalunkwe mill-materjali li ġejjin:

1.  Liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.  Ċeramika;

3.  Ferrosilikon;

4.  Fluworopolimeri;

5.  Ħġieġ (inkluż kisi ta' l-enemel jew vitrifizzat jew kisi tal-ħġieġ);

6.*  Grafita;

7.  Nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

8.  Tantalu jew liegi tat-tantalu;

9.  Titanju jew liegi tat-titanju; jew

10.  Żirkonju jew liegi taż-żirkonju;

j.  Inċinerazzjoni imfassla bl-iskop li jeqirdu kimiċi msemmija f'I.1A.052, b'sistemi ta' waste supply imfassla b'mod speċjali, faċilitajiet tal-maniġġjar speċjali u temperatura medja ta' iktar minn 1 273 K (1 000 °C) fiċ-ċejmber tal-kombustjoni, f'liema kull superfiċje fis-sistema tal-waste supply li tiġi f'kuntatt dirett ma' l-estratti tal-proċess fiżiku jew industrijali hi magħmula minn jew miksija b'xi materjal li ġej:

1.  Liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.  Ċeramika; jew

3.  Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż

I.2A.030

2B351

Sistemi ta' monitoraġġ ta' gassijiet tossiċi, kif ġej; u rilevaturi dedicati għalihom:

a.  Imfassla għall-użu kontinwu u li jista' jintuża għall-iskoperta ta' sustanzi kimiċi jew kimiċi msemmija f'I.1A.052, b'konċentrazzjoni ta' anqas minn 0,3 mg/m3; jew

b.  Imfassla għall-iskoperta ta' attività li timpedixxi l-kolinesterasi.

I.2A.031

ex 2B352* u –

(2B352.a, 2B352.b, 2B352.ċ, ex 2B352.d.1, ex 2B352.e, ex 2B352.f.1, 2B352.f.2 u 2B352.g)

Tagħmir li jista' jintuża fl-immaniġġar ta' materjal bijoloġiku, kif ġej:

a.  Faċilitajiet ta' konteniment bijoloġiku kompluti fil-livell ta' konteniment P3, P4;

Nota Teknika:

Il-livelli ta' konteniment P3 jew P4 (BL3, BL4, L3, L4) huma kif speċifikati fil-manwal tal-WHO Laboratory Biosafety (it-tieni edizzjoni, Ġinevra 1993).

b.*  Fermentaturi li kapaċi jikkoltivaw “mikroorganiżmi” patoġeniċi, virus jew li kapaċi jipproduċu tossini, mingħajr il-propagazzjoni ta' erosol;

Nota Teknika:

Fermentaturi jinkludu bijoreatturi, kemostati u sistemi ta' fluss kontinwu.

ċ.  Separaturi ċentrifugali, b'kapaċità ta' separazzjoni kontinwa ta’ mikroorganiżmi patoġeniċi, mingħajr il-propagazzjoni ta' erosol, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Rata ta' fluss ta' aktar minn 100 litru fis-siegħa;

2.  Komponenti ta' l-azzar inossidabbli illustrat jew it-titanju;

3.  Ġonta waħda jew aktar li jissiġġillaw fiż-żona tal-konteniment ta' l-istim; u

4.  Kapaċità ta' sterilizzazzjoni bl-istim fil-post fi stat magħluq;

Nota Teknika:

Separaturi ċentrifugali jinkludu dekantaturi.

d.*  Tagħmir u komponenti ta' filtrazzjoni bi fluss imsallab (tanġenzjali) kif ġej:

1.  Tagħmir ta' filtrazzjoni bi fluss imsallab (tanġenzjali) kapaċi jissepara kontinwament il-mikroorganiżmi patoġeniċi, virus, tossini jew kulturi ta' celluli, mingħajr il-propagazzjoni ta' erosol, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Erja totali ta' filtrazzjoni ta' 5 m2 jew akbar; u

b.  Kapaċi li jkun sterilizzat jew diżinfettat fil-post mingħajr ma jiġu żarmati minn qabel;

Nota Teknika:

Fi I.2A.031.d.1.b. sterilizzat tindika l-eliminazzjoni tal-mikrobi vijabbli kollha mit-tagħmir permezz ta' l-użu ta' aġenti fiżiċi (eż. stim) jew kimiċi. Diżinfettat tindika l-qerda ta' infettività potenzjali minn mikrobi fit-tagħmir permezz ta' l-użu ta' aġenti kimiċi b'effett ġermiċidali. Diżinfezzjoni u sterilizzazzjoni huma distinti minn sanifikazzjoni, b'din ta' l-aħħar tirreferi għal proċeduri ta' tindif iddisinjati sabiex inaqqsu l-kontenut ta' mikrobi fit-tagħmir mingħajr ma neċessarjament jeliminaw għal kollox l-infettività jew il-vijabilità tal-mikrobi.

e.*  Tagħmir li jnixxef bl-iffriżar li hu sterilizzabbli bl-istim bil-kapaċità tal-kondensatur ta' aktar minn 50 kg ta' silġ f'24 siegħa u anqas minn 1 000 kg ta' silġ f'24 siegħa;

f.*  Tagħmir ta' protezzjoni u ta' konteniment, kif ġej:

1.*  Ilbies protettiv b’ventilazzjoni sħiħa jew parzjali;

Nota: I.2A.031.f.1. ma jipprojbixxix ilbies li hu imfassal b'apparat respiratorju.

2.  Kabini tas-sikurezza bijoloġika tal-klassi III jew iżolaturi bi standards ta' rendiment simili;

Nota: Fi I.2A.031.f.2., l-iżolanti jinkludu iżolanti flessibbli, kaxex niexfa, ċejmbers anerobiċi, kaxex fejn jinżammu ingwanti għall-manipulazzjoni ta'oġġetti radjo-attivi u għata għall-lqugħ ta' fluss magħmula mill-lamina (magħluqa minn fluss vertikali).

g.  Kmamar iddisinjati għall-ittestjar tal-konfront ta' erosol ma' “mikroorganiżmi”, virus jew “tossini” u li għandhom kapaċità ta' 1 m3 jew akbar.

I.2A.032

Tagħmir li jista' jintuża fl-immaniġġar ta' materjal bijoloġiku, ħlief dak speċifikat f'I.2A.031, kif ġej:

a.  Tagħmir għall-microinkapsulazzjoni ta’ mikroorganiżmi u tossini ħajjin fil-medda bejn 1 sa 10 μm f’daqs ta’ partiċelli, kif ġej:

1.  Polikondensaturi interfaċjali;

2.  Separaturi tal-fażijiet.

b.  Kmamar ta’ fluss ta’ arja u arja nadifa konvenzjonali jew turbulenti u unitajiet filtranti HEPA atonomi li jistgħu jintużaw għal faċilitajiet ta’ konteniment P3 jew P4 (BL3, BL4, L3, L4).

(1)   Manifatturi li jikkalkulaw il-preċiżjoni tal-pożizzjoni skond l-ISO 230/2 (1997) għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih huma stabbiliti.



I.2B  It-teknoloġija, inkluż is-software

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.2B.001

ex 2D001

“Software” ħlief dak speċifikat f’I.2B.002, imfassal b'mod speċjali jew modifikat għall-“iżvilupp”, “produzzjoni” jew “użu” ta' tagħmir msemmi f'I.2A.004 sa I.2A.006.

I.2B.002

2D002

“Software” għal strumenti elettroniċi, saħansitra meta dan jinsab fi strument jew sistema elettronika, li permezz tiegħu strumenti jew sistemi bħal dawn jistgħu jiffunzjonaw bħala unità ta' “kontroll numeriku”, li hu kapaċi jikkordina aktar minn erba' assi għal “contouring control” simultanjament.

Nota 1: I.2B.002 ma jipprojbixxix “Software” imfassal b'mod speċjali jew modifikat sabiex iħaddem l-għodod tal-magni mhux imsemmija fil-Kategorija I.2.

I.2B.003

2D101

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” tat-tagħmir speċifikat f'I.2A.007 sa I.2A.015.

I.2B.004

2D201

“Software” ddisinjat apposta għall-“użu” tat-tagħmir speċifikat fi I.2A.017 to I.2A.024.

Nota: “Softwaew” iddiżinjat speċifikament għal tagħmir imsemmi fil-I.2A.018 jinkludi “software” għal kejl simultanju tal-ħxuna u l-kontorn tal-ħitan.

I.2B.005

2D202

“Software” imfassal b'mod speċjali jew modifikat għall-“iżvilupp”, “produzzjoni” jew “użu” ta' tagħmir msemmi f'I.2A.016.

I.2B.006

ex 2E001 u –

“Teknolġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“iżvilupp” ta' tagħmir jew “software” speċifikati f’I.1A.002 sa I.2A.002 sa I.2A.004, I.2A.006.b., I.2A.006.ċ, I.2A.007 sa I.2A.032, I.2B.001, I.2B.003 sa I.2B.004.

I.2B.007

ex 2E002 u –

“Teknolġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“produzzjoni” ta' tagħmir speċifikat f’I.2A.002 sa I.2A.004, I.2A.006.b., I.2A.006.ċ, I.2A.007 sa I.2A.032

I.2B.008

2E101

“Teknolġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“użu” ta' tagħmir jew “software” speċifikati f’I.2A.007, I.2A.009, I.2A.010, I.2A.012 sa I.2A.015 sa I.2B.003.

I.2B.009

ex 2E201

“Teknolġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“użu” ta' tagħmir speċifikat f’I.2A.002 sa I.2A.005, I.2A.006.b., I.2A.006.ċ., I.2A.016 sa I.2A.020, I.2A.022 sa I.2A.028, I.2B.004 sa I.2B.005.

I.2B.010

2E301

“Teknoloġija” skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta' oġġetti msemmija minn I.2A.029 sa I.2A.031.

I.3

ELETTRONIKA



I.3A  Oġġetti

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.3A.001

ex 3A001.a*

Komponenti elettroniċi, kif ġej:

a.  Ċirkwiti integrati bi skop ġenerali, kif ġej:

Nota 1: L-istatus ta' projbizzjoni ta' wajfers (mitmuma jew mhux mitmuma) li fihom il-funzjoni ġiet determinata, għandha tkun evalwati mal-parametri ta' I.3A.001.a.

Nota 2: Ċirkwiti integrati jinkludi t-tipi li ġejjin:

“Ċirkwiti integrati monolitiċi”;

“Ċirkwiti integrati ibridi”;

“Ċirkwiti integrati multichip”;

“Ċirkwiti integrati tat-tip tal-pellikola”, inklużi ċirkwiti integrati tas-silikon fuq iż-żaffir;

“Ċirkwiti integrati ottiċi”.

