EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004R1288-20141110

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 ta' l- 14 ta' Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-ikel ta’ l-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1288/2014-11-10

2004R1288 — MT — 10.11.2014 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1288/2004

ta' l-14 ta' Lulju 2004

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-ikel ta’ l-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 243, 5.7.2004, p.10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1812/2005 ta’ l-4 ta’ Novembru 2005

  L 291

18

5.11.2005

►M2

REGOLAMENT ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2012 tal-5 ta’ Novembru 2012

  L 307

56

7.11.2012

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1061/2013 tad-29 ta’ Ottubru 2013

  L 289

38

31.10.2013

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1101/2013 tas-6 ta’ Novembru 2013

  L 296

1

7.11.2013

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1109/2014 tal-20 ta’ Ottubru 2014

  L 301

19

21.10.2014




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1288/2004

ta' l-14 ta' Lulju 2004

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-ikel ta’ l-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar addittivi fl-ikel ta’ l-annimali ( 1 ), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 ( 2 ) u b’ mod partikolari l-Artikolu 3, u l-Artikoli 9d(1) u 9e(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi sabiex jintużaw fil-Komunità. L-addittivi msemmija fil-Parti II ta’ l-Anness C ta’ dik id-Direttiva jistgħu jiġu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien jekk jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet.

(2)

L-użu ta’ astaxanthin-rich Phaffia rhodozyma (ATCC 74219) bħala kolorant għas-salamun u trota ġie awtorizzat proviżorjament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/98 ( 3 ).

(3)

Data ġdida kienet sottomessa sabiex issaħħaħ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dak il-kolorant. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew sodisfatti.

(4)

Il-Kumitat Xjentifiku ta’ l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi Użati fl-għalf ta’ l-Annimali ta’ l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) ta opinjoni favorevoli fit-22 ta’ Jannar 2003 dwar l-effikaċità ta’ dak l-addittiv meta użat fil-kategorija ta’ l-annimali tas-salamun u tat-trota. F’ opinjoni oħra adottata fl-1 ta’ April 2004, l-EFSA ikkonkludiet li l-ħmira f’ dak il-prodott mhux organiżmu ħaj u mhux mistenni li jikkawża kwalunkwe konsegwenzi fuq l-ambjent, taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ użu imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(5)

L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) ġiet awtorizzata proviżorjament għaż-żriegħ, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 ( 4 ).

(6)

L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Saccharomyces cerevisiae (CBS 493.94) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-għoġġiela, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 u għall-frat għas-smin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/99 ( 5 ).

(7)

L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Enterococcus faecium (NCIMB 10415) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-frat, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/99.

(8)

L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Enterococcus faecium (DSM 7134) u Lactobacillus rhamnosus (DSM 7133) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-għoġġiela, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2690/99 ( 6 ).

(9)

Ġiet sottomessa data ġdida biex issaħħaħ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dawk il-mikro-organiżmi. L-evalwazzjoni ta’ dawk l-applikazzjonijiet turi li l-kundizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjonijiet ġew sodisfatti.

(10)

Għalhekk, l-użu mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dawk l-addittivi għandu jiġi awtorizzat.

(11)

Minn barra dan, id-Direttiva 70/524/EEC tipprovdi għall-awtorizzazzjoni fuq bażi proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv li huwa diġà awtorizzat sabiex tiġi konċessa għall-perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ snin, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet.

(12)

L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415)) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħannus (piglets) bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1411/99 ( 7 ), għal għoġġiela u tiġieġ għas-smin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/99 ( 8 ) u għad-dundjani għas-smin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1801/2003 ( 9 ).

(13)

Ġiet sottomessa data ġdida biex issaħħaħ applikazzjonijiet sabiex tiġi estiża l-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ta’ dak l-addittiv lill-klieb. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew sodisfatti.

(14)

L-EFSA tat opinjoni favorevoli fil-15 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà ta’ dak l-addittiv meta użat fil-kategorija ta’ l-annimali tal-klieb, taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-użu li jinsabu fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Għalhekk, l-użu ta’ Enterococcus faecium, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jiġi awtorizzat għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ snin.

(16)

L-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jkunu meħtieġa sabiex jipproteġu l-ħaddiema milli jkunu esposti għall-addittivi msemmija fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament. Tali protezzjoni għandha tkun assikurata billi tiġi applikata d-Direttiva tal-Kunsilll 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni tal-miżuri li jinkoraġixxu miljoramenti fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol ( 10 ).

(17)

Il-miżuri pprovduti f’ dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT



Artikolu 1

It-taħlit li jaqa’ taħt il-grupp ta’ “Koloranti, inklużi pigmenti” u “Mikro-organiżmi”, kif imsemmi fl-Anness I, huwa awtoriżżat għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħalha addittivi f’ nutrizzjoni ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu f' dak l-Anness.

Artikolu 2

It-taħlita li taqa’ taħt il-grupp tal-“mikro-organiżmi”, kif imsemmija fl-Anness II, hija awtoriżżata proviżorjament għall-użu bħalha addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu f’ dak l-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ l-ikel kollu ta’ l-annimali

Koloranti, inklużi pigments

1.  Carotenoids u xanthophylls

E 161(z)

Astaxantin-rich Phaffia Rhodozyma

(ATCC 74219)

Biomass ikkonċentrat tal-ħmira Phaffia rhodozyma (ATCC 74219), maqtula, li jkollha għall-anqas 4,0 g astaxanthin kull kilogramm ta’ addittiv u b’kontenut massimu ta’ ethoxyquin ta’ 2 000 mg/kg

Salamun

100

Il-kontenut massimu huwa espress bħalha astaxanthin.

Użu permess biss mill-età ta’ sitt xhur ’il quddiem.

It-taħlita ta’ l-addittiv mal- canthaxanthin hija permessa basta li l-konċentrazzjoni totali ta' astaxanthin u canthaxanthin ma taqbiżx 100 mg/kg fl-ikel kollu ta’ l-annimali.

Kontenut Ethoxyquin għandu jkun iddikjarat.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Trota

100

Il-kontenut massimu huwa espress bħalha astaxanthin.

Użu permess biss mill-età ta’ sitt xhur ’il quddiem.

It-taħlita ta’ l-addittiv mal- canthaxanthin hija permessa basta li l-konċentrazzjoni totali ta' astaxanthin u canthaxanthin ma taqbiżx 100 mg/kg fl-ikel kollu ta’l-annimali.

Kontenut Ethoxyquin għandu jkun iddikjarat.

Mingħajr limitu ta’ żmien



Nru KE

Addittiv

Formola kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ l-ikel kollu ta’ l-annimali

Mikro-organiżmi

E 1702

Saccharomyces cerevisiae

NCYC Sc 47

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae li fih minimu ta’ 5 × 109 CFU/g addittiv

Żriegħ

5 × 109

►M2  1 × 1010  ◄

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u is-sustanza ta’qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien

▼M5 —————

▼B

E 1705

►M3   ◄

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fih minimu

Forma mikroenkapsulata:

1 × 1010 CFU/g addittiv

Forma mrammla:

3,5 × 1010 CFU/g addittiv

Għoġġiela

6 xhur

1 × 109

6,6 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting.

Forma mrammla li għandha tiġi użata esklussivament minn sostitut għall-ħalib.

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 1706

►M4   ◄

Taħlita ta’:

Enterococcus faecium li fih minimu ta’: 7 × 109 CFU/g

Għoġġiela

4 xhur

1 × 109

5 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien

►M4   ◄

u ta’

Lactobacillus rhamnosus contenant au moins: 3 × 109 CFU/g




ANNESS II



Nru

Addittiv

Formola kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ l-ikel kollu ta’ l-annimali

Mikro-organiżmi

13

Enterococcus faecium

DSM10663/NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fih minimu ta’:

Forma trab u mrammla:

3,5×1010 CFU/g ta’ addittiv

Forma miksija:

2,2×1010 CFU/g ta’ addittiv

Forma likwida:

1×1010 CFU/ml ta’ addittiv

klieb

1 × 109

1 × 1010

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting.

[à compléter par le service publiant l’acte au J.O: 4 ans à partir de l’entrée en vigueur du ce règlement]



( 1 ) ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

( 2 ) ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1.

( 3 ) ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 4.

( 4 ) ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 15.

( 5 ) ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 21.

( 6 ) ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 33.

( 7 ) ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 56.

( 8 ) ĠU L 194, 27.7.1999, p. 17.

( 9 ) ĠU L 264, tal-15.10.2003, p. 16.

( 10 ) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. (Direttiva emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

Top