Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2013C0073

    Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 73/13/COL tal- 20 ta' Frar 2013 li temenda għad-disgħa u tmenin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks bil-broadband

    ĠU L 135, 8.5.2014, p. 49–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 135, 8.5.2014, p. 49–49 (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/73(1)/oj

    8.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 135/49


    DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

    Nru 73/13/COL

    tal-20 ta' Frar 2013

    li temenda għad-disgħa u tmenin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks bil-broadband

    L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,

    WARA li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), b'mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

    WARA li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità tas-Sorveljanza u l-Qorti tal-Ġustizzja (2), u b' mod partikolari l-Artikoli 5(2)(b) u 24 tiegħu,

    FILWAQT LI TFAKKAR ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat adottati fid-19 ta' Jannar 1994 mill-Awtorità, (3)

    BILLI:

    Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

    Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet ittrattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti hekk jipprovdu espressament jew jekk l-Awtorità tqis li hemm bżonn isir hekk,

    Fid-19 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni ġdida dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband.  (4)

    Din il-Komunikazzjoni hija rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea wkoll,

    L-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tiġi żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

    Skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” fl-aħħar tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-Awtorità se tadotta atti ekwivalenti għal dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea,

    Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati tal-EFTA ġew ikkonsultati,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati billi jiġi introdott kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks bil-broadband. Il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2013.

    Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

    Oda Helen SLETNES

    Il-President

    Sabine MONAUNI-TÖMÖRDY

    Membru tal-Kulleġġ


    (1)  Il-“Ftehim taż-ŻEE”.

    (2)  Il-“Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”.

    (3)  Linji gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta' Jannar 1994, ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala ĠU) L 231, 3.9.1994, p. 1 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994, p. 1. Minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fis-sit elettroniku tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/ NB: Hyperlink aġġornata.

    (4)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni; Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).


    ANNESS

    APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT B'RABTA MAT-TNEDIJA RAPIDA TAN-NETWERKS BIL-BROADBAND (1)

    1.   INTRODUZZJONI

    (1)

    Il-konnettività mal-broadband hija ta' importanza strateġika għat-tkabbir u l-innovazzjoni Ewropej fis-setturi kollha tal-ekonomija u għall-koeżjoni soċjali u territorjali. L-Istrateġija Ewropa 2020 tal-Unjoni Ewropea (“UE2020”) tisħaq fuq l-importanza tat-tnedija tal-broadband. Waħda mill-inizjattivi ewlenin tagħha, l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “l-ADE”) (2) ittenni l-għan tal-UE2020 li l-broadband bażiku jkun disponibbli għall-Ewropej kollha sal-2013 u tfittex li tiżgura li, sal-2020, (i) l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għal Internet b'veloċitajiet ħafna ogħla ta' aktar minn 30 Mbps u li (ii) 50 % jew aktar tad-djar Ewropej jabbonaw għal konnessjonijiet tal-Internet ta' 'l fuq minn 100 Mbps. B'konformità mal-UE2020 u l-ADE, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “l-Awtorità”) tappoġġja wkoll id-disponibbiltà wiesgħa tas-servizzi broadband għaċ-ċittadini Ewropej kollha, u l-aċċess għal Internet b'veloċitajiet ogħla.

    (2)

    Is-settur tal-komunikazzjoni elettronika għadda minn proċess ta' liberalizzazzjoni bir-reqqa u issa huwa suġġett għal regolamentazzjoni settorjali. Il-qafas regolatorju taż-ŻEE għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jipprovdi wkoll regoli ta' armonizzazzjoni relatati mal-aċċess għall-broadband. (3) Fir-rigward ta' netwerks tradizzjonali tal-broadband, s'issa s-swieq bl-ingrossa huma suġġetti għal regolazzjoni ex ante fil-maġġoranza tal-Istati taż-ŻEE. It-tnedjia ulterjuri ta' netwerks tal-broadband u b'mod partikolari netwerks ta' Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala NGA) (4) tissokta titlob l-intervent tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala ARNijiet) minħabba r-rwol tagħhom fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

    (3)

    Huwa aktar u aktar importanti li l-fondi pubbliċi jintużaw bil-għaqal f'dan is-settur u li l-Awtorità tiżgura li l-għajnuna mill-Istat tkun kumplimentari u ma tiħux post l-investimenti tal-atturi fis-suq. Kwalunkwe intervent mill-Istat għandu jillimita kemm jista' jkun ir-riskju li jaqla' 'l barra l-investimenti privati, li jbiddel l-inċentivi tal-investiment kummerċjali u li finalment iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni li tmur kontra l-interess komuni taż-ŻEE.

    (4)

    Dawn il-linji gwida jiġbru fil-qosor il-prinċipji tal-politika tal-Awtorità fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Ftehim taż-ŻEE għal miżuri li jappoġġjaw it-tnedija ta' netwerks tal-broadband b'mod ġenerali (it-Taqsima 2). Jispjegaw l-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji fil-valutazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna għall-introduzzjoni rapida tal-broadband bażiku u n-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA) b'veloċità għolja ħafna (fit-Taqsima 3). L-Awtorità se tapplika l-linji gwida fil-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-broadband. Dan se jżid iċ-ċertezza legali u t-trasparenza tal-mod kif tieħu d-deċiżjonijiet.

    2.   IL-PRINĊIPJI EWLENIN TAL-POLITIKA TAL-AWTORITÀ DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-BROADBAND

    (5)

    Skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, “kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi Statali f'kull għamla tkun xi tkun li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti tkun, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, inkompatibbli mal-funzjonament ta' dan il-Ftehim”. Minn dan jirriżulta li biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

    (a)

    il-miżura trid tingħata mir-riżorsi tal-Istat,

    (b)

    trid tkun tagħti vantaġġ ekonomiku lill-impriżi,

    (c)

    il-vantaġġ irid ikun selettiv u

    (d)

    tfixkel jew thedded li tfixkel l-kompetizzjoni;

    (e)

    il-miżura trid tolqot lill-kummerċ fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea.

    2.1.   L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE: Il-preżenza ta' għajnuna

    (6)

    L-użu ta' riżorsi tal-Istat: It-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat jista' jieħu ħafna forom bħalma huma għotjiet diretti, rifużjonijiet tat-taxxa, (5) self b'imgħax favorevoli jew tipi oħra ta' kundizzjonijiet ta' finanzjament preferenzjali. Ikunu involuti wkoll riżorsi tal-Istat jekk l-Istat jipprovdi xi benefiċċju in natura, pereżempju billi jinvesti fil-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-broadband (jew parti minnha). Ir-riżorsi mill-Istat jistgħu jintużaw (6) fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

    (7)

    Impriża: Is-soltu, il-miżuri tal-Istat li jappoġġjaw l-investimenti fil-broadband jindirizzaw l-eżerċizzju ta' attività ekonomika, bħall-kostruzzjoni, l-operat u l-għoti ta' aċċess għall-infrastruttura tal-broadband jew jippermettu l-provvista tal-konnettività għall-utenti finali. Anki l-Istat innifsu jista' jwettaq attività ekonomika meta jopera u jisfrutta l-infrastruttura tal-broadband, jew partijiet minnha, pereżempju permezz ta' kumpanija interna jew bħala parti mill-amministrazzjoni tal-Istat. Il-bini ta' infrastruttura ta' netwerk tal-broadband bil-ħsieb li fil-futur tiġi sfruttata kummerċjalment mill-Istat jew minn operaturi terzi, jikkostitwixxi wkoll attività ekonomika. (7) L-introduzzjoni ta' netwerk tal-broadband għal skopijiet mhux kummerċjali jista' ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat, (8) għaliex il-bini tan-netwerk ma jiffavorixxi l-ebda impriża. (9) Madankollu, jekk netwerk bħal dan jiġi sussegwentement miftuħ sabiex l-investituri jew l-operaturi tal-broadband jużawh, x'aktarx tkun involuta l-għajnuna mill-Istat. (10)

    (8)

    Vantaġġ: Is-soltu l-għajnuna tingħata direttament lill-investituri tan-netwerk, li bil-biċċa l-kbira tal-każi jintgħażlu permezz ta' proċess ta' sejħa kompetittiva għall-offerti. Meta l-kontribuzzjoni tal-Istat ma tkunx ipprovduta skont it-termini normali tas-suq u għaldaqstant tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat skont il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (ara l-paragrafu (11) hawn taħt), l-użu ta' proċess ta' għażla kompetittiva jiżgura li kwalunkwe għajnuna tkun limitata għall-ammont minimu neċessarju għall-proġett partikolari. Madankollu, dan ma jeliminax l-għajnuna, għax l-awtorità pubblika tibqa' tipprovdi sussidju lill-offerent li jintgħażel (pereżempju fis-sens ta' “diskrepanza tal-likwidità” jew kontribut mhux finanzjarju) u l-iskop ta' proċedura bħal din ikun preċiżament l-għażla tal-benefiċjarju tal-għajnuna. L-appoġġ finanzjarju riċevut jippermetti lill-offerent magħżul li jmexxi din l-attività kummerċjali b'kundizzjonijiet li kieku ma kinux ikunu disponibbli fis-suq. Minbarra l-benefiċjarju dirett tal-għajnuna, l-operaturi terzi li jiksbu aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura ssussidjata jistgħu jkunu benefiċjarji indiretti. (11)