1.*  Ċirkwiti integrati li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.  Iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għar-radjazzjoni sabiex jifilħu doża totali ta' radjazzjoni akbar minn 5 × 103 Gy (silikon) jew aktar; u

b.  Jistgħu jintużaw f’sistemi ta’ rokits protettivi u “vetturi ta’ l-ajru mingħajr ekwipaġġ” kontra effetti nukleari (e.ż.. Impulsi Elettromanjetiċi (EMP), raġġi-X, effetti flimkien ta' splużjoni u sħana), u jintużaw għal “missili”.

I.3A.002

3A101

Sistemi, tagħmir u komponenti elettroniċi, kif ġej:

a.  Konvertituri minn analoġiku għal diġitali, li jistgħu jintużaw f' “missili”, iddisinjati sabiex jissodisfaw speċifikazzjonijiet militari għal tagħmir rinfurzat;

b.  Aċċelleraturi li kapaċi jwasslu radjazzjoni elettromanjetika prodotta bi bremsstrahlung minn elettroni aċċellerati ta' 2 MeV jew akbar, u sistemi li fihom dawk l-aċċelleraturi.

Nota: I.3A.002.b t'hawn fuq ma jispeċifikax tagħmir iddisinnjat b'mod speċjali għal skopijiet mediċi.

I.3A.003

3A201

Komponenti elettroniċi, kif ġej;

a.  Kapaċituri li għandhom xi wieħed minn dawn il-gruppi ta' karatteristiċi li ġejjin:

1.  

a.  Vultaġġ nominali akbar minn 1.4 kV;

b.  Ħażna ta' enerġija akbar minn 10 J;

ċ.  Ta' kapaċità akbar minn 0.5 μF; u

d.  Induttanza serjali anqas minn 50 nH; jew

2.  

a.  Vultaġġ nominali akbar minn 750 V;

b.  Ta' kapaċità akbar minn 0.25 μF; u

ċ.  Induttanza serjali anqas minn 10 nH;

b.  Elettromanjeti tas-solenojdi superkonduttivi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Kapaċi joħolqu kampi manjetiċi akbar minn 2 T;

2.  Proporzjon ta' tul għal dijametru intern akbar minn 2;

3.  Dijametru intern akbar minn 300 mm; u

4.  Êrji fejn tinħass il-qawwa manjetika uniformi ma jew ahjar minn 1 % fuq 50 % ċentrali tal-volum ta' ġewwa;

Nota: I.3A.003.b. ma jipprojbixxix kalamiti iddisinnjati b'mod speċjali għal u esportati “bħala parti minn” sistemi ta' ħolqien ta' imaġġni b'reżonanza manjetika nukleari medika (NMR). Il-frażi “bħala parti minn” ma tfissirx neċessarjament parti fiżika fl-istess kunsinna; kunsinni separati minn sorsi differenti huma permessi, sakemm id-dokumenti ta' l-esportazzjoni relatati jispeċifikaw b'mod ċar li l-kunsinni jintbagħtu “bħala parti minn” sistemi ta' immaġini.

ċ.  Ġeneraturi tal-flash tar-raġġi-X jew aċċeleratturi ta' l-elettron bil-polz li għandhom xi wieħed minn dawn is-setts ta' karatteristiċi li ġejjin:

1.  

a.  L-ogħla enerġija ta' l-elettroni ta' l-aċċelleratur ta' 500 keV jew akbar iżda inqas minn 25 MeV; u

b.  B' “ċifra ta' mertu” (K) ta' 0.25 jew akbar; jew

2.  

a.  L-ogħla enerġija ta' l-elettroni ta' l-aċċelleratur ta' 25 MeV jew akbar; u

b.  “L-ogħla qawwa” ta' aktar minn 50 MW.

Nota: I.3A.003.ċ ma jipprojbixxix aċċeleraturi li huma parti komponenti ta' strumenti iddisinnjati għall-iskopijiet barra d-dija ta' l-elettronu jew ir-radjazzjoni tar-raġġi-X (mikroskopija ta' l-elettronu, bħala eżempju) lanqas dawk iddisinnjati għal skopijiet mediċi:

Noti Tekniċi:

1.  Iċ-‘ċifra ta’ mertu' K hija definita bħala:

K = 1,7 × 103V2,.65Q

V hija l-ogħla enerġija ta' l-elettroni f'miljuni ta' elettron volts.

Jekk id-durata ta' l-impuls tar-raġġ ta' l-aċċelleratur hija anqas minn jew daqs 1 μs, mela Q hija l-karika aċċellerata totali f'Coulombs. Jekk id-durata ta' l-impuls tar-raġġ hija akbar minn 1 μs, mela Q hija l-karika aċċellerata massima f'1 μs.

Q hija ugwali għall-integrali ta' i fir-rigward ta' t, fuq l-inqas minn 1 μs jew id-durata ta' l-impuls tar-raġġ (Q = ∫ idt), fejn i hija l-kurrent tar-raġġ f'amperes u t hija l-ħin f'sekondi.

2.  ‘L-ogħla qawwa’ = (l-ogħla potenzjal f'volts) × (l-ogħla kurrent tar-raġġ f'amperes).

3.  F'magni bbażati fuq kavitajiet ta' aċċellerazzjoni microwave, id-durata fil-ħin ta' l-impuls tar-raġġ hija l-inqas minn 1 μs jew id-durata tal-pakkett ta' raġġi f'mazz li tirriżulta minn impuls wieħed tal-modulatur microwave.

4.  F'magni bbażati fuq kavitajiet ta' aċċellerazzjoni microwave, l-ogħla kurrent tar-raġġ huwa l-medja tal-kurrent fid-durata tal-ħin ta' pakkett ta' raġġi f'mazz.

I.3A.004

3A225

Apparat li jbiddel il-frekwenza u ġeneraturi, barra dawk indikati fi I.0A.002.b.13, li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.  Ħruġ multifażi li kapaċi jipprovdi qawwa ta' 40 W jew aktar;

b.  Kapaċi jaħdmu fil-medda ta' frekwenzi bejn 600 u 2 000 Hz;

ċ.  Distorsjoni armonika totali aħjar (anqas) minn 10 %; u

d.  Kontroll tal-frekwenza aħjar minn (anqas) minn 0,1 %.

Nota Teknika:

Apparat li jbiddel il-frekwenza fi I.3A.004 huma magħrufa wkoll bħala konvertituri jew apparat li jaqbleb ta' taħt fuq.

I.3A.005

3A226

Provvisti ta' enerġija ta' kurrent dirett ta' enerġija għolja, barra dawk indikati fi I.0A.002.j.6., li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Kapaċi li jipproduċu kontinwament, fuq perijodu ta' ħin ta' 8 sigħat, 100 V jew aktar bi ħruġ ta' kurrent ta' 500 A jew aktar; u

b.  Stabbiltà tal-kurrent jew tal-vultaġġ aħjar minn 0,1 % fuq perijodu ta' ħin ta' 8 sigħat.

I.3A.006

3A227

Provvisti ta' enerġija ta' kurrent dirett ta' vultaġġ għoli, barra dawk indikati fi I.0A.002.j.5., li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Kapaċi li jipproduċu kontinwament, fuq perijodu ta' ħin ta' 8 sigħat, 20 kV jew aktar bi ħruġ ta' kurrent ta' 1 A jew aktar; u

b.  Stabbiltà tal-kurrent jew tal-vultaġġ aħjar minn 0,1 % fuq perijodu ta' ħin ta' 8 sigħat.

I.3A.007

3A228

Swiċċijiet, kif ġej:

a.  Tubi b'katodu kiesaħ, kemm jekk mimlija bil-gass jew le, li joperaw b'mod simili għal spinterometru (spark gap), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Fihom tliet elettrodi jew aktar;

2.  Vultaġġ massimu nominali fl-anodu ta' 2.5 kV jew aktar;

3.  Kurrent massimu nominali fl-anodu ta' 100 A jew aktar; u

4.  Ħin ta' dewmien fl-anodu ta' 10 μs jew inqas;

Nota: I.3A.007 tinkludi tubi tal-gass tat-tip krytron u tubi tal-vakwu tat-tip sprytron.

b.  Xintillaturi (triggered spark-gaps) li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Ħin ta' dewmien fl-anodu ta' 15 μs jew inqas; u

2.  Kurrent massimu nominali ta' 500 A jew aktar;

ċ.  Moduli jew immuntar b'funzjoni ta' bdil mgħaġġel li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  L-ogħla vultaġġ nominali fl-anodu ta' aktar minn 2 kV;

2.  Kurrent massimu nominali fl-anodu ta' 500 A jew aktar; u

3.  Ħin sabiex jixgħel ta' 1 μs jew anqas.

I.3A.008

3A229

Settijiet li jqabbdu u ġeneraturi ekwivalenti ta' impuls b'kurrent għoli kif ġej:

N.B.: Ara wkoll Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

a.  Setts ta' l-isparar tad-detonatur splussiv iddisinnjati biex iħaddmu detonaturi multipli kkontrollati indikati fil-I.3A.011;

b.  Ġeneraturi modulari b'impuls elettriku (pulsers) li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Iddisinjati għall-użu portabbli, mobbli jew ta' rinforz;

2.  Magħluqa fi spazju magħluq li fih ma jidħolx it-trab;

3.  Kapaċi li jwasslu l-enerġija tagħhom f'anqas minn 15 μs;

4.  Li għandhom ħruġ akbar minn 100 A;

5.  Li għandhom “ħin ta' tlugħ” ta' anqas minn 10 μs f'tagħbijiet ta' anqas minn 40 ohms;

6.  L-ebda dimensjoni akbar minn 254 mm;

7.  Piż anqas minn 25 kg; u

8.  Speċifikati għall-użu f'medda estiża ta' temperaturi estiża minn 223 K (– 50 °C) to 373 K (100 °C) jew speċifikati bħala adatti għal applikazzjonijiet aerospazjali.

Nota: I.3A.008.b jinkludi drivers b'lampa tal-flash tal-kseno.

Nota Teknika:

Fil- I.3A.008.b.5. “ħin ta' żieda fl-ammont” huwa iddefinut bħala l-intervall tal-ħin minn 10 % sa 90 % ta' l-estensjoni tal-kurrent meta tkun qed titmexxi żidiet ta' reżistenza.

I.3A.009

3A230

Ġeneraturi ta' impuls b'veloċità għolja li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Vultaġġ ta' ħruġ akbar minn 6 V f'tagħbija reżistiva ta' anqas minn 55 ohm, u

b.  Ħin ta' transizzjoni ta' l-impuls' anqas minn 500 ps.

Nota Teknika:

In I.3A.009, “ħin ta' transizzjoni tal-polz” huwa iddefinut bħala l-intervall tal-ħin bejn 10 % u 90 % ta' l-estensjoni tal-vultaġġ.

