EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01992R1762-20051228

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1762/92 tad-29 ta' Ġunju 1992 dwar l-implimentazzjoni tal-Protokolli dwar kooperazzjoni finanzjarja u teknika konkluża mill-Komunità mal-pajjiżi tal-Mediterran li ma humiex membri

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/1762/2005-12-28

1992R1762 — MT — 28.12.2005 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1762/92

tad-29 ta' Ġunju 1992

dwar l-implimentazzjoni tal-Protokolli dwar kooperazzjoni finanzjarja u teknika konkluża mill-Komunità mal-pajjiżi tal-Mediterran li ma humiex membri

(ĠU L 181, 1.7.1992, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2112/2005 tal-21 ta’ Novembru 2005

  L 344

23

27.12.2005




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1762/92

tad-29 ta' Ġunju 1992

dwar l-implimentazzjoni tal-Protokolli dwar kooperazzjoni finanzjarja u teknika konkluża mill-Komunità mal-pajjiżi tal-Mediterran li ma humiex membri



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tat-Trattat,

Wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-konklużjoni ta' protokolli dwar il-kooperazzjoni finanzjarja u teknika bejn il-Komunità u l-pajjiżi li ma humiex membri tal-Mediterran, minn hawn 'l quddiem imsejħa bħala “il-Protokolli”,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni mill-Parlament Ewropew ( 2 ),

Billi l-Protokolli jipprovdu għall-operazzjonijiet iffinanzjati mill-budget tal-Komunità f'forma ta' għotjiet, self speċjali, kontribuzzjonijiet għall-kostituzzjoni ta' kapital ta' riskju u self minn riżorsi personali tal-Bank Ewropew għall-Investiment, minn hawn 'l quddiem issir riferenza għalih bħala “il-Bank”;

Billi huwa neċessarju li jiġu stabbiliti arranġamenti fid-dettalli u regoli għall-amministrazzjoni tal-kooperazzjoni finanzjarja;

Billi, f'operazzjonijiet ta' self li jinvolvi rati ta' interess sussidji, l-għoti ta' self mill-Bank mir-riżorsi personali tiegħu u l-għoti tar-rata ta' l-interess sussidju iffinanzjat mir-riżorsi ta' l-estemi tal-Komunità irid ikun marbut u hu kundizzjonali fuq xulxin; billi l-Bank jista', skond l-istatut tiegħu, u b'mod partikolari b'deċiżjoni unanima tal-Bord tad-diretturi tiegħu fil-presenza ta' opinjoni mhux favorabli mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jagħti self mir-riżorsi personali tiegħu, bla ħsara għall-għoti tar-rata ta' l-interess sussidju; Billi, fir-rigward ta' dan l-aspett, huwa neċessarju biex tassigura li l-proċedura adottata għall-għoti tar-rati ta' l-interess, f'kwalunkwe każ f'deċiżjoni espressa, jekk l-għoti tas-sussidju jew biex tirrifjutah, fejn hu xieraq;

Billi huwa neċessarju li jkun provdut għal Kumitat li jikkonsisti f'rappreżentanti ta' l-Istati Membri biex jassisti l-Bank fil-ħidmiet attribwiti lilu biex jimplimenta dan ir-Regolament;

Billi fil-5 ta' Ġunju 1984 u fis-16 ta' Mejju 1989 il-Kunsill adotta riżoluzzjonijiet fuq il-koordinazzjoni ta' politika u operazzjonijiet ta' kooperazzjoni fil-Komunità;

Billi, għall-iskopijiet ta' l-addozzjoni ta' dan ir-Regolament, l-uniċi poteri li għalihom hemm provdut bit-Trattat huma dawk taħt l-Artikolu 235,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Fl-implimentazzjoni ta' l-għajnuna lill-pajjiżi ricevituri, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni tal-linji ta' gwida tal-politika għall-kooperazzjoni finanzjarja u teknika mifthiema f'dawn il-pajjiżi fil-kuntest tal-politika l-ġdida tal-Mediterran u l-aġġornar tagħha u ta' l-iżvilupp tal-politika ta' kooperazzjoni mfassla mill-Kunsill.

Artikolu 2

1.  Biex tkun żgurata l-konsistenza ta' kooperazzjoni u biex tittejjeb il-komplimentarità bejn l-operazzjonijiet, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Bank għandhom jaqsmu kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-finanzjament li huma jaħsbu li jagħtu.

Għandha sseħħtfittixja għall-possibilitajiet ta' kofinanzjament meta jkun hemm skambju ta' informazzjoni.

▼M1

Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri kontrattwali implimentati permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali jew ko-finanzjati ma’ pajjiż terz hija definita ulterjorment fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2112/2005 tal-21 ta’ Novembru 2005 dwar l-aċċess għall-għajnuna esterna tal-Komunità ( 3 ).

▼B

2.  L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Bank għandhom jikkomunikaw ukoll, fi ħdan l-istruttura tal-Kumitat li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 6, l-informazzjoni fil-pussess tagħhom dwar għajnuna bilaterali u multilaterali għall-pajjiżi ricevituri.

Artikolu 3

1.  Għandhom jiġu implimentati operazzjonijiet b'sostenn għall-programm ta' aġġustament strutturali fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

 il-programmi ta' sostenn għandhom ikunu addattati għas-sitwazzjoni partikolari ta' kull pajjiż u l-kondizzjonijet ekonomiċi u soċjali jiġu kkunsidrati,

 il-programmi ta' sostenn għandhom jipprovdu b'mod partikolari għall-miżuri biex itaffu kwalunkwe effetti negattivi li l-proċess ta' aġġustament strutturali jista' jkollu f'termini soċjali fir-rigward ta' l-impiegi, b'mod partikolari għall-gruppi ta' popolazzjoni żvantaġġati,

 ħlas lura malajr għandu jkun wieħed mill-karatteristiċi prinċipali tal-programmi ta' sostenn.

2.  Il-kriterji ta' eliġibbilta li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti:

 il-pajjiż konċernat għandu jwettaq programm ta' riforma approvat mill-istituzzjonijiet ta' Bretton Woods jew jimplimenta programmi rikonoxxuti simili fil-kunċett ma' dawk l-istituzzjonijiet, għalkemm mhux neċessarjament megħjuna minnhom, skond l-iskala u l-effettività tar-riformi fil-livell makro-ekonomiku,

 għandu jingħata każ tas-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż, b'riferenza partikolari għal-livell ta' dejn u l-piż tas-servizz tad-dejn tiegħu, is-sitwazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti u disponibbilità tal-munita barranija, s-sitwazzjoni li għandha x'taqsam mal-budget, is-sitwazzjoni monetarja, l-prodott gross domestiku per kapita u l-livell tal-qgħad.

3.  Proġetti eleġibbli għall-iffinanzjament għandhom jieħdu l-forma, per eżempju, ta':

(a) miżuri ta' għajnuna teknika marbuta mal-programm ta' sostenn ikkonċernat, fil-livell makro-ekonomiku u fis-setturi partikolarment affetwati bl-aġġustament strutturali;

(b) programmi settorali jew ta' importazzjoni ġenerali jew programmi ta' ħolqien ta' xogħol.

4.  L-għan tal-programmi ta' importazzjoni għandu jikkontribwixxi għall-espansjoni tal-kapaċità produttiva. Il-fondi kontroparti ġġenerati mill-programmi ta' importazzjoni għandhom jintużaw sabiex jiffinanzjaw miżuri immirati biex itaffu r-riperkussjonijiet soċjali kontrarji ta' l-aġġustament strutturali, u, b'mod partikolari, għall-ħolqien ta' l-impiegi.

5.  B'analiżi tas-sitwazzjoni tal-pajjiżi eleġibli skond il-paragrafu 2 u fuq il-bażi tal-kriterja li għaliha ssir riferenza f'dak il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-iskop u l-effettività tar-riformi magħmula fl-oqsma koperti b'dawn il-kriterji.

Għajnuna mogħtija għall-aġġustament strutturali trid tkun marbuta direttament ma' l-operazzjonijiet ta' aġġustament u mal-miżuri tal-pajjiż ricevitur.

6.  Il-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti għandhom ikunu flessibli biżżejjed għall-addozzjoni tal-prattika amministrattiva normali u kummerċjali tal-pajjiż ricevitur. Fil-każijiet fis-settur privat fejn ikun ġenwinament mhux prattiku biex iżżomm mal-proċeduri ddettaljati fil-Protokolli, l-Artikoli 116, 117 u 118 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunità Ewropea ( 4 ) għandu jkun applikat u l-proċeduri preċiżi li għandhom ikunu segwiti espliċitament fuq bażi ta' każ b'każ taħt it-termini ta' proposti iffinanzjati individwalment. Għal importazzjonijiet fis-setturi pubbliċi u semipubbliċi, madanakollu, l-proċeduri tas-soltu stipulati fil-protokolli għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għandhom ikunu segwiti.