    (9)

    Selettività: Il-miżuri tal-Istat li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' netwerks tal-broadband huma selettivi fin-natura tagħhom minħabba li dawn jimmiraw għal investituri tal-broadband u operaturi terzi li huma attivi biss f'ċerti sezzjonijiet tas-suq globali tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. B'kuntrast, fir-rigward tal-utenti kummerċjali finali tan-netwerk sussidjat, (12) il-miżura tista' ma tkunx selettiva sakemm l-aċċess għal infrastruttura sussidjata jkun miftuħ għas-setturi kollha tal-ekonomija. Is-selettività tkun teżisti jekk l-implimentazzjoni tal-broadband tkun indirizzata speċifikament għal utenti kummerċjali ddedikati, pereżempju jekk l-appoġġ mill-Istat ikun immirat lejn l-implimentazzjoni ta' netwerk tal-broadband favur kumpaniji predeterminati li ma jkunux magħżula skont il-kriterji ġenerali applikabbli għall-qasam kollu li għalih l-awtorità awtorizzanti tkun responsabbli. (13)

    (10)

    Distorsjoni tal-kompetizzjoni: Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“QĠUE”), appoġġ finanzjarju jew appoġġ in natura jwassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni minħabba li jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra. (14) Jista' jkun li operaturi eżistenti, minħabba l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil kompetitur, jnaqqsu l-kapaċità jew inkella operaturi potenzjali jistgħu jiddeċiedu li ma jidħlux f'suq ġdid jew f'żona ġeografika ġdida. Id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni aktarx li jiżdiedu jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu pożizzjoni qawwija fis-suq. Meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun diġà dominanti f'suq, il-miżura tal-għajnuna tista' ssaħħaħ din id-dominanza billi tkompli ddgħajjef ir-restrizzjoni kompetittiva li l-kompetituri jistgħu jeżerċitaw.

    (11)

    Effett fuq il-kummerċ: Finalment, sa fejn l-intervent tal-Istat ikun jista' jaffettwa lill-fornituri tas-servizzi minn Stati oħra taż-ŻEE (anke billi jiskoraġġixxi t-twaqqif tagħhom fl-Istat taż-ŻEE inkwistjoni), dan ikollu effett ukoll fuq il-kummerċ ladarba s-swieq għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (is-swieq tal-broadband bl-ingrossa u fil-livell tal-konsumatur) huma miftuħin għall-kompetizzjoni bejn l-operaturi u l-fornituri tas-servizz. (15)

    2.2.   L-assenza ta' għajnuna: l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq

    (12)

    L-Artikolu 125 tal-Ftehim taż-ŻEE jistipula li “[d]an il-Ftehim b'ebda mod ma għandu jippreġudika r-regoli tal-Partijiet Kontraenti li jirregolaw is-sistema ta' kif wieħed ikun sid ta' proprjetà”. Skont il-ġurisprudenza tal-QĠUE, f'rabta mal-Artikolu 345 korrispondenti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala “TFUE”), mill-prinċipju tat-trattament ugwali jirriżulta li l-kapital imqiegħed mill-Istat, direttament jew indirettament, għad-dispożizzjoni ta' impriża f'ċirkostanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq ma jistax jitqies bħala għajnuna mill-Istat. Meta investiment f'ishma jew l-injezzjonijiet ta' kapital minn investitur pubbliku ma joffrux biżżejjed prospetti ta' profittabbiltà, lanqas fuq medda twila ta' żmien, tali intervent irid jitqies bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, u l-kompatibbiltà tiegħu mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE trid tiġi evalwata biss fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni. (16)

    (13)

    Fid-deċiżjoni tagħha ta' Amsterdam, il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn' il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”) eżaminat l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq fil-qasam tal-broadband. (17) Kif enfasizzat f'din id-deċiżjoni, il-konformità ta' investiment pubbliku mat-termini tas-suq trid tintwera bl-akbar reqqa u b'mod komprensiv, jew permezz ta' parteċipazzjoni sinifikanti ta' investituri privati jew inkella permezz tal-eżistenza ta' pjan għaqli tan-negozju li juri redditu adegwat fuq l-investiment. Meta jieħdu sehem investituri privati fil-proġett, hija kundizzjoni sine qua non li jkollhom jassumu r-riskju kummerċjali marbut mal-investiment bl-istess termini u kundizzjonijiet tal-investitur pubbliku. Dan japplika wkoll għal forom oħra ta' appoġġ mill-Istat bħala self b'imgħax favorevoli jew garanziji. (18)

    2.3.   Għajnuna mill-Istat għat-tnedija tal-broadband bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali — Altmark u l-kompatibbiltà skont l-Artikolu 59 (2) tal-Ftehim taż-ŻEE.

    (14)

    F'ċerti każijiet, l-Istati tal-EFTA jistgħu jikkunsidraw li l-forniment ta' netwerk tal-broadband għandu jitqies bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala “SIEĠ”) skont it-tifsira tal-Artikolu 59 (2) tal-Ftehim taż-ŻEE (19) u tal-ġurisprudenza ta' Altmark  (20) u jipprovdu finanzjament pubbliku fuq din il-bażi. F'każijiet bħal dawn, il-miżuri tal-Istati tal-EFTA jridu jiġu vvalutati skont il-Linji gwida tal-Awtorità dwar il-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, (21) u l-Qafas tal-Awtorità għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi, (22) kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-Applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati mill-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, (23) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta' April 2012 dwar l-Applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. (24) Dawn id-dokumenti (li r-referenza għalihom kollha f'daqqa hija l-pakkett “SIEĠ”) japplikaw ukoll għall-għajnuna mill-Istat fl-implimentazzjoni tal-broadband. Dan li ġej se juri biss l-applikazzjoni ta' xi wħud mill-prinċipji ċċarati f'dawn id-dokumenti għall-finanzjament tal-broadband, fid-dawl ta' ċerti speċifiċitajiet settorjali.

    Id-definizzjoni tas-SIEĠ

    (15)

    Rigward id-definizzjoni tas-SIEĠ, l-Awtorità diġà ċċarat, f'termini ġenerali, li l-Istati tal-EFTA ma jistgħux jgħaqqdu obbligi speċifiċi tas-servizz pubbliku ma' servizzi li diġà huma pprovduti jew li jistgħu jiġu pprovduti b'mod sodisfaċenti u taħt kundizzjonijiet, bħalma huma l-prezz, il-karatteristiċi oġġettivi tal-kwalità, il-kontinwità u l-aċċess għas-servizz, li huma konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, minn impriżi li joperaw f'kundizzjonijiet normali tas-suq. (25)

    (16)

    Fl-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju għas-settur tal-broadband, l-Awtorità tikkunsidra li f'inħawi fejn investituri privati diġà investew f'infrastruttura ta' netwerk tal-broadband (jew qed ikomplu jespandu n-netwerk) u diġà qed ifornu servizzi kompetittivi tal-broadband b'kopertura adegwata tal-broadband, il-ħolqien ta' infrastruttura parallela tal-broadband li tkun kompetittiva u ffinanzjata b'fondi pubbliċi ma jistax jiġi kkunsidrat bħala SIEĠ skont it-tifsira tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE. (26) Madankollu, meta jkun jista' jiġi ppruvat li l-investituri privati jistgħu ma jkunux f'qagħda li jipprovdu, fil-ġejjieni qrib (27), kopertura adegwata tal-broadband liċ-ċittadini jew lill-konsumaturi kollha, u b'hekk iħallu biċċa mdaqqsa mill-popolazzjoni mhux imqabbda, jista' jingħata kumpens għal servizz pubbliku lil impriża fdata bl-operat ta' SIEĠ, dejjem jekk il-kundizzjonijiet tal-komunikazzjoni dwar SIEĠ jiġu sodisfatti. F'dan ir-rigward, in-netwerks li jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal SIEĠ għandhom ikunu dejjem ta' tip paragunabbli, jiġifieri netwerks tal-broadband bażiku jew inkella netwerks tat-tip NGA.