I.3A.010

3A231

Sistemi ġeneraturi tan-newtroni, inkluż tubi, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Iddisinjati sabiex jaħdmu mingħajr sistema vakwu esterna; u

b.  Jużaw aċċellerazzjoni elettrostatika sabiex jikkaġunaw reazzjoni nukleari tritju-dewterju.

I.3A.011

3A232

Detonaturi u sistemi ta' inizjazzjoni b'ħafna punti, kif ġej:

N.B.: Ara wkoll Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

a.  Detonaturi splussivi mħaddma bl-elettriku, kif ġej:

1.  Pont li jisplodi (EB);

2.  Wajer tal-pont li jisplodi (EBW);

3.  Trasmettitur ta' impuls (Slapper);

4.  Inizjaturi ta' fojl li jisplodi (EFI);

b.  Arranġamenti li jużaw detonatur wieħed jew detonaturi multipli ddisinjati sabiex jinizjaw kważi simultanjament wiċċ li jisplodi fuq aktar minn 5 000 mm2 minn sinjal li jqabbad wieħed b'ħin ta' inizjazzjoni mifrux fuq il-wiċċ ta' anqas minn 2.5 μs.

Nota: I.3A.011 ma jipprojbixxix detonaturi li jużaw splussiv primarju biss, bħal ċomb azid.

Nota Teknika:

Fil- I.3A.011 id-detonaturi ikkonċernati kollha jutilizzaw kundutturi elettriċi żgħar (pont, wajer tal-pont jew fojl) li bi splussiv jagħmel fi fwar meta polz ta' elettriku ta' kurrent għoli u li jgħaġġel jiġi mgħoddi minnu. F'tipi nonslapper, l-kundutturi li jisplodi jibda detonazzjonai kimika f'kuntatt ta' materjal li hu splussiv ħafna bħal PETN (Pentaerythritoltetranitrate). F'detonaturi slapper, il-vaporizzazzjoni splussiva tal-konduttur elettriku jmexxi flyer jew slapper minn naħa għal oħra ta' fetħa u l-impatt tas-slapper fuq splussiv jibda detonazzjoni kimika. Is-slapper f'xi disinji huwa mmexxi minn forza manjetika. It-terminu detonatur tal-fojl li jisplodi jista' jirreferi għal EB jew għal detonatur tat-tip slapper. Ukoll, il-kelma inizjatur xi kultant hija wżata minflok il-kelma detonatur.

I.3A.012

3A233

Spettrometri tal-massa, barra dawk indikati fil-I.0A.002.g., li kapaċi jkejjlu joni ta' of 230 units ta' massa atomika jew akbar u li għandhom riżoluzzjoni ta' aħjar minn 2partijiet fi 230 kif ġejjin, u sorsi ta' jone għal dan l-iskop:

a.  Spettrometri tal-massa bil-plażma b'akkoppjament induttiv (ICP/MS);

b.  Spettrometri tal-massa bi skarika inkandexxenti (GDMS);

ċ.  Spettrometri tal-massa b'jonizzazzjoni termika (TIMS);

d.  Spettrometri tal-massa b'bumbardament ta' elettroni li għandhom kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew ibbanjata b'materjali reżistenti għall-UF6;

e.  Spettrometri tal-massa b'raġġi molekulari li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.  Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew ibbanjata b'azzar inossidabbli jew molibdenu u mgħammra bi trappola tal-kesħa li kapaċi tkessaħ sa 193 K (– 80 °C) jew anqas; jew

2.  Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew ibbanjata b'materjali reżistenti għall-UF6;

f.  Spettrometri tal-massa mgħammra b'sors joniku ta' mikrofluworizzazzjoni ddisinjati għal aktinidi jew fluworidi ta' l-aktinid.



I.3B  It-teknoloġija, inkluż is-software

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.3B.001

3D101

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” tat-tagħmir speċifikat fil-I.3A.002.b

I.3B.002

ex 3E001

“Teknoloġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew “produzzjoni” ta' tagħmir jew materjali speċifikati fil-I.3A.001 sa I.3A.003, jew fil-I.3A.007 sa I.3A.012.

I.3B.003

ex 3E101

“Teknolġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“użu” ta' tagħmir jew “software” speċifikati f’I.3A.001, I.3A.002 jew I.3B.001.

I.3B.004

3E102

“Teknoloġija” skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali għall-“iżviluppar” ta' “software” speċifikat f’ I.3B.001.

I.3B.005

ex 3E201

“Teknoloġija” skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta' tagħmir imsemmi minn I.3A.003 to I.3A.012.

I.4

KOMPJUTERS



I.4A  Oġġetti

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.4A.001

4A001.a.1 *

Kompjuters elettroniċi u tagħmir relatat, kif ġej:

N.B.: Ara wkoll I.4A.002.

a.  Iddisinjati apposta sabiex ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

1.*  Previsti għal tħaddim kontinwuf'temperaturi taħt il-228 K (– 45 °C) jew 'il fuq minn 328 K (55 °C);

Nota: I.4A.001 ma japplikax għal kompjuters iddisinnjati b'mod speċjali għall-applikazzjonijiet tal-karozzi ċivili jew tal-ferrovija.

I.4A.002

4A101

Kompjuters analoġiċi, “kompjuters diġitali” jew analizzaturi differenzjali diġitali, bil-karatteristiċi kollha li ġejjin:

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli ta’ Oġġetti Militari għal kompjuters għal użu f’rokits u missili.

a.  Iddisinjati u mmodifikati għall-użu f'vetturi ta' l-ispazju speċifikati fil-I.9A.001 jew rokits sonda speċifikati fil-I.9A.005. u

b.  Iddisinjati b’rinforz jew previsti bħala reżistenti għal livelli ta’ radjazzjoni ta’ 5 × 103 Gy (silikon) jew aktar;

I.4A.003

4A102

4A102 “Kompjters ibridi” iddisinjati b'mod speċjali għall-immudellar, simulazzjoni jew integrazzjoni tad-disinn ta' vetturi li jkunu sparati fl-ispazju speċifikati fil-I.9A.001 jew rokits sonda speċifikati fil-I.9A.005.

N.B.: See also Military Oġġetti N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli ta’ Oġġetti Militari għal kompjuters relatati ma’ rokits u missili for rockets or missiles related computers.

Nota: Din il-projbizzjoni tapplika biss meta t-tagħmr ikollu s-“Software” speċifikat fil-I.7B.003 or I.9B.003.



I.4B  I.4 B It-teknoloġija, inkluż is-software

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.4B.001

ex 4E001.a

“Teknoloġija” skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali, għall-“iżvilupp”, “produzzjoni” jew “użu” ta' tagħmir jew “Software” speċifikat fil-I.4A.001, I.4A.002 jew I.4A.003.

I.5

TELEKOMUNIKAZZJONIJIET U “SIGURTA TA' L-INFORMAZZJONI”



I.5A  Oġġetti

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.5A.001

5A101

Tagħmir ta' telemetraġġ u telekontroll, inkluż tagħmir fuq l-art, iddisinjat jew modifikat għall-‘missili’.

Nota Teknika:

Fi I.5A.001 ‘missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.

Nota: I.5A.001 ma jipprojbixxix:

a.  Tagħmir iddisinjat jew modifikat għal inġenji ta' l-ajru bl-ekwipaġġ jew satelliti;

b.  Tagħmir ibbażat fuq l-art iddisinjat jew modifikat għal applikazzjonijiet terrestri jew marittimi;

ċ.  Tagħmir iddisinjat għal servizzi GNSS kummerċjali, ċivili jew ‘Sikurezza tal-Ħajja’ (eż. integrità tad-data, sikurezza tat-titjira);



I.5B  It-teknoloġija, inkluż is-software

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.5B.001

5D101

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” tat-tagħmir speċifikat fil-I.5A.001.

I.5B.002

5E101

“Teknoloġija” skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali, għall-“iżvilupp”, “produzzjoni” jew “użu” ta' tagħmir speċifikat fil-I.5A.001 jew software speċifikat fil-I.5B.001.

I.6

SENSORS U LASERS



I.6A  Oġġetti

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.6A.001

ex 6A005.b*, ex 6A005.ċ* u ex 6A005.d*

a.:

ex 6A005.d.4

b.:

ex 6A005.b.2-4

ċ.:

ex 6A005.ċ.2

“Lasers”, minbarra dawk speċifikati f'I.0A.002.g.5. or I.0A.002.h.6, komponenti u tagħmir ottiku, kif ġej (1):

a. (1)  Eċċimeri b'impuls (XeF, XeCl, KrF) “Lasers” b il-karateristiċi kollha li ġejjin:

1.  Jaħdmu f'tul ta' mewġ bejn 240 nm u 360 nm;

2.  Rata ta' repetizzjoni ogħla minn 250 kHz; u

3.  Saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż il-500 W.

b. (1)  “Lasers” ta' fwar tar-Ram (Cu) li għandhom dawn iż-żewġ karateristiċi li ġejjin:

1.  Jaħdmu f'tul ta' mewġ bejn 500 nm u 600 nm; u

2.  Saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż l-40 W.

ċ. (1)  Alessandrit “intonabbli” fi stat solidu (CR: BeAl2O4) “lasers” li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Jaħdmu f'tul ta' mewġ bejn 720 nm u 800 nm;

2.  Faxxa ta’ frekwenza ta’ 0,005 nm jew anqas;

3.  Rata ta' ripetizzjoni li taqbeż il-125 kHz; u

4.  Saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż it-30 W.

I.6A.002

6A007.ċ

Gradjometri tal-gravità.

I.6A.003

6A102

‘Rilevaturi’ reżistenti għar-radjazzjoni ddisinjati apposta għall-protezzjoni mill-effetti nukleari (eż. impulsi elettromanjetiċi (EMP), raġġi-X, effetti flimkien ta' splużjoni u sħana) u li jistgħu jintużaw għal “missili”, iddisinjati jew previsti li jirreżistu livelli ta' radjazzjoni ugwali għal jew ogħla minn doża ta' radjazzjoni totali ta' 5 × 10 rads (silikon).

Nota Teknika:

In I.6A.003, “Rilevatur” huwa definit bħala appart mekkaniku, elettriku, ottiku jew kimiku li jiddentifika u jirreġistra awtomatikament stimulu bħalma huma bdil ambjentali ta' pressjoni jew temperatura, sinjali elettriku jew elettromanjetiku jew radjazzjoni li ġej minn materjal radjuattiv. Dan jinkludi apparat li jirrileva b'operazzjoni ta' darba jew bi ħsara.

