This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2025C0194
EFTA Surveillance Authority Decision No 194/25/COL of 24 November 2025 on the compatibility with EEA law of measures to be taken by Norway pursuant to Article 14 of Directive 2010/13/EU of the European Parliament and of the Council on the coordination of certain provisions laid down by law, regulation or administrative action in Member States concerning the provision of audiovisual media services (Audiovisual Media Services Directive) [2026/304]
Deċiżjoni Nru 194/25/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tal-24 ta’ Novembru 2025 dwar il-kompatibbiltà mad-dritt taż-ŻEE tal-miżuri li għandhom jittieħdu min-Norveġja skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) [2026/304]
Deċiżjoni Nru 194/25/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tal-24 ta’ Novembru 2025 dwar il-kompatibbiltà mad-dritt taż-ŻEE tal-miżuri li għandhom jittieħdu min-Norveġja skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) [2026/304]
ĠU L, 2026/304, 5.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/304/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/304 |
5.2.2026 |
DEĊIŻJONI Nru 194/25/COL TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA
tal-24 ta’ Novembru 2025
dwar il-kompatibbiltà mad-dritt taż-ŻEE tal-miżuri li għandhom jittieħdu min-Norveġja skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) [2026/304]
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 5p tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE, id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (“l-Att”), kif emendat bid-Direttiva 2018/1808/UE, u b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 29 tiegħu,
BILLI:
|
(1) |
Permezz tal-ittra ddatata d-29 ta’ Awwissu 2025, li waslet għand l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) fl-istess data, in-Norveġja nnotifikat miżuri li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE. |
|
(2) |
L-Awtorità vverifikat, fi żmien 3 xhur minn din in-notifika, li dawn il-miżuri huma kompatibbli mad-dritt taż-ŻEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta’ konsultazzjoni nazzjonali. |
|
(3) |
Fil-verifika tagħha, l-Awtorità qieset id-data disponibbli dwar is-suq tal-media Norveġiż. |
|
(4) |
Il-lista ta’ avvenimenti li għas-soċjetà huma ta’ importanza kbira, inkluża fil-miżuri Norveġiżi, tfasslet b’mod ċar u trasparenti. B’mod partikolari, saret konsultazzjoni pubblika fin-Norveġja f’dan ir-rigward. |
|
(5) |
L-Awtorità kienet sodisfatta li l-avvenimenti elenkati fil-miżuri Norveġiżi ssodisfaw mill-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin, li huma meqjusa bħala indikaturi affidabbli tal-importanza tal-avvenimenti għas-soċjetà: (i) għandhom riżonanza ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istat taż-ŻEE EFTA, u mhumiex sinifikanti biss għal dawk li normalment isegwu l-isport jew l-attività kkonċernata; (ii) għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni fl-Istat taż-ŻEE EFTA, b’mod partikolari bħala katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li l-avveniment tradizzjonalment jixxandar fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas u huwa segwit minn udjenza televiżiva kbira. |
|
(6) |
Xi avvenimenti elenkati fil-miżuri Norveġiżi, bħat-Tazza tad-Dinja tal-futbol u l-kampjonat Ewropew tal-futbol, jaqgħu fil-kategorija ta’ avvenimenti meqjusa bħala ta’ importanza kbira għas-soċjetà, kif imsemmi b’mod espliċitu fil-premessa 49 tad-Direttiva 2010/13/UE. |
|
(7) |
L-interess fil-futbol tan-nisa huwa qawwi fin-Norveġja, speċjalment matul il-kompetizzjonijiet ewlenin. |
|
(8) |
It-tim Norveġiż ikkwalifika għal kull Tazza tad-Dinja tan-Nisa mill-1991 u rebaħ fl-1995. In-Norveġja kkwalifikat ukoll għal kull kampjonat Ewropew mill-1987 sal-2022. |
|
(9) |
Iż-żewġ avvenimenti tradizzjonalment jixxandru fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas u huma segwiti minn udjenzi televiżivi kbar. Jenħtieġ li kemm it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa kif ukoll il-Kampjonat Ewropew tal-Futbol tan-Nisa jitqiesu bħala avveniment uniku, peress li l-logħbiet bejn pajjiżi oħra jaffettwaw ukoll il-logħbiet li n-Norveġja tista’ tilgħab, kif ukoll ir-riżultat ġenerali. Għalhekk, huma jgawdu wkoll minn riżonanza speċjali fin-Norveġja. |
|
(10) |
Il-Kampjonati Dinjija u Ewropej tal-Handball tal-Irġiel jiġġeneraw ukoll interess sinifikanti fin-Norveġja. |
|
(11) |
It-tim Norveġiż ilu jikkwalifika għal kull kampjonat dinji mill-2005, bl-eċċezzjoni tal-2013 u l-2015. Kemm fl-2017 kif ukoll fl-2019, it-tim laħaq l-istadju finali. |
|
(12) |
It-tim nazzjonali Norveġiż tal-handball tal-irġiel ikkwalifika wkoll għal kull kampjonat Ewropew mill-2006. |
|
(13) |
L-avvenimenti tradizzjonalment jixxandru fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas u huma segwiti minn udjenzi televiżivi kbar. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-Kampjonati Dinjija u Ewropej tal-Handball tal-Irġiel jitqiesu bħala avveniment uniku, peress li l-logħbiet bejn pajjiżi oħra jaffettwaw ukoll il-logħbiet li n-Norveġja tista’ tilgħab, kif ukoll ir-riżultat ġenerali. Għalhekk, huma jgawdu wkoll minn riżonanza speċjali fin-Norveġja. |
|
(15) |
Il-miżuri Norveġiżi, minħabba r-raġuni prevalenti ta’ interess pubbliku biex jiġi żgurat l-aċċess pubbliku wiesa’ għax-xandiriet ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà, jidhru proporzjonali biex tiġi ġġustifikata d-deroga mil-libertà fundamentali li jiġu pprovduti s-servizzi stipulati fl-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(16) |
Sakemm id-definizzjoni tax-xandara eliġibbli għax-xandir tal-avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi (il-kopertura meħtieġa) li jippermettu kompetizzjoni biex potenzjalment jinkisbu d-drittijiet tax-xandir ta’ dawn l-avvenimenti, il-miżuri Norveġiżi huma wkoll kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni taż-ŻEE. Barra minn hekk, l-għadd ta’ avvenimenti elenkati mhuwiex sproporzjonat tant li jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-swieq downstream tat-televiżjoni bla ħlas u tat-televiżjoni bi ħlas. |
|
(17) |
Il-proporzjonalità ġenerali tal-miżuri Norveġiżi hija ssostanzjata minn diversi fatturi. |
|
(18) |
L-ewwel nett, l-introduzzjoni tal-livell limitu ta’ 90 % fil-kopertura tal-popolazzjoni li hija ‘‘potenzjalment’’ meħtieġa għax-xandara eliġibbli żżid il-proporzjonalità tal-miżuri, għall-fatt li żżid l-għadd ta’ xandara li potenzjalment ikunu eliġibbli. |
|
(19) |
It-tieni, l-għadd ta’ avvenimenti inklużi fil-lista huwa proporzjonat. It-tielet, ġie introdott mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn ix-xandara rigward il-pagament ta’ kumpens ġust għad-drittijiet tax-xandir. |
|
(20) |
Barra minn hekk, il-miżuri Norveġiżi jipprevedu l-arranġamenti xierqa f’sitwazzjonijiet meta l-avvenimenti elenkati jinxtraw minn xandara li mhumiex eliġibbli, sabiex tiġi żgurata sistema għall-għoti mill-ġdid ta’ liċenzji għad-drittijiet esklussivi lix-xandara eliġibbli. Barra minn hekk, il-miżuri Norveġiżi jantiċipaw is-sitwazzjonijiet meta d-drittijiet għall-avvenimenti elenkati jinxtraw minn xandar li mhumiex eliġibbli, u ma ssir l-ebda talba minn xerrej eliġibbli, sabiex jiġi żgurat li x-xandar li mhuwiex eliġibbli jkun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu. |
|
(21) |
L-Awtorità talbet l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi tal-EFTA. Il-Kumitat adotta opinjoni favorevoli. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżuri li għandhom jiġu adottati min-Norveġja skont l-Att imsemmi fil-punt 5p tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE, id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva (“l-Att”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu, innotifikati lill-Awtorità skont l-Artikolu 14(2) tal-Att fid-29 ta’ Awwissu 2025, huma kompatibbli mad-dritt taż-ŻEE.
Artikolu 2
In-Norveġja għandha tikkomunika lill-Awtorità l-miżuri kif fl-aħħar mill-aħħar ġew adottati. L-Awtorità għandha tippubblika dawn il-miżuri fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2010/13/UE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2025.
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li taġixxi skont id-Deċiżjoni tad-Delegazzjoni 103/13/COL.
Stefan BARRIGA
Membru tal-Kulleġġ Responsabbli
Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS
Kontrofirmatarju bħala Direttur,
Affarijiet Legali u Eżekuttivi
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/304/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)