This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2018J0006
Judgment of the Court of 14 May 2019 in Case E-6/18 — EFTA Surveillance Authority v Iceland (Failure by an EFTA State to fulfil its obligations — Failure to implement — Directive 2014/52/EU)
Sentenza tal-Qorti tal-14 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża E-6/18 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda (In-nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2014/52/UE)
Sentenza tal-Qorti tal-14 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża E-6/18 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda (In-nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2014/52/UE)
ĠU C 315, 19.9.2019, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/7 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-14 ta’ Mejju 2019
fil-Kawża E-6/18
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(In-nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2014/52/UE)
(2019/C 315/08)
Fil-Kawża E-6/18, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f’punt 1a tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent), kif adattata mill-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar dan, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Bernd Hammermann, Imħallfin, tat is-sentenza fl-14 ta’ Mejju 2019, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 1a tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent), kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt. |
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |