EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01998D0436-20010802

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Ġunju 1998 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kisi tas-soqfa, tamboċċi, twieqi fis-soqfa u prodotti anċillari (innotifikata taħt id-dokument numru C (1998) 1598) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (98/436/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/436/2001-08-02

01998D0436 — MT — 02.08.2001 — 001.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ġunju 1998

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kisi tas-soqfa, tamboċċi, twieqi fis-soqfa u prodotti anċillari

(innotifikata taħt id-dokument numru C (1998) 1598)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(98/436/KE)

(ĠU L 194 10.7.1998, p. 30)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2001/596/KE tat-8 ta' Jannar 2001

  L 209

33

2.8.2001


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 087, 3.4.2018, p.  16  (436/1998)




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ġunju 1998

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kisi tas-soqfa, tamboċċi, twieqi fis-soqfa u prodotti anċillari

(innotifikata taħt id-dokument numru C (1998) 1598)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(98/436/KE)



Artikolu 1

Il-prodotti u familji ta’ prodotti elenkati fl-Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha l-fabbrikant għandu taħt ir-reponsabbiltà unika tiegħu sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika li tassigura li l-prodott huwa konformi mal-karatteristiċi tekniċi rilevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti elenkati fl-Anness II għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha, b’żieda mis-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika operata mill-fabbrikant, korp approvat tal-attestazzjoni għandu jkun involut fil-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott inniffsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għal-attestazzjoni ta’ konformità kif stabbilita fl-Anness III għandha tkun indikata fil-mandati għal standards armonizzati.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

image ►(2) M1  
►(2) C1  




ANNESS II

image ►(3) M1  
►(3) M1  
►(3) C1  




ANNESS III

Nota:

għall-prodotti li għandhom aktar minn użu intiż wieħed speċifikat fil-familji li ġejjin, id-doveri għall-korp approvat, li jirriżultaw mis-sistemi relevanti tal-attestazzjoni ta’ konformità, huma kumulattivi.

FAMILJA TA’ PRODOTTI

KISI TAL-BJUT, TAMBOĊĊI, TWIEQI FIS-SOQFA U PRODOTTI ANĊILLARI (1/6)

Sistemi tal-attestazzjoni ta’ konformità



Prodott(i)

Użu(i) intiżi

Livell(i) jew klassi (jiet) (Resistenza għan-nar)

Sistema(i) ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Pjanċi lixxi u bi profili

Għall-użu soġġett għar-reżistenza skond ir-regolamenti tan-nar (e.g. qsim f’kompartimenti minħabba n-nar)

Kwalunkwe

3

Madum għal bjut, lavanja, ġebel u xaħx għas-soqfa

Kompositi maqgħuda fil-fabbrika jew ►C1  sandwich panels ◄

Tamboċċi

Twieqi fis-soqfa

Sistema 3:  ara CPD l-Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’mod li tista’ titwettaq ukoll meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tkun iddeterminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawn il-każi il-verifika tal-karatteristika bħal din m’għandiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx li jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dan ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI

KISI TAL-BJUT, TAMBOĊĊI, TWIEQI FIS-SOQFA U PRODOTTI ANĊILLARI (2/6)

Sistemi tal-attestazzjoni ta’ konformità



Prodott(i)

Użu(i) ntiżi

Livell(i) jew klassi (jiet) (Resistenza għan-nar)

Sistema(i) tal-attestazzjoni ta’ konformità

Pjanċi lixxi u bi profili

Għall-użu soġġett għar-reżistenza skond ir-regolamenti tan-nar (e.g. qsiem f’kompartimenti minħabba n-nar)

►M1  A1 (*1), A2 (*1), B (*1), Ċ (*1)  ◄

1

Madum għal bjut, lavanja, ġebel u xaħx tas-soqfa

►M1  A1 (*2), A2 (*2), B (*2), Ċ (*2), D, E ◄

3

Kompositi magħquda fil-fabbrika jew ►C1  sandwich panels ◄

►M1  (A1 sa E) (*3), F ◄

4

Tamboċċi

Twieqi fis-soqfa

Gwarniċuni u fallakki tas-soffitti

(*1)    ►M1  Prodotti/materajli li dwarhom stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib fil-klassifika dwar ir-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi). ◄

(*2)    ►M1  Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota ta' l-aħħar (*). ◄

(*3)    ►M1  Prodotti/materjali li ma jenħtieġux li jkunu ttestjati għal reazzjoni għan-nar (p.e. Prodotti/Materjali ta' Klassijiet A1 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE). ◄

Sistema 1:  ara CPD l-Anness III(2)(i), mingħajr “l-awditjar tat-testijiet” tal-kampjuni.

Sistema 3:  ara CPD l-Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

Sisteam 4:  ara CPD l-Anness III(2)(ii), it-tielet possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’mod li tista’ titwettaq ukoll meta ir-rendiment m’għandux bżonn li jkun stabbilit għal xi karatteristika partikolari, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali għall-karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawn il-każi il-verifika tal-karatteristika bħal din m’għandiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dan ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI

KISI TAL-BJUT, TAMBOĊĊI, TWIEQI FIS-SOQFA U PRODOTTI ANĊILLARI (3/6)

Sistemi tal-attestazzjoni ta’ konformità



Prodott(i)

Użu(i) ntiżi

Livell(i) jew klassi (jiet) (Resistenza għan-nar)

Sistema(i) tal-attestazzjoni ta’ konformità

Pjanċi lixxi u bi profili

Għall-użu soġġett għar-reżistenza skond ir-regolamenti tan-nar

Prodotti li jeħtieġu l-ittestjar

3

Madum għal bjut, lavanja, ġebel u twavel għat-tisqif

Kompositi maqgħuda fil-fabbrika jew ►C1  sandwich panels ◄

Gomma ta’ l-asfalt tas-soqfa

Prodotti ‘meqjusa sodisfaċenti’ mingħajr ittestjar (*1)

4

Iċċangar għas-soqfa

Tamboċċi

Twieqi fis-soqfa

Sistemi ta’ aċċess għas-soqfa, passerelli u serħan għas-saqajn

Aċċessorji għas-soffitti

(*1)   Għad irid jiġi kkonfermat f’diskussjonijiet mal-Grupp tar-Regolaturi tan-Nar.

Sistema 3:  ara CPD l-Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4  : ara CPD l-Anness III(2)(ii), it-tielet possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’mod li tista’ tkum implementata ukoll meta l-imġieba ma jkunx hemm bżonn li tkun iddeterminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawn il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal din m’għandiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dan ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI

KISI TAL-BJUT, TAMBOĊĊI, TWIEQI FIS-SOQFA U PRODOTTI ANĊILLARI (4/6)

Sistemi tal-attestazzjoni ta’ konformità



Prodott(i)

Użu(i) ntiżi

Livell(i) jew klassi (jiet)

Sistema(i) tal-attestazzjoni ta’ konformità

Pjanċi lixxi u b’ profili

Għall-użu li jservi biex titwebbes l-istruttura tas-saqaf

 

3

Kompositi maqgħuda fil-fabbrika jew ►C1  sandwich panels ◄

 

Tamboċċi

 

Twieqi tas-soqfa

 

Sistema 3:  ara CPD l-Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ titwettaq ukoll meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tkun iddeterminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawn il-każi il-verifika tal-karatteristika bħal din m’għandiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dan ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI

KISI TAL-BJUT, TAMBOĊĊI, TWIEQI FIS-SOQFA U PRODOTTI ANĊILLARI (5/6)

Sistemi tal-attestazzjoni ta’ konformità



Prodott(i)

Użu(i) ntiżi

Livell(i) jew klassi (jiet)

Sistema(i) ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Kull tip ta’ kisi tal-bjut, tamboċċi, twieqi fis-soqfa u prodotti anċillari

Għall-użu suġġett għar-regolamenti dwar is-sostanzi perikolużi (*1)

3

(*1)   B’mod partikolari, dawk is-sustanzi perikolużi definiti fid-Direttiva ta’ Kunsill 76/769/KEE, kif emendata.

Sistema 3:  ara CPD l-Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’tali mod li tista’ titwettaq ukoll meta l-imġieba ma jkunx hemm bżonn tkun stabbilita għal xi karatteristika partikolari, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed m’għandu l-ebda ħtieġa legali għall-karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawn il-każi il-verifika tal-karatteristika bħal din m’għandiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dan ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI

KISI TAL-BJUT, TAMBOĊĊI, TWIEQI FIS-SOQFA U PRODOTTI ANĊILLARI (6/6)

Sistemi tal-attestazzjoni ta’ konformità



Prodott(i)

Użu(i) ntiżi

Livell(i) jew klassi (jiet)

Sistema(i) ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Pjanċi lixxi u bi profili

Għall-użu differenti minn dak speċifikat fil-familji (1/6), (2/6), (3/6), (4/6). (5/6)

4

Madum għas-soqfa, lavanja, ġebel u xaħx tas-soqfa.

Kompositi maqgħuda fil-fabbrika jew ►C1  sandwich panels ◄

Iċċangar għas-soqfa

Gwaniċuni u twavel tas-soffitti

Irbit mekkaniku għas-soffitti

Aċċessorji għas-soffitti

Sistemi ta’ aċċess għas-soqfa, passerelli u serħan tas-saqajn

Għal użu differenti minn dak li hemm speċifikat fil-familji (1/6), (2/6), (3/6), (4/6), (5/6)

3

Ganċijiet ta’ sigurta għas-soqfa u l-pedamenti

Gomma ta’ l-asfalt għas-soqfa

Twieqi fis-soqfa

Tamboċċi

Sistema 3:  ara CPD l-Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4:  ara CPD l-Anness III(2)(ii), it-tielet possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b’tali mod li tista’ titwettaq ukoll meta l-imġieba ma tkunx teħtieġ li tkun iddeterminata għal xi karatteristika partikolari, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed m’għandu l-ebda ħtieġa legali għall-karatteristika bħal din (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1,2,3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawn il-każi il-verifika tal-karatteristika bħal din m’għandiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dan ir-rigward.

Top