    (17)

    Barra minn hekk, it-tnedija u l-operat ta' infrastruttura tal-broadband jistgħu jikkwalifikaw bħala SIEĠ biss jekk it-tali infrastruttura tipprovdi lill-utenti kollha f'żona partikolari b'konnettività universali, kemm għall-konsumaturi residenzjali kif ukoll kummerċjali. L-appoġġ għall-konnessjoni ta' negozji biss ma tkunx biżżejjed. (28)

    (18)

    In-natura obbligatorja tal-missjoni ta' SIEĠ timplika wkoll li l-fornitur tan-netwerk li jkun se jitnieda ma jkunx jista' jirrifjuta l-aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura fuq bażi diskrezzjonarja u/jew diskriminatorja (għax, pereżempju, jista' ma jkunx jagħmel sens kummerċjali li jipprovdi s-servizzi ta' aċċess f'żona partikolari).

    (19)

    Minħabba l-livell ta' kompetizzjoni li ntlaħaq minn mindu s-settur tal-komunikazzjoni elettronika ġie liberalizzat fiż-ŻEE, u b'mod partikolari minħabba l-kompetizzjoni li teżisti llum fis-suq tal-broadband fil-livell tal-konsumatur, għandu jkun disponibbli għall-operaturi kollha interessati netwerk iffinanzjat pubblikament imwaqqaf fil-kuntest ta' SIEĠ. Hekk, l-għarfien ta' missjoni ta' SIEĠ għall-implimentazzjoni tal-broadband għandu jkun imsejjes fuq il-fornitura ta' infrastruttura passiva, (29) newtrali (30) u miftuħa. Tali netwerk għandu jipprovdi lil dawk li jfittxu l-aċċess bil-forom kollha possibbli ta' aċċess għan-netwerk u jippermetti kompetizzjoni effettiva fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, b'mod li jiżgura l-fornitura ta' servizzi kompetittivi u bi prezz konvenjenti lill-utenti finali. (31)

    (20)

    Għalhekk, il-missjoni ta' SIEĠ għandha tkopri biss l-implimentazzjoni ta' netwerk tal-broadband li jipprovdi konnettività universali u jforni bl-ingrossa s-servizzi relatati mal-aċċess, mingħajr ma jinkludi s-servizzi tal-komunikazzjoni bl-imnut. (32) Meta l-fornitur tal-missjoni ta' SIEĠ ikun ukoll operatur tal-broadband integrat vertikalment, għandhom jitpoġġew fis-seħħ salvagwardji adegwati sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta' interess, diskriminazzjoni u kwalunkwe vantaġġ moħbi indirett ieħor. (33)

    (21)

    Peress li s-suq għall-komunikazzjonijiet elettroniċi huwa liberalizzat għal kollox, missjoni ta' SIEĠ għat-tnedija tal-broadband ma tistax tkun ibbażata fuq l-għoti ta' jedd esklużiv jew speċjali lill-fornitur tas-SIEĠ skont it-tifsira tal-Artikolu 59 (2) tal-Ftehim taż-ŻEE.

    Kalkolu tal-irkupru u restituzzjoni

    (22)

    Għall-kalkolu tal-kumpens tas-SIEĠ, japplikaw b'mod sħiħ il-prinċipji tal-pakkett tas-SIEĠ. Madankollu, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-broadband, huwa utli li tiżdied kjarifika għal SIEĠ intenzjonat li jkopri żoni ġirien jew distretti mhux konnessi (hekk imsejħa “żoni bojod”) fi ħdan żona usa' fejn xi operaturi diġà jkunu nedew l-infrastruttura tan-netwerk tagħhom stess jew jistgħu jippjanaw li jagħmlu dan fil-futur qarib. F'każijiet fejn iż-żona li għaliha jkun fdat is-SIEĠ ma tkunx limitata biss għaż-“żoni bojod”, minħabba d-daqs jew il-post tagħhom, il-fornitur tas-SIEĠ jista' jkollu bżonn iniedi infrastruttura ta' netwerk anke fiż-żoni li jrendu qligħ li jkunu diġà koperti minn operaturi kummerċjali. F'sitwazzjoni bħal din, kwalunkwe kumpens mogħti għandu jkopri biss l-ispejjeż għall-introduzzjoni ta' infrastruttura fiż-“żoni bojod” fejn mhemmx qligħ, filwaqt li jitqies id-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli. (34)

    (23)

    F'ħafna ċirkustanzi, jista' jkun xieraq li l-ammont ikkumpensat jiġi stabbilit fuq bażi ex ante, sabiex ikopri d-diskrepanza mistennija tal-likwidità fuq perjodu partikolari, minflok ma jistabbilixxi l-kumpens sempliċiment fuq il-bażi tal-ispejjeż u d-dħul hekk kif iseħħu. Fil-mudell preċedenti, tipikament hemm aktar inċentivi għall-kumpanija biex trażżan l-ispejjeż u tiżviluppa n-negozju maż-żmien. (35) Meta missjoni ta' SIEĠ għat-tnedija ta' netwerk tal-broadband ma tkunx ibbażata fuq it-tnedija ta' infrastruttura pubblika, għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi adegwati ta' reviżjoni u ta' rkupru sabiex jiġi evitat li l-fornitur tas-SIEĠ jikseb vantaġġ mhux mistħoqq billi jżomm is-sjieda tan-netwerk li jkun ġie ffinanzjat b'fondi pubbliċi meta tiskadi l-konċessjoni tas-SIEĠ.

    2.4.   Miżuri amministrattivi u regolatorji li jappoġġjaw l-introduzzjoni tal-broadband u li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat

    (24)

    L-Istati tal-EFTA jistgħu jagħżlu diversi tipi ta' miżuri sabiex iħaffu t-tnedija tal-broadband, u b'mod partikolari netwerks NGA, minbarra li jipprovdu finanzjament dirett lill-kumpaniji. Dawn il-miżuri mhux bilfors iridu jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

    (25)

    Minħabba li ġeneralment is-sehem kbir mill-ispiża tat-tnedija tan-netwerks NGA qiegħed fix-xogħol tal-inġinerija ċivili, (36) l-Istati tal-EFTA jistgħu jiddeċiedu sabiex b'konformità mal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, (37) pereżempju, jiffaċilitaw il-proċess tal-akkwist ta' jeddijiet ta' mogħdija, jitolbu li l-operaturi tan-netwerks jikkoordinaw ix-xogħlijiet tagħhom ta' inġinerija ċivili u/jew jaqsmu bejniethom parti mill-infrastruttura tagħhom. Bl-istess mod, l-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu wkoll li għal kwalunkwe xogħol strutturali (inklużi netwerks ġodda tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport jew tad-drenaġġ) u/jew bini ġdid, għandu jkun hemm konnessjoni adattata għal NGA. Partijiet terzi jistgħu wkoll ipoġġu l-infrastruttura tagħhom ta' netwerk passiv bi spejjeż tagħhom meta jitwettqu xogħlijiet ġenerali ta' inġinerija ċivili fi kwalunkwe każ. Din l-opportunità għandha tiġi offruta b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju lill-operaturi kollha interessati u fil-prinċipju għandha tkun miftuħa għall-utenti potenzjali kollha u mhux biss għall-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (jiġifieri s-servizzi essenzjali tal-elettriku, il-gass, l-ilma, eċċ.). (38) Inventarju ċentralizzat tal-infrastruttura eżistenti (sussidjata jew mod ieħor), li possibilment tinkludi wkoll ix-xogħlijiet ippjanati, tista' tgħin fl-introduzzjoni tal-broadband kummerċjali. (39) L-infrastruttura eżistenti ma tikkonċernax biss l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, bħall-infrastruttura bil-wajers, bla wajers jew satellitari, iżda wkoll l-infrastrutturi alternattivi (drenaġġ, toqob tal-ispezzjonar, eċċ.) ta' industriji oħra (bħalma huma s-servizzi pubbliċi). (40)

    2.5.   L-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE

    (26)

    Meta intervent mill-Istat għall-appoġġ tal-implimenazzjoni tal-broadband jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet definiti fit-Taqsima 2.1, il-kompatibbiltà tiegħu ġeneralment tiġi vvalutata mill-Awtorità skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE. (41) Sal-lum il-ġurnata, awtoritajiet reġjonali u lokali adottaw mudelli differenti ta' intervent. Lista mhux eżawrjenti ta' dawn il-mudelli tinsab fl-Appendiċi. Apparti minn dawk deskritti fl-appendiċi, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu wkoll jiżviluppaw mudelli oħra ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-broadband. (42) Għat-tipi kollha tal-forom ta' interventi, il-kriterji kollha ta' kompatibilità stipulati f'dawn il-Linji Gwida jridu jiġu applikati. (43)

    (27)

    Proġetti tal-broadband li jirċievu għajnuna mill-Istat jistgħu jsiru f'żoni assistiti fis-sens tal-Artikolu 61(3) (a) u (c) tat-TFUE, u l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali (RAG — Regional Aid Guidelines). (44) F'dan il-każ, l-għajnuna għall-broadband tista' tikkwalifika bħala għajnuna għal investiment inizjