Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2017P0006

    Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur, iddatata t-30 ta’ Ġunju 2017 fil-kawża ta’ Fjarskipti hf. vs Síminn hf. (Kawża E-6/17)

    ĠU C 429, 14.12.2017, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 429/29


    Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur, iddatata t-30 ta’ Ġunju 2017 fil-kawża ta’ Fjarskipti hf. vs Síminn hf.

    (Kawża E-6/17)

    (2017/C 429/13)

    Permezz ta’ ittra ddatata t-30 ta’ Ġunju 2017, saret talba lill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavik) li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fid-19 ta’ Lulju 2017, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta’ Fjarskipti hf. vs Síminn hf. dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

    1.

    Il-fatt li persuna fiżika jew ġuridika fi Stat tal-EFTA tkun tista’ tinvoka l-Artikolu 54 tal-Ftehim quddiem qorti nazzjonali sabiex titlob kumpens għal ksur tal-projbizzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni, jikkostitwixxi parti mill-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim taż-ŻEE?

    2.

    Meta jkun qed jiġi vvalutat jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet ta’ talba għal kumpens fid-dawl ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, huwa sinifikanti jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux taw deċiżjoni finali dwar ksur tal-Artikolu 54 taż-ŻEE?

    3.

    Huwa meqjus bħala każ ta’ kompressjoni tal-marġni illegali bi ksur tal-Artikolu 54 taż-ŻEE, meta impriża f’pożizzjoni dominanti fis-suq tal-operaturi tapplika rati ta’ terminazzjoni lill-kompetituri tagħha b’tali mod li t-taqsima tal-konsumaturi tal-impriża dominanti stess ma tkunx tista’ tagħmel qligħ mill-bejgħ ta’ telefonati fis-sistema tagħha kieku kellha ġġorr l-ispiża tal-bejgħ tagħhom taħt l-istess ċirkostanzi, meta l-impriża dominanti nnifisha hija wkoll obbligata li tixtri terminazzjoni minn dawn l-istess kompetituri bi prezz ogħla minn dak li bih tbiegħ it-terminazzjoni lill-kompetituri tagħha?

    4.

    Il-fatt li impriża tkun f’pożizzjoni dominanti fis-suq tal-operaturi rilevanti huwa biżżejjed biex din tkun ħatja ta’ applikazzjoni ta’ kompressjoni tal-marġni illegali bi ksur tal-Artikolu 54 taż-ŻEE, jew jeħtieġ li l-impriża tkun ukoll f’pożizzjoni dominanti fis-suq tal-konsumaturi rilevanti?


    Top