Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2025G0001

Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2025/SC tas-27 ta’ Jannar 2025 dwar l-approvazzjoni tar-Regolament dwar l-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2021-2028 [2025/907]

PUB/2025/110

ĠU L, 2025/907, 15.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/907/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/907/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/907

15.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA Nru 1/2025/SC

tas-27 ta’ Jannar 2025

dwar l-approvazzjoni tar-Regolament dwar l-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2021-2028 [2025/907]

IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”),

Wara li kkunsidra l-Protokoll 38d dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE (2021–2028) tal-Ftehim ŻEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 4/2004/SC tat-3 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju, u b’mod partikolari l-Artikolu 2,

Wara li kkunsidrar-Regolament dwar l-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2021–2028, adottat mill-Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju fis-7 ta’ Jannar 2025, u b’mod partikolari l-Artikolu 14.6,

Wara li kkunsidra l-Memorandum mill-Uffiċċju tal-Mekkaniżmu Finanzjarju rigward il-Konferma tar-Regolament dwar l-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) 2021–2028 u l-Annessi tiegħu, bid-data tal-14 ta’ Jannar 2025,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Approvazzjoni tar-Regolament dwar l-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2021–2028

Il-Kumitat Permanenti japprova r-Regolament dwar l-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2021–2028.

Artikolu 2

Pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2025.

F’isem il-Kumitat Permanenti

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER

Is-Segretarju Ġenerali

Kurt JÄGER


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/907/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top