7.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri, kull meta jkun neċessarju u għall-inqas darba fis-sena, bl-implimentazzjoni tal-ħidmiet ta' l-aġġustament strutturali u kwalunkwe problema li tqum marbuta ma' l-eleġibilità kontinwa ta' dawn il-ħidmiet.

Artikolu 4

1.  Id-deċiżjonijiet ta' ffinanzjar li jkollhom x'jaqsmu ma' proġetti jew operazzjonijiet iffinanzjati mill-budget tal-Komunità għandhom jiġu addottati skond il-proċeduri li ġejjin.

2.  Id-deċiżjonijiet ta' ffinanzjar għajr dawk li jikkonċernaw is-sussidji fuq ir-rati ta' l-interessi fuq self tal-Bank, riskju kapitali u self speċjali għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6.

Id-deċiżjonijiet ta' ffinanzjar li jkollhom x'jaqsmu mal-krediti globali għall-kooperazzjoni teknika, taħriġ, u proġetti ta' promozzjoni tal-kummerċ għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6; il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod regolari lill-Kumitat li hemm riferenza għalih f'dak l-Artikolu ta' l-utilizazzjoni ta' krediti globali bħal dawn.

Id-deċiżjonijiet li jemendaw id-deċiżjonijiet addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni fejn dawn ma jkunx fihom kwalunkwe emendi sostanzjali jew impenji addizzjonali li jaqbżu l-20 % ta' l-impenn oriġinali.

3.  Id-deċiżjonijiet ta' ffinanzjar li jkollhom x'jaqsmu mas-sussidji tar-rata ta' l-interessi fuq self mill-Bank għandhom jiġu addottati skond il-proċedura mfassla fl-Artikolu 7.

4.  Id-deċiżjonijiet ta' ffinanzjar li jkollhom x'jaqsmu mal-flus investiti f'intrapriżi spekulattivi (risk capital) fuq termini speċjali għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.

Artikolu 5

1.  Il-miżuri li hemm riferenza għalihom f'dan ir-Regolament ffinanzjati mill-budget tal-Komunitajiet għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-immaniġġjar mill-Bank tas-sussidji tar-rata ta' l-interessi, operazzjonijiet ta' flus investiti f'intrapriżi spekulattivi (risk capital) u self fuq termini speċjali taħt l-awtorità mogħtija lilha mill-Kummissjoni f'isem il-Komunità skond l-Artikolu 105(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

2.  Għall-inqas darba fis-sena, il-Kummissjoni u l-Bank għandhom jibagħtu lill-Istat Membru, l-informazzjoni miġbura mill-pajjiżi eleġibli li tikkonċerna s-setturi u l-proġetti diġà magħrufa li jistgħu jkunu megħjuna taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 6

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita b'Kumitat magħruf bħala “Il-Kumitat MED”, magħmul mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Rappreżentant tal-Bank għandu jieħu parti fil-proċedimenti, mingħajr ma jkollu d-dritt tal-vot.

2.  Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipprezenta abbozz ta' miżuri li għandhom jittieħdu lill-Kumitat. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f'limitu ta' żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza kif stabbilia fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill jeħtieġ li jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu peżati bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

3.  

(a) Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tkun mogħtija l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tippreżenta proposta għand lill-Kunsill li jkollha x'taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk, malli jiskadi l-perjodu ta' tlett xhur mid-data ta' riferenza għalih, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni.

4.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura b'mod unanimu fuq il-bażi ta' abbozz ppreżentat lilu mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

1.  Fir-rigward tal-proġetti iffinanzjati b'self isussidjat, il-Bank għandu jfassal il-proposta ta' ffinanzjar skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Istatut tiegħu.

Il-Bank għandu jfittex l-opinjoni tal-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21 ta' l-Istatut tiegħu, u tal-Kumitat li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kumitat għandu jippubblika opinjoni fuq il-proposta tal-Bank. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom juru lill-Kumitat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-proġett konċernat, u b'mod partikolari dwar il-konformità ma' l-għanijiet tal-Protokol konkluż mal-pajjiż ikkonċernat u mal-linji ta' gwida ġenerali addottati mill-Kunsill.

Barra minn hekk, il-Kumitat għandu jkun informat mill-Bank b'self mhux issussidjat li l-Bank jaħseb li jagħti mir-riżorsi personali tiegħu.

3.  Fuq il-bażi ta' dik il-konsultazzjoni, il-Bank għandu jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni ta' ffinanzjar biex tagħti s-sussidju fuq ir-rati ta' l-interessi għall-proġett ikkonċernat.

4.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kumitat MED abbozz ta' deċiżjoni li jawtorizza jew, fejn ikun addattat, li tirrifjuta l-fondi tas-sussidju tar-rata ta' l-interessi. Id-deċiżjoni għandha tittieħed skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6.

5.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 4 lill-Bank, li, fejn id-deċiżjoni tagħti s-sussidju, tista' tagħti s-self.

Artikolu 8

1.  Il-Bank għandu jissottometti proġetti li jikkonċernaw operazzjonijiet ta' flus investiti f'intrapriżi spekulattivi (risk capital) lill-Kumitat li għalih hemm provdut fl-Artikolu 9 għall-opinjoni tiegħu. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jagħti lill-Kumitat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-proġett konċernat u b'mod partikolari dwar il-konformità tiegħu ma' l-għanijiet tal-Protokoll konkluż mal-pajjiż konċernat u mal-linji ta' gwida ġenerali addottati mill-Kunsill.

2.  Fuq il-bażi ta' dik il-konsultazzjoni, il-Bank għandu jibgħat il-proġett lill-Kummissjoni.

3.  Il-Kummisjoni għandha tieħu d-deċiżjoni ta' ffinanzjar fi żmien xieraq għall-karatteristiċi tal-proġett.

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-deċiżjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 3 lill-Bank, li għandu jieħu l-miżuri xierqa.

Artikolu 9

1.  Għandu jiġi stabbilit Kumitat fil-Bank, li jkun magħmul mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, minn hawn 'l quddiem issir riferenza għalih bħala “Il-Kumitat ta' l-Artikolu 9”.

Il-Kumitat għandu jkun ippresedut minn rappreżentant ta' l-Istat Membru li fil-preżent ikollu l-presidenza tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank; is-segretarjat tiegħu għandu jkun ipprovdut mill-Bank. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-proċeduri tiegħu.

2.  Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat għandhom ikunu addottati b'mod unanimu mill-Kunsill.

3.  Il-Kumitat għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata skond l-Artikolu 148(2) tat-Trattat.

4.  Fi ħdan il-Kumitat, il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri għandhom jiġu peżati skond l-Artikolu 148(2) tat-Trattat.

Artikolu 10

1.  Mingħajr preġudizzju għall-mandat tal-Bank li għalih hemm provdut fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta' l-għajnuna u mit-termini li taħthom, il-proġetti u l-ħidmiet iffinanzjati b'din l-għajnuna jiġu implimentati mill-pajjiżi ricevituri jew minn kwalunkwe ricevitur ieħor li għalih tkun magħmula dispożizzjoni f'kull wieħed mill-Protokolli konklużi f'pajjiżi bħal dawn.

2.  B'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż jew pajjiżi ricevituri, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mit-termini, taħt liema l-proġetti iffinanzjati mill-għajnuna tal-Komunità jiġu wżati minn dawk li jirċevuhom.

3.  Fit-twettieq tal-kontrolli meħtieġa bil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha teżamina, flimkien mal-Bank, sa liema punt ikunu intlaħqu l-għanijiet magħżula skond il-ftehim u l-protokolli konklużi mal-pajjiżi ricevituri.

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport annwali fuq l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna, b'mod partikolari fir-rigward tal-konformità mat-termini tal-paragrafi 1, 2 and 3, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni u l-Bank, kull wieħed jaġixxi fir-rigward tal-proġetti li għalihom ikun responsabbli hu, għandhom jevalwaw il-proġetti prinċipali ma' l-għan li jinstab jekk l-għanijiet stabbiliti meta l-proġetti kienu ġew identifikati intlaħqux u li jistabbilixxi l-linji ta' gwida maħsuba biex itejbu l-effiċjenza għall-għajnuna futura. Dawn ir-rapporti ta' evalwazzjoni għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri.

Artikolu 12

Ir-Regolament (KEE) Nru 3973/86 ( 5 ) huwa b'dan il-mezz imħassar.

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU C 157, tal-15.6.1991, p. 7.

( 2 ) ĠU C 67, tas-16.3.1992.

( 3 ) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 23.

( 4 ) ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Regolament Finanzjarju kif l-aħħar emendat b'Regolament (Euratom, KEAF, KEE) Nru 610/90 (ĠU L 70, tas-16.3.1990, p. 1).

( 5 ) ĠU L 370, tat-30.12.1986, p. 5.

Top