I.6A.004

6A107

Gravimetri u komponenti għall-gravimetri u gradjometri tal-gravità, kif ġej:

a.  Gravimetri, iddisinjati jew modifikati għall-użu fl-ajru jew fil-baħar, u li għandhom preċiżjoni statika jew operattiva ta' 7 × 10–6 m/s2 (0,7 milligal) jew inqas (aħjar), u ħin ta' reġistrazzjoni valur stabbli ta' żewġ minuti jew inqas;

b.  Komponenti ddisinjati apposta għall-gravimetri speċifikati f'I.6A.004.a u gradjometri tal-gravità speċifikati f'I.6A.002.

I.6A.005

6A108

Sistemi ta’ radar u sistemi ta’ insegwiment kif ġej:

a.  Sistemi tar-radar u sistemi ta' radar bil-lasers iddisinjati speċifikament jew modifikati għall-użu fil-vetturi ta' l-illanċjar fl-ispażju speċifikati fi I.9A.001 jew rokits sonda speċifikati fi I.9A.005;

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli ta’ Oġġetti Militari għal sistemi ta’ radar u laser għal użu f’rokits u missili.

Nota: I.6A.005.a. jinkludi dan li ġej:

a.  Tagħmir li jimmarka l-kontorni ta' l-art fil-mapep;

b.  Tagħmir sensur ta' l-immaġini;

ċ.  Tagħmir għall-kartografija u l-korrelazzjoni (diġitali kif ukoll analoġika) tax-xeni;

d.  Tagħmir tar-radar għan-navigazzjoni Doppler.

b.  Sistemi ta' insegwiment bi preċiżjoni, li jistgħu jintużaw għal ‘missili’, kif ġej:

1.  Sistemi ta' insegwiment li użaw traduttur tal-kodiċi li jaħdem flimkien ma' sistemi tal-wiċċ, ta' l-ajru jew ma' sistemi satellitari tan-navigazzjoni għall-kejl fil-ħin reali tal-pożizzjoni u anki tal-veloċità matul titjira;

2.  Strumentazzjoni radar għall-kejl tad-distanza inkluż insegwituri ottiċi/infra-aħmar bil-kapaċitajiet kollha li ġejjin:

a.  Riżoluzzjoni angulari ta' aħjar minn 3 milliradjani;

b.  Medda ta' 30 km jew iktar b'riżoluzzjoni fid-distanza aħjar minn 10 m rms;

ċ.  Riżoluzzjoni tal-veloċità aħjar minn 3 m/s.

Nota Teknika:

Fil-I.6A.005.b. ‘missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.

I.6A.006

6A202

Tubi fotomultiplikaturi li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Erja ta' fotokatodu ikbar minn 20 cm2; u

b.  Ħin ta' tlugħ ta' l-impuls anodiku ta' inqas minn 1 ns.

I.6A.007

6A203

Kameras u komponenti, kif ġej:

a.  Kameras mekkaniċi b'mera li ddur, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.  Framing cameras b'rati ta' reġistrazzjoni ogħla minn 225 000 immaġini kull sekonda;

2.  Streak cameras b'veloċità ta' reġistrazzjoni ogħla minn 0,5 mm kull mikrosekonda;

Nota: F'I.6A.007.a. komponenti ta' tali kameras jinkludu l-unitajiet elettroniċi sinkronizzanti tagħhom u l-assemblaġġi rotorji li jikkonsistu f'turbini, mirja u kuxxinetti.

b.  Streak cameras elettroniċi, framing cameras elettroniċi, tubi u apparati, kif ġej:

1.  Streak cameras elettroniċi b'kapaċità ta' riżoluzzjoni tal-ħin ta' 50 ns jew inqas;

2.  Streak tubes għall-kameras speċifikati fi I.6A.007.b.1.;

3.  Framing cameras elettroniċi (jew b'shutters elettroniċi) b'kapaċità ta' ħin ta' esponiment ta' fotogramma ta' 50 ns jew inqas;

4.  Framing tubes u apparati għall-immaġini fl-istat solidu għall-użu bil-kameras speċifikati f'I.6A.007.b.3., kif ġej:

a.  Tubi intensifikaturi ta' immaġini fokalizzati għall-viċin li għandhom il-fotokatodu ddepożitat fuq kisi konduttiv trasparenti sabiex titnaqqas ir-reżistenza tal-folja tal-fotokatodu;

b.  Tubi vidikon tat-tip SIT (gate silicon intensifier target) li għandhom sistema veloċi li tippermetti l-kontroll tal-fotoelettroni mill-fotokatodu qabel ma jaħbtu mal-plakka tat-tubi SIT;

ċ.  Shutters elettro-ottiċi biċ-ċellula Kerr jew Pockels;

d.  Framing tubes u apparati għall-immaġini fl-istat solidu li għandhom ħin ta' kontroll ta' l-immaġini veloċi ta' inqas minn 50 ns ddisinjati apposta għall-kameras speċifikati f'I.6A.007.b.3.;

ċ.  Kameras tat-TV reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom, iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għal doża ta' radjazzjoni totali ogħla minn 50 × 103 Gy(silikon) (5 × 106 rad (silikon)) mingħajr degradazzjoni operattiva.

Nota Teknika:

It-terminu Gy(silikon) jirreferi għall-enerġija f'Joules kull kilogramm li tiġi assorbita minn kampjun ta' silikon mhux mgħotti meta dan ikun espost għal radjazzjoni jonizzanti.

I.6A.008

6A205

“Lasers”, amplifikaturi u oxxillaturi “laser”, għajr dawk speċifikati f'I.0A.002.g.5., I.0A.002.h.6. u I.6A.001; kif ġej:

a.  “Lasers” ta' l-argon jonizzat li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Jaħdmu f'tul ta' mewġ bejn 400 nm u 515 nm; u

2.  Qawwa medja ta' ħruġ ogħla minn 40 W;

b.  Oxxillaturi laser bl-impulsi b'modalità unika b'koloranti intonabbli li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Jaħdmu f'tul ta' mewġ bejn 300 nm u 800 nm;

2.  Qawwa medja ta' ħruġ ogħla minn 1 W;

3.  Rata ta' ripetizzjoni li taqbeż il-1 kHz; u

4.  Wisa' ta' l-impuls inqas minn 100 ns;

ċ.  Amplifikaturi u oxxillaturi laser bl-impulsi b'koloranti intonabbli, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Jaħdmu f'tul ta' mewġ bejn 300 nm u 800 nm;

2.  Qawwa medja ta' ħruġ ogħla minn 30 W;

3.  Rata ta' ripetizzjoni li taqbeż il-1 kHz; u

4.  Wisa' ta' l-impuls inqas minn 100 ns;

Nota: I.6A.008.ċ ma jikkontrollax oxxillaturi b'modalità unika;

d.  “Lasers” bl-impulsi tad-diossidu tal-karbonju li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Jaħdmu f'tul ta' mewġ bejn 9 000 nm u 11 000 nm;

2.  Rata ta' repetizzjoni ogħla minn 250 kHz;

3.  Qawwa medja ta' ħruġ ogħla minn 500 W; u

4.  Wisa' ta' l-impuls inqas minn 200 ns;

e.  Sfażaturi Raman bil-paraidroġenu ddisinjati sabiex jaħdmu fuq tul ta' mewġ tal-ħruġ ta' 16-il mikrometru u b'rata ta' repetizzjoni ogħla minn 250 kHz;

f.  “Lasers”(għajr dawk tal-ħġieġ) drogat bin-neodimju, li għandhom Wavelength tal-ħruġ li jaqbeż l-1 000 nm imma mhux iżjed minn 1 100 nm, kif ġejjin:

1.  “Lejżers Q-mibdula” eċċitati bl-impulsi, li għandhom “dewmien ta' l-impuls” ugwali jew iżjed minn 1 ns u li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a.  Ħruġ b'modalità trasversali unika b' qawwa medja tal-ħruġ ogħla minn 40 W; jew

b.  Ħruġ multimod trasversali li għandu saħħa medja li taqbeż il-50 W; jew

2.  Fihom ir-raddoppjar tal-frekwenza li jagħti tul ta' mewġ tal-ħruġ ta’ 500 nm jew aktar iżda mhux aktar minn 550 nm u b'qawwa medja tal-ħruġ ta' aktar minn 40 W.

I.6A.009

6A225

Interferometri tal-veloċità għall-kejl ta' veloċitajiet ogħla minn 1 km/s f'intervalli ta' ħin ta' inqas minn 10 mikrosekondi.

Nota: I.6A.009 jinkludi interferometri tal-veloċità bħall-VISAR (Velocity interferometer systems for any reflector) u d-DLI (Doppler laser interferometers).

I.6A.010

6A226

Sensorji tal-pressjoni, kif ġej:

a.  Strumenti tal-kejl bil-manganin għal pressjonijiet ogħla minn 10 GPa;

b.  Trasdutturi tal-pressjoni tal-kwarz għal pressjonijiet ogħla minn 10 GPa

I.6A.011

ex 6B108*

Sistemi ddisinjati apposta għall-kejl ta' l-erja ekwivalenti radar li jistgħu jintużaw għal “missili” u s-sottosistemi tagħhom.

(1)   It-testi ta’ punti a, b u ċ f'din l-entrata ma jikkorrispondux mal-punti a, b, u d tal-6A005.



I.6B  It-teknoloġija, inkluż is-software

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.6B.001

6D102

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” ta' l-oġġetti indikati f'I.6A.005.

I.6B.002

6D103

“Software” li jipproċessa data rreġistrata wara t-titjir, li jippermetti li ssir magħrufa l-pożizzjoni tal-vettura tul it-trajettorja tagħha, iddisinjat apposta jew modifikat għal ‘missili’.

Nota Teknika:

Fi I.6B.002 ‘missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.

I.6B.003

ex 6E001

“Teknolġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“użu” ta' tagħmir, materjali jew “software” speċifikati f’I.6A.001, I.6A.002.ċ, I.6A.003, I.6A.004 sa I.6A.010, I.6B.001 jew I.6B.002.

I.6B.004

ex 6E002

“Teknoloġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“produzzjoni” ta' tagħmir jew materjali speċifikati fil-I.6A.001, I.6A.002.ċ jew I.6A.003 sa I.6A.010.

I.6B.005

ex 6E101

“Teknolġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“użu” ta' tagħmir jew “software” speċifikati f’I.6A.002 sa I.6A.005, I.6A.011, I.6B.001 jew I.6B.002.

Nota: I.6B.005 jispeċifika biss “teknoloġija” għat-tagħmir speċifikat f'6A008 meta dan ikun iddisinjat għal applikazzjonjiet fl-ajru u jista' jintuza f' “missili”.

I.6B.006

ex 6E201

“Teknoloġija” skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta' tagħmir imsemmi minn I.6A.001 jew I.6A.006 sa I.6A.010.

I.7

NAVIGAZZJONI U AVJONIKA



I.7A  Oġġetti

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.7A.001

ex 7A002*

(ex 7A002.a and ex 7A002.d)

Ġiroskopju b'xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

N.B.: Ara wkoll I.7A.003.

a.  “Stabbiltà” tar-“rata tal-moviment”, meta mkejla f'ambjent ta' 1 g fuq perijodu ta' xahar, u mqabbla ma' valur fiss ta' kalibrazzjoni, ta' inqas (aħjar) minn 0,5 gradi fis-siegħa meta speċifikati sabiex jaħdmu f'livelli ta' aċċellerazzjoni lineari sa u inkluż 100 g; jew

d.  Speċifikati sabiex jaħdmu f'livelli ta' aċċellerazzjoni lineari ogħla minn 100 g.

I.7A.002

7A101, ex 7A001.a.3

Aċċellerometri kif ġej, u komponeneti ddisinjati apposta għalihom:

a.  Aċċellerometri lineari, iddisinjati għall-użu f'sistemi ta' navigazzjoni inerzjali jew f'sistemi ta' gwida ta' kull xorta, li jistgħu jintużaw f' ‘missili’, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.  “Ripetibbiltà” tal-‘polarizzazzjoni’ ta' inqas (aħjar) minn 1 250 mikro g; u

2.  “Ripetibbiltà” tal-fattur ta' skala ta' inqas (aħjar) minn 1 250 ppm;

Nota: I.7A.002.a. ma jispeċifikax aċċellerometri li huma ddisinjati u żviluppati apposta bħala Sensuri MWD (Kejl Waqt it-Tħaffir) għall-użu f'operazzjonijiet ta' tħaffir.

Noti Tekniċi:

1.  Fil-I.7A.002.a. ‘missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km;

2.  F'I.7A.002.a. l-kejl tal-“polarizzazzjoni” u l-“fattur ta' skala” jirreferi għal devjazzjoni standard ta' 1 sigma mqabbel ma' kalibrazzjoni fissa fuq perijodu ta' sena;

b.  Aċċellerometri ta' ħruġ kontinwu speċifikati sabiex jaħdmu f'livelli ta' aċċellerazzjoni ogħla minn 100 g.

I.7A.003

7A102*

Kull xorta ta' ġiroskopju, minbarra dawk speċifikati f'I.7A.001, li jistgħu jintużaw f'‘missili’, bi ‘stabbiltà’ tar-“rata tal-moviment” ta' inqas minn 0,5° (1 sigma jew rms) fis-siegħa f'ambjent ta' 1 g u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

Nota Teknika:

Fi I.7A.003 ‘missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.

I.7A.004

ex 7A103

(7A103.a, ex 7A103.b u 7A103.ċ)

Strumentazzjoni, tagħmir u sistemi ta' navigazzjoni kif ġej; u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.*  Tagħmir inerzjali jew tagħmir ieħor li juża l-aċċellerometri speċifikati f'I.7A.002 jew il-ġiroskopji speċifikati f'7A002 jew I.7A.003 u s-sistemi li jinkorporaw tagħmir bħal dan;

b.*  Sistemi ta' strumenti għat-titjir integrati li jinkludu ġirostabbilizzaturi jew piloti awtomatiċi, iddisinjati jew modifikati għall-użu f' “missili”;

ċ.  ‘Sistemi ta' navigazzjoni integrati’, iddisinjati jew modifikati għal ‘missili’ u kapaċi jipprovdu preċiżjoni navigattiva ta' 200m Ċirku ta' Probabbiltà Ugwali (CEP) jew inqas.

Noti Tekniċi:

1.  ‘Sistema ta' navigazzjoni integrata’ tipikament tinkorpora l-komponenti li ġejjin:

a.  Apparat ta' kejl inerzjali (eż., sistema ta' referenza ta' l-attitudni u tad-direzzjoni, unità ta' referenza inerzjali, jew sistema ta' navigazzjoni inerzjali);

b.  Sensur estern wieħed jew aktar użati sabiex jaġġornaw il-pożizzjoni u/jew il-veloċità, perjodikament jew kontinwament matul it-titjira (eż., riċevitur tan-navigazzjoni bis-satellita, altimetru tar-radar, u/jew radar Doppler); u

ċ.  Hardware u software ta' integrazzjoni.

2.  Fil-I.7A.004.ċ. ‘missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vettura ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.

I.7A.005

7A104

Boxxli ġiro-astrali, u apparat ieħor li jikkalkula l-pożizzjoni jew l-orjentazzjoni billi jsegwu awtomatikament korpi ċelesti jew satelliti u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

I.7A.006

7A105

Tagħmir li jirċievi għal Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS; eż. GPS GLONASS, jew Galileo), li għandu xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

a.  Iddisinjat jew modifikat għall-użu f'vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'I.9A.001, vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ speċifikati f'I.9A.003 jew rokits sonda speċifikati f'I.9A.005; jew

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli ta’ Oġġetti Militari għal tagħmir riċevitur għal rokits u missili

b.  Iddisinjat jew modifikat għal applikazzjonijiet fl-ajru u li għandu xi wieħed minn dan li ġej:

1.  Kapaċi jipprovdi informazzjoni navigattiva f'veloċitajiet ogħla minn 600 m/s;

2.  L-użu ta' decryption, iddisinjat jew immodifikat għas-servizzi militari jew governattivi, sabiex jiġi akkwistat l-aċċess għall-sinjali/data protetta bil-GNSS; jew

3.  Iddisinjat apposta sabiex juża funzjonijiet kontra l-imblukkar elettroniku (eż. antenna awto-adattiva jew antenna orjentabbli elettronikament) sabiex jiffunzjona f'ambjent ta' kontromiżuri attivi jew passivi.

Nota: I.7A.006.b.2 u I.7A.006.b.3. ma jipprojbixxux tagħmir iddisinjat għal servizzi GNSS kummerċjali, ċivili jew tas-‘Sigurtà tal-Ħajja’ (e.ż., integrità tad-data, sigurta tat-titjir)

I.7A.007

7A106

Altimetri tax-xorta tar-radar jew radar tal-laser, iddisinjati jew modifikati għall-użu f'vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'I.9A.001 jew rokits sonda speċifikati f'I.9A.005.

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli ta’ Oġġetti Militari għal altimetri għal rokits u missili

I.7A.008

7A115

Sensuri passivi sabiex jiddeterminaw l-orjentazzjoni ma' sors elettromanjetiku speċifiku (tagħmir sabiex tinstab id-direzzjoni) jew mal-karatteristiċi tat-terren, iddisinjati jew modifikati għall-użu f'vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'I.9A.001 jew rokits sonda speċifikati f'I.9A.005.

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli ta’ Oġġetti Militari għal sensuri passivi għal rokits u missili

Nota: I.7A.008 tinkludi sensuri għat-tagħmirli ġej:

a.  Tagħmir li jimmarka l-kontorni ta' l-art fil-mapep;

b.  Tagħmir sensur ta' l-immaġini (attiv kif ukoll passiv);

ċ.  Tagħmir passiv ta' l-interferometrija.

I.7A.009

7A116

Sistemi ta' kontroll tat-titjir u servovalvijiet, kif ġej; iddisinjati u mmodifikati għall-użu f'vetturi ta' l-ispazju speċifikati fil-I.9A.001 jew rokits sonda speċifikati fil-I.9A.005.

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli ta’ Oġġetti Militari għal sistemi ta’ kontroll tat-titjir u servovalvijiet għal użu f’rokits u missili.

a.  Sistemi ta' kontroll tat-titjir idrawliċi, mekkaniċi, elettro-ottiċi, jew elettromekkaniċi (inluż tat-tip elettriku);

b.  Tagħmir għall-kontroll ta' l-attitudni;

ċ.  Servovalvijiet għall-kontroll tat-titjir iddisinjati jew modifikati għas-sistemi speċifikati f'I.7A.009.a. jew I.7A.009.b., u ddisinjati jew modifikati sabiex jaħdmu f'ambjent ta' vibrazzjoni ta' aktar minn 10 g rms bejn 20 Hz u 2 kHz.

I.7A.010

7A117

3,33 % jew inqas tal-medda (eż. “CEP” ta' 10 km jew inqas fuq medda ta' 300 km).

I.7A.011

7B001

Tagħmir għall-ittestjar, il-kalibrazzjoni jew l-allinjament iddisinjat apposta għat-tagħmir speċifikat minn I.7A.001 sa I.7A.010

I.7A.012

7B002

Tagħmir, kif ġej, iddisinjat apposta sabiex jikkaratterizza l-mirja għal ġiroskopji “laser” biċ-ċrieki:

N.B.: Ara wkoll I.7A.014.

a.  Diffużometri li għandhom preċiżjoni fil-kejl ta' 10 ppm jew anqas (aħjar);

b.  Profilometri li għandhom preċiżjoni fil-kejl ta' 0.5 nm (5 angstrom) jew anqas (aħjar).

I.7A.013

7B003*

Tagħmir iddisinjat apposta għall-“produzzjoni” ta' tagħmir speċifikat bejn I.7A.001 u I.7A.010.

Nota: I.7A.013 jinkludi:

a.  Stazzjonijet ta' l-ittestjar għall-aġġustament tal-ġiroskopji;

b.  Stazzjonijiet għall-ibbilanċjar dinamiku tal-ġiroskopji;

ċ.  Stazzjonijiet ta' l-ittestjar għar-running-in tal-muturi tal-ġiroskopji;

d.  Stazzjonijiet għall-iżvujtar u l-mili tal-ġiroskopji;

e.  Muntaġġi ta' ċentrifugazzjoni għal kuxxinetti tal-ġiroskopji;

f.  Stazzjonijiet għall-allinjament ta' l-assi ta' l-aċċellerometri.

g.  (riżervat)

h.  Stazzjonijiet ta’ ttestjar ta’ l-aċċilometri;

i.  Testijiet tal-moduli tat-tagħmir tal-kejl inerzjali (IMU);

j.  Testijiet tal-pjattaforma tat-tagħmir tal-kejl inerzjali (IMU);

k.  Muntaġġi tat-trattament ta’ element stabbli tat-tagħmir tal-kejl inerzjali (IMU);

l.  Muntaġġ tal-bilanċ tal-pjattaforma tat-tagħmir tal-kejl inerzjali (IMU);

I.7A.014

7B102

Riflettometri ddisinjati b'mod speċjali sabiex jikkaraterizzaw il-mirjiet, għall-giroskopi tal-“laser”, li jkollu eżatezza fil-kejl ta' 50 ppm jew anqas (aħjar).

I.7A.015

7B103

“Faċilitajiet tal-produzzjoni” u “tagħmir tal-produzzjoni” kif ġej:

a.  “Faċilitajiet għall-Produzzjoni” iddisinjati b'mod speċjali għat-tagħmir speċifikat fil-I.7A.010;

b.  “Tagħmir għall-produzzjoni”, u tagħmir ieħor għall-ittestjar, ikkalibrar u allinejar, għajr dak speċifikat bejn I.7A.011 u I.7A.013, iddisinjat jew immodifikat sabiex jiġi użat ma' tagħmir speċifikat bejn I.7A.001 u I.7A.010..



I.7B  It-teknoloġija, inkluż is-software

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.7B.001

ex 7D101

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” ta' l-oġġetti indikati f'I.7A.001 sa I.7A.008, I.7A.009.a., I.7A.009.b. jew I.7A.011 sa I.7A.015.

I.7B.002

7D102

“Software” ta' integrazzjoni kif ġej:

a.  “Software” ta' integrazzjoni għat-tagħmir speċifikat fil-I.7A.004.b.;

b.  “Software” ta' integrazzjoni iddisinjat apposta għat-tagħmir speċifikat fil-I.7A.004.a.

ċ.  “Software” ta' integrazzjoni, iddisinjat jew immodifikat għat-tagħmir speċifikat fil-I.7A.004.ċ.

Nota: Forma komuni ta' “software” ta' integrazzjoni tuża l-filtraġġ Kalman.

I.7B.003

7D103

“Software” iddisinjat apposta għat-tiswir jew simulazzjoni ta' “settijiet ta' gwida” speċifikati fil-I.7A.010 jew għall-integrazzjoni tad-disinn tagħhom, fil-vetturi ta' l-ispazju speċifikati fil-I.9A.001, jew rokits sonda speċifikati fil-I.9A.005.

Nota: “Software” speċifikat f'I.7B.003 jibqa' pprojbit meta jkun flimkien ma' hardware iddisinjat apposta speċifikat f'I.4A.003.

I.7B.004

ex 7E001

“Teknolġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“iżvilupp” ta' tagħmir jew “software” speċifikati f’I.7A.001 sa I.7A.015, jew f’I.7B.001 sa I.7B.003.

I.7B.005

ex 7E002

“Teknoloġija” skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“produzzjoni” tat-tagħmir speċifikat f’I.7A.001 sa I.7A.015:

I.7B.006

7E101

“Teknoloġija” skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” tat-tagħmir speċifikat f’I.7A.001 sa I.7A.015 jew I.7B.001 sa I.7B.003.

I.7B.007

7E102

“Teknoloġija” għall-protezzjoni ta' sottosistemi avjoniċi u elettriċi kontra l-periklu minn impulsi elettromanjetiċi (EMP) u interferenza elettromanjetika (EMI), minn sorsi esterni, kif ġej:

a.  “Teknoloġija” għad-disinn ta' sistemi ta' lqugħ;

b.  “Teknoloġija” għad-disinn tal-konfigurazzjoni ta' ċirkwiti u sottosistemi elettriċi reżistenti għar-radjazzjoni;

ċ.  “teknoloġija” disinn għad-determinazzjoni tal-kriterji ta' l-ebusija tal-I.7B.007.a. u I.7B.007.b

I.7B.008

7E104

“Teknoloġija” għall-integrazzjoni tad-data tal-kontroll tat-titjir, il-gwida, u l-propulsjoni f'sistema ta' ġestjoni tat-titjir għall-ottimizzazzjoni ta' trajettorja ta' sistema rokit.

I.9

AEROSPAZJU U PROPULSJONI



I.9A  Oġġetti

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.9A.001

ex 9A004

Vetturi tal-varar fl-ispazju

N.B.: Ara wkoll I.9A.005. Għar-rokits u l-missili ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota: I.9A.001 ma jipprojbixxixit-tagħbijiet li jinġarru.

I.9A.002

9A011

Magni awtoreatturi, awtoreatturi supersoniċi jew dawk b'ċiklu kkombinat u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

N.B.: Ara wkoll I.9A.012 u I.9A.016.

I.9A.003

ex 9A012.a

“Vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ” (“UAVs”), sistemi, tagħmir u komponenti assoċjati magħhom kif ġej:

a.*  “UAVs” li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1.*  Għandhom dan kollu li ġej:

a.  Għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1.  Kapacità awtonoma tal-kontroll tat-titjir u tan-navigazzjoni (eż., awtopilota b'Sistema ta' Navigazzjoni Inerzjali); jew

2.  Kapaċità ta' titjir ikkontrollat barra mill-medda tal-vista diretta li tinvolvi operatur uman (eż., kontroll remot televiżwali). u

b.  Għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1.  Li jinkorporaw sistema/mekkaniżmu li jippropagaw l-erosol b’kapaċità akbar minn 20 litru; jew

2.  Iddisinjati jew modifikat biex jinkorporaw sistema/mekkaniżmu li jippropagaw l-erosol b’kapaċità akbar minn 20 litru; jew

2.  Kapaċi li jilħqu tagħbijiet li jinġarru ta' mill-inqas 300 km.

Noti tekniċi:

1.  Erosol jikkonsisti f’materjal partikolat jew likwidu għajr komponenti ta’ fjuwil, minn prodotti u additivi, bħala parti mit-tagħbijiet li jinġarru li jiġu rilaxxati fl-atmosfera. Eżempji ta’ erosol jinkludu pestiċidi għat-traxxix ta’ pestiċidi fuq l-uċuħ tar-raba’ u kimiki nexfin għall-kondensazzjoni tas-sħab.

2.  Sistema/mekkaniżmu li jippropaga l-erosol jinkludi dawk l-apparati (mekkaniċi, elettriċi, idrawliċi, eċċ.), li huma meħtieġa għall-ħżin u r-rilaxx ta’ l-erosol fl-atmosfera. Dan jinkludi l-possibbiltà li injezzjoni ta’ erosol fil-fwar ta’ l-egżost ta’ kombustjoni u fil-fluss ta’ kuntatt ta’ iskrun.

I.9A.004

9A101

Magni turboġet u turbofan (inklużi magni turbokompożiti), kif ġej:

a.  Magni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Valur massimu ta' spinta ogħla minn 400 N (li jintlaħaq bil-magna mhux installata) eskluż magni ċċertifikati bħala ċivili b'valur massimu ta' spinta ogħla minn 8 890 N (li jintlaħaq bil-magna mhux installata), u

2.  Konsum speċifiku ta' karburant ta' 0,15 kg/N/hr jew inqas (b'qawwa massima kontinwa fil-livell tal-baħar f'kondizzjonijiet statiċi u standard);

b.  Magni ddisinjati jew modifikati għall-użu f' “missili”.

I.9A.005

9A104

Rokits sonda, li kapaċi jilħqu distanza ta' mill-inqas 300 km.

N.B.: Ara wkoll I.9A.001. Għar-rokits u l-missili ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

I.9A.006

9A105

Magni rokit bi propellant likwidu, kif ġej:

N.B.: Ara wkoll I.9A.017.

a.  Magni rokit bi propellant likwidu li jistgħu jintużaw f' “missili”, li għandhom kapaċità totali ta' l-impuls ta' 1,1 MNs jew ogħla;

b.  Magni rokit bi propellant likwidu, li jistgħu jintużaw f'sistemi rokit kompluti jew f'vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ, li kapaċi jilħqu distanza ta' 300 km, minbarra dawk speċifikati f'I.9A.006.a., u li għandhom kapaċità ta' impuls totali ta' 0,841 MNs jew ogħla.

I.9A.007

9A106

Sistemi jew komponenti, kif ġej, iddisinjati b'mod speċjali għal sistemi ta' propulsjoni tar-rokits bil-propellant likwidu:

a.  Inforor ablattivi għal kmamar ta' l-ispinta jew tal-kombustjoni;

b.  Żennuni rokit;

ċ.  Sotto-sistemi għall-kontroll ta' l-ispinta tal-vettorjali;

Nota Teknika:

Eżempji ta' metodi sabiex jinkiseb il-kontroll tal-vettur ta' l-ispinta speċifikat f'I.9A.007.ċ. huma:

1.  Żennuna flessibbli;

2.  Injezzjoni ta' fluwidu jew ta' gass sekondarju;

3.  Magna jew żennuna li tista' tiċċaqlaq;

4.  Devjazzjoni tal-ħruġ tal-gass ta' l-egżost (sondi jew paletti tal-ġett); jew

5.  Aletti korrettivi ta' l-ispinta.

d.  Sistemi ta' kontroll għal propellant likwidu u f'suspensjoni (inkluż ossidanti), u komponenti ddisinjati apposta għalihom, iddisinjati jew modifikati sabiex jaħdmu f'ambjenti ta' vibrazzjoni ta' aktar minn 10 g rms bejn 20 Hz u 2 kHz.

Nota: L-uniċi servovalvijiet u pompi speċifikati f’I.9A.007.d., huma dawn li ġejjin:

a.  Servovalvijiet iddisinjati għal rati ta' fluss ta' 24 litru kull minuta jew ogħla, fi pressjoni assoluta ta' 7 MPa jew ogħla, li għandhom ħin ta' rispons ta' l-attwatur ta' inqas minn 100 ms;

b.  Pompi, għal propellanti likwidi, b'veloċità tax-xaft ta' 8 000 r.p.m. jew ogħla jew bi pressjoni tal-ħruġ ta' 7 MPa jew ogħla.

I.9A.008

9A107 u ex 9A007.a

Magni rokit bi propellant solidu, li jistgħu jintużaw f'sistemi rokit kompluti jew f'vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ, li kapaċi jilħqu distanza ta' 300 km, u li għandhom kapaċità ta' impuls totali ta' 0,841 MNs jew ogħla.

N.B.: Ara wkoll I.9A.017.

I.9A.009

9A108

Komponenti jintużaw f’“missili”, kif ġej, iddisinjati apposta għal sistemi ta' propulsjoni ta' rokit bi propellant solidu:

a.  Korpi ta' konteniment ta' muturi rokit u komponenti ta' “iżolazzjoni” għalihom;

b.  Żennuni rokit;

ċ.  Sotto-sistemi għall-kontroll ta' l-ispinta vettorjali.

Nota Teknika:

Eżempji ta' metodi sabiex jinkiseb il-kontroll tal-vettur ta' l-ispinta speċifikat f'I.9A.009.ċ. huma:

1.  Żennuna flessibbli;

2.  Injezzjoni ta' fluwidu jew ta' gass sekondarju;

3.  Magna jew żennuna li tista' tiċċaqlaq;

4.  Devjazzjoni tal-ħruġ tal-gass ta' l-egżost (sondi jew paletti tal-ġett); jew

5.  Aletti korrettivi ta' l-ispinta.

I.9A.010

9A109

Muturi rokit ibridi, li jistgħu jintużaw f' ‘missili’, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

N.B.: Ara wkoll I.9A.017.

Nota Teknika:

Fi I.9A.010 ‘missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.

I.9A.011

9A110

Strutturi kompożiti, laminati u prodotti maħdumin minnhom, iddisinjati apposta għall-użu fil-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'I.9A.001 jew fir-rokits sonda speċifikati f'I.9A.005 jew is-sottosistemi speċifikati f’I.9A.006.a., I.9A.007 sa I.9A.009, I.9A.014 kew I.9A.017.

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli ta’ Oġġetti Militari għal strutturi kompożiti, laminati u manifatturi tagħhom għal rokits u missili.

I.9A.012

ex 9A111*

Magni pulso-reatturi, li jistgħu jintużaw f' “missili”, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

N.B.: Ara wkoll I.9A.002 u I.9A.016.

I.9A.013

9A115

Tagħmir ta' sostenn għall-varar kif ġej:

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għal tagħmir ta’ għajnuna fil-varar għal rokits u missili

a.  Tagħmir u apparat għall-maniġġar, kontroll, attivazzjoni jew varar, iddisinjat jew modifikat għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'I.9A.001, il-vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f'I.9A.003 jew ir-rokits sonda speċifikati f'I.9A.005;

b.  Vetturi għat-trasport, maniġġar, kontroll, attivazzjoni jew varar, iddisinjati jew modifikati għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'I.9A.001 jew ir-rokits sonda speċifikati f'I.9A.005.

I.9A.014

9A116

Vetturi tad-dħul lura, li jistgħu jintużaw f' “missili”, u tagħmir iddisinjat jew modifikat għalihom, kif ġej:

a.  Vetturi tad-dħul lura;

b.  Tarki tas-sħana u komponenti għalihom magħmulin miċ-ċeramika jew minn materjali ablattivi;

ċ.  Korpi sabiex jixorbu s-sħana u komponenti għalihom magħmulin minn materjali ħfief ta' kapaċità termika għolja;

d.  Tagħmir elettroniku ddisinjat apposta għall-vetturi tad-dħul lura.

I.9A.015

9A117

Mekkaniżmi ta' separazzjoni fi stadji, mekkaniżmi ta' separazzjoni, u stadji intermedji, li jistgħu jintużaw f' “missili”.

I.9A.016

ex 9A118*

Apparat sabiex jirregola l-kombustjoni li jista' jintuża fil-magni, li jistgħu jintużaw fil-“missili” speċifikati f'in I.9A.002 jew I.9A.012.

I.9A.017

9A119

Stadji individwali ta' rokit, li jistgħu jintużaw f'sistemi rokit kompluti jew vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ, li kapaċi jilħqu medda ta' 300 km, minbarra dawk speċifikati f'I.9A.006, I.9A.008 u I.9A.010.

I.9A.018

9A120

Tankijiet ta' propellant likwidu ddisinjati speċifikament f’I.1A.029 jew ‘propellanti likwidi oħrajn’, użati f'sistemi rokit li kapaċi jġorru tagħbija ta' mill-inqas 500 kg għal medda ta' mill-inqas 300 km.

Nota: F'I.9A.018 ‘propellanti likwidi oħrajn’ tinkludi, iżda mhix limitata għal, propellanti speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

I.9A.019

9A350.a

Sistemi ta' bexx jew ħolqien ta' ċpar, iddisinjati apposta jew modifikati għall-immuntar fuq inġenji ta' l-ajru, “vetturi eħfef mill-arja” jew vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ, u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

a.  inizjali ta' ‘VMD’ inqas minn 50 μm b'rata ta' fluss ogħla minn żewġ litri fil-minuta; b

Nota: ma jipprojbixxix sistemi u komponenti ta' bexx jew ta' ħolqien ta' ċpar li jintwerew li m'humiex kapaċi jxerrdu aġenti bijoloġiċi fis-sura ta' erosol infettiv.

Noti Tekniċi:

1.  Id-daqs tat-taqtir għaż-żennuni jew it-tagħmir tal-bexx iddisinjat apposta għall-użu fuq inġenji ta' ajru, “vetturi eħfef mill-arja” jew vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ għandu jitkejjel bl-użu ta' wieħed minn dan li ġej:

a.  metodu laser Doppler;

b.  metodu ta' diffrazzjoni b'laser frontali.

2.  F'I.9A.019 VMD' tfisser Dijametru Medjan Volumetriku u għas-sistemi bbażati fuq l-ilma dan hu ugwali għad-Dijametru Medjan tal-Massa (MMD).

I.9A.020

ex 9B105*

Mini tar-riħ għall-veloċitajiet ta' Mach 0,9 jew aktar, li jistgħu jintużaw għall-“missili” u s-sottosistemi tagħhom.

I.9A.021

9B106

Kmamar ambjentali u kmamar anekoiċi, kif ġej:

a.  Kmamar ambjentali li kapaċi jissimulaw il-kondizzjonijiet tat-titjir li ġejjin:

1.  Ambjenti ta' vibrazzjoni ta' 10 g rms jew ogħla, imkejlin b' ‘mejda vojta’, bejn 20 Hz u 2 kHz li jagħmlu forzi ta' 5 kN jew ogħla; u

2.  Altitudni ta' 15 km jew ogħla; jew

3.  Firxa ta' temperaturi ta' mill-inqas 223 K (– 50 °C) sa 398 K (+ 125 °C);

Noti Tekniċi:

1.  I9A.021.a. jiddeskrivi sistemi li kapaċi jiġġeneraw ambjent ta' vibrazzjoni b'mewġa unika (eż., mewġa sinusojdali) u sistemi li kapaċi jiġġeneraw vibrazzjoni każwali ta' medda wiesgħa (jiġifieri, spettru ta' qawwa);

2.  F’I.9A.021.a.1. ‘mejda vojta’ tfisser mejda ċatta, jew wiċċ mingħajr muntaġġi jew tagħmir imwaħħal.

b.  Kmamar ambjentali li kapaċi jissimulaw il-kondizzjonijiet tat-titjir li ġejjin:

1.  Ambjenti akustiċi b'livell ta' ħoss totali ta' 140 dB jew aktar (referenzat għal 20 μPa) jew bi produzzjoni ta' qawwa akustika nominali totali ta' 4 kW jew aktar; u

2.  Altitudni ta' 15 km jew ogħla; jew

3.  Firxa ta' temperaturi ta' mill-inqas 223 K (– 50 °C) sa 398 K(+ 125 °C).

I.9A.022

ex 9B115

“Tagħmir ta' produzzjoni” ddisinjat apposta għas-sistemi, sotto-sistemi u komponenti speċifikati f’I.9A.002, I.9A.004, I.9A.006 sa I.9A.010, I.9A.012, I.9A.014 sa I.9A.017

I.9A.023

ex 9B116

“Tagħmir ta' produzzjoni” ddisinjat apposta vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati I.9A.001, jew sistemi u komponenti speċifikati f’I.9A.002, I.9A.004, I.9A.005 to I.9A.010, I.9A.012, jew9A.014 sa.9A.017.

N.B.: Ara wkoll il-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għal “faċilitajiet ta’ produzzjoni” għal rokits u missili

I.9A.024

ex 9B117*

Bankijiet u postazzjonijiet ta' l-ittestjar għal rokits jew muturi rokit bi propellant solidu jew likwidu, li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a.*  Jifilħu għal spinta ogħla minn 90 kN; jew

b.  Kapaċi jkejlu fl-istess ħin it-tliet komponenti assjali ta' spinta.

I.9A.025

9C108

Materjal ta' “iżolazzjoni” fi kwantità u “kisi intern”, għal korpi ta' konteniment ta' muturi rokit li jistgħu jintużaw f' “missili” jew iddisinjati apposta għal ‘missili’.

Nota Teknika:

Fi I.9A.025 ‘missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.

I.9A.026

9C110

Pre-impregnati bil-fibri impregnati bir-reżina u pre-formati bil-fibri miksijin bil-metall għalihom, għal strutturi kompożiti, laminati u prodotti maħdumin minnhom speċifikati f'9A110, magħmulin b'matriċi organika jew b'matriċi metallika li jużaw rinforzi fibrużi jew bil-filamenti li għandhom “reżistenza għat-tensjoni speċifika” ogħla minn 7,62 × 104 m u “modulus speċifiku” ogħla minn 3,18 × 106 m.

N.B.: Ara wkoll I.1A.024 u I.1A.034.

Nota: L-uniċi pre-impregnati bil-fibri impregnati bir-reżina speċifikati f'9C110 huma dawk li jużaw reżini b'temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg), wara t-trattament, ogħla minn 418 K (145 °C) kif determinat mill-ASTM D4065 jew l-ekwivalenti.



I.9B  It-teknoloġija, inkluż is-software

Nru

Oġġett(i) rilevanti mill-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

Deskrizzjoni

I.9B.001

ex 9D001

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“iżvilupp” ta' tagħmir jew “teknoloġija” indikati f'I.9A.002, I.9A.009, I.9A.012, I.9A.015 jew I.9A.016.

I.9B.002

9D101

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” ta' l-oġġetti indikati f'I.9A.020, I.9A.021, I.9A.023 jew I.9A.024.

I.9B.003

9D103

“Software” iddisinjat apposta għall-immudellar, is-simulazzjoni jew l-integrazzjoni tad-disinn tal-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104, jew is-sottosistemi speċifikati f'I.9A.006.a., I.9A.007, I.9A.009, I.9A.014 jew I.9A.017.

Nota: “Software” speċifikat f'I.9B.003 jibqa' pprojbit meta jkun flimkien ma' hardware iddisinjat apposta speċifikat f'I.4A.003.

I.9B.004

ex 9D104

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” ta' ►C1  oġġetti speċifikati f’I.9A.002 ◄ , I.9A.004, I.9A.006, I.9A.007.ċ., I.9A.007.d., I.9A.008, I.9A.009.ċ., I.9A.010, I.9A.012, I.9A.013.a., I.9A.014.d., I.9A.015 jew I.9A.016.

I.9B.005

9D105

“Software” li jikkoordina l-funzjoni ta' aktar minn sottosistema waħda, iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” fil-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'I.9A.005.

I.9B.006

ex 9E001

Teknolġija skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-iżvilupp ta' tagħmir jew software speċifikati f’I.9A.001, I.9A.003, I.9A.021 sa I.9A.024, jew I.9B.002 sa I.9B.005.

I.9B.007

ex 9E002

“Teknoloġija” skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“produzzjoni” tat-tagħmir speċifikat f’I.9A.001, I.9A.003 jew I.9A.021 sa I.9A.024.

I.9B.008

9E101

“Teknoloġija” skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali għall-“iżviluppar” jew “produzzjoni” ta’ oġġetti speċifikati f’I.9A.004 sa I.9A.017.

I.9B.009

ex 9E102

“Teknolġija” skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-“użu” ta' vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’I.9A.001, jew l-oġġetti speċifikati f’I.9A.002, I.9A.004 sa I.9A.017, I.9A.020 sa I.9A.024, I.9B.002 sa I.9B.003.




ANNESS II

Il-websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, 10 u 15, u l-indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

IL-GREĊJA

http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/

SPANJA

www.mae.es/es/Menuppal/Asuntos/Sanciones+Internacionales

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-IRLANDA,

www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities

L-ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

L-OLANDA

http://www.minbuza.nl/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-IŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

DĠ Relazzjonijiet Esterni

Direttorat A Pjattaforma ta’ Kriżi – Koordinazzjoni tal-Politika fir-rigward tal-Politika Barranija u Sigurtà Komuni

Unità A2 Reazzjoni għall-Kriżi u l-Bini tal-Paċi

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussels (Belgium)

E-mail relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel. (32-2) 295 55 85

Faks (32-2) 299 08 73

▼B




ANNESS III

Oġġetti ta' lussu msemmija fl-Artikolu 4

1. Żwiemel ta' razza pura

2. Kavjar u sostituti tal-kavjar

3. Tartuf u preparazzjonijiet tiegħu

4. Inbejjed ta' kwalità għolja (inklużi l-inbejjed spumanti), spirti u xorb li fih l-alkoħol

5. Sigarri u sigarri żgħar ta' kwalità għolja

6. Fwejjaħ ta' lussu, u kosmetiċi, iklużi prodotti tas-sbuħija u make-up

7. Ġilda ta' kwalità għolja, sruġ u oġġetti ta' l-ivjaġġar, basktijiet tan-nisa u oġġetti simili

8. Ħwejjeġ ta' kwalità għolja, aċċessorji ta’ l-ilbies u żraben (mingħajr ma jittieħed kont tal-materjal tagħhom)

9. Twapet magħmula bl-għoqiedi bl-idejn, kutri minsuġa bl-idejn u tapezzeriji

10. Perli, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, artikoli ta' perli, ġojjellerija, oġġetti ta’ ħaddiema tad-deheb jew ħaddiema tal-fidda

11. Muniti u noti bankarji, mhux valuta legali

12. Pożati ta' metall prezjuż jew maħsulin fi jew miksijin b'metall prezjuż

13. Oġġetti tal-mejda ta' kwalità għolja tal-porċellana, tal-kina, taċ-ċeramika jew ċaqquf jew oġġetti tal-fuħħar fini

14. Kristallerija ta' kwalità għolja

15. Oġġetti elettroniċi ta' kwalità għolja għall-użu domestiku

16. Apparat elettriku/elettroniku jew ottiku ta' kwalità għolja għar-reġistrazzjoni u riproduzzjoni tal-ħoss u immaġni

17. Vetturi ta' lussu għat-trasport ta' persuni fuq l-art, fl-ajru jew fuq il-baħar, kif ukoll l-aċċessorji u spare parts tagħhom

18. Arloġġi u arloġġi ta’ l-idejn u partijiet tagħhom

19. Strumenti mużikali ta' kwalità għolja

20. Xogħlijiet ta’ arti, bċejjeċ tal-kolletturi u antikitajiet

21. Oġġetti u tagħmir għall-iski, il-golf, l-għadds u sports ta' l-ilma

22. Oġġetti u tagħmir għall-biljard, bowling awtomatiku, logħob tal-casino u logħob imħaddem b'muniti jew noti bankarji

▼M2




ANNESS IV

Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6

A.  Persuni naturali,

(a)  Han Yu-ro. Funzjoni: Direttur ta’ Korea Ryongaksan General Trading Corporation. Tagħrif ieħor: involut fil-programm tal-missili ballistiċi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

(b)  Hwang Sok-hwa. Funzjoni: Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE). Tagħrif ieħor: involut fil-programm nukleari tar-Repubblica Demokratica tal-Poplu tal-Korea bħala kap tas-Scientific Guidance Bureau del GBAE; ifforma parti mill-Kumitat għax-Xjenza fi ħdan l-Istitut Konġunt għar-riċerka nukleari.

(ċ)  Ri Hong-sop. Is-sena tat-twelid: 1940. Funzjoni: Eks Direttur, Yongbyon Nuclear Research Centre. Tagħrif ieħor: kien responsabbli mis-superviżjoni ta’ tliet faċilitajiet ewlenin li assistew fil-produzzjoni tal-plutonju tajjeb għall-armi: il-Faċilità li Timmanifattura l-Karburant, ir-Reattur Nukleari, u l-Impjant tar-Ritrattament.

(d)  Ri Je-son (alias Ri Che-son. Is-sena tat-twelid: 1938. Funzjoni: Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE), agenzija prinċipali li tmexxi l-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Tagħrif ieħor: jiffaċilita bosta provi nukleari, li tinkludi l-ġestjoni ta’ parti mill-GBAE taċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon u tan-Namchongang Trading Corporation

(e)  Yun Ho-jin (alias Yun Ho-chin). Data tat-twelid: 13.10.1944. Funzjoni: Direttur ta’ Namchongang Trading Corporation. Tagħrif ieħor: responsabbli mis-superviżjoni tal-importazzjoni tal-oġġetti meħtieġa għall-programm tal-arrikkiment tal-uranju.

B.  Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi:

(1)  Korea Mining Development Trading Corporation (magħrufa wkoll bħala (a.k.a.) (a) CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; (b). EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; (c) DPRKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; (d) “KOMID”). L-indirizz; Central District, Pyongyang, DPRK. Tagħrif ieħor: Negozjant tal-armi primarju u esportatur prinċipali ta’ oġġetti u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

(2)  Korea Ryonbong General Corporation (a.k.a. (a) KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION; (b) LYONGAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION). Indirizz: Pot’onggang District, Pyongyang, DPRK; Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK. Tagħrif ieħor: Konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tad-DPRK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

(3)  Tanchon Commercial Bank (a.k.a. (a) CHANGGWANG CREDIT BANK; (b) KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK). Indirizz: Saemul 1-Dong Pyongchon District, Pyongyang, DPRK. Tagħrif ieħor: L-entità finanzjarja prinċipali tad-DPRK entità finanzjarja għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

▼M3

(a) General Bureau of Atomic Energy (GBAE) (alias General Department of Atomic Energy (GDAE)) Indirizz: Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Tagħrif ieħor: Il-GBAE hija responsabbli mill-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, li jinkludi ċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon u r-reattur tiegħu għar-riċerka tal-produzzjoni tal-plutonju 5 MWe (25 MWt), kif ukoll il-faċilitajiet tiegħu għal manifattura u r-ritrattament tal-karburant. Il-GBAE kellha laqgħat u taħdidiet b’rabta mal-qasam nukleari mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika. Il-GBAE hija l-aġenzija primarja tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea responsabbli mis-superviżjoni tal-programmi nukleari, inkluż it-tħaddim taċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon.

(b) Hong Kong Electronics (alias Hong Kong Electronics Kish Co.). Indirizz: Sanaee St., Kish Island, Iran. Tagħrif ieħor: (a) proprjetà ta’ jew ikkontrollat minn, jew taġixxi jew tagħti x’jifhem li taġixxi f’isem it-Tanchon Commercial Bank and KOMID; (b) Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta’ dollari ta’ fondi relatati mal-proliferazzjoni f’isem it-Tanchon Commercial Bank u l-KOMID (it-tnejn li huma maħtura mill-Kumitat għas-Sanzjonijiet tan-NU f’April 2009) mill-2007. Hong Kong Electronics iffaċilitat il-moviment tal-flus mill-Iran għar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea f’isem il-KOMID.

(ċ) Korea Hyoksin Trading Corporation (alias Korea Hyoksin Export And Import Corporation). Indirizz: (e) Rakwon-dong, Pyongchen District, Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Tagħrif ieħor: (a) tinsab fi Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. (b) kumpanija tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea li hija subordinata għal Korea Ryonbong General Corporation (maħtura mill-Komitat għas-Sanzjonijiet tan-NU f’April 2009) hu hija involuta fl-iżvilupp tal-armi għall-qerda massiva.

(d) Korean Tangun Trading Corporation. Tagħrif ieħor: (a) tinsab fi Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. (b) Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata għat-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea hu hija primarjament responsabbli mill-akkwist tal-materja prima u t-teknoloġija biex issostni l-programmi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ta’ riċerka u żvilupp tad-difiża, inklużi, imma mhux limitati, għall-armi tal-qerda massiva u programmi ta’ sistemi ta’ twassil u l-akkwist, inkluż ta’ materjal li hu kkontrollat jew ipprojbit taħt ir-reġimi multilaterali ta’ kontroll.

(e) Namchongang Trading Corporation (alias (a) NCG, (b) Namchongang Trading, (c) Nam Chon Gang Corporation, (d) Nomchongang Trading Co., (e) Nam Chong Gan Trading Corporation). Tagħrif ieħor: (a) Tinsab fi Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. (b) Namchongang hija kumpanija kummerċjali subordinata għal General Bureau of Atomic Energy (GBAE) tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. (g) Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta’ pompi tal-vakum li joriġinaw mill-Ġappun li kienu identifikati fil-faċilità nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, kif ukoll akkwist relatat mal-qasam nukleari b’rabta ma’ individwu Ġermaniż. Kienet involuta wkoll fix-xiri ta’ tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor li huwa speċifikament adatt għal programm ta’ arrikkiment tal-uranju mill-aħħar tad-disgħinijiet. Ir-rappreżentat tagħha huwa eks diplomata li serva bħala r-rappreżentant tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea għall-ispezzjoni tal-faċilitajiet nukleari ta’ Yongbyon fl-2007 mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA). L-attivitajiet ta’ proliferazzjoni min-naħa ta’ Namchongang jippreżentaw tħassib gravi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni fl-imgħoddi min-naħa tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.



( 1 ) ĠU L 322, 22.11.2006, p. 32.

( 2 ) ĠU L 159, 30.6.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 394/2006 (ĠU L 74, 13.3.2006, p. 1).

( 3 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1).

( 4 ) Il-verżjoni attwali tal-lista hija ppublikata f'ĠU C 66, 17.3.2006, p. 1

( 5 ) ĠU L 278, 22.10.2007, p. 1.

( 6 ) ĠU L 88, 29.3.2007, p. 58.

( 7 ) ĠU L 322, 22.11.2006, p. 32.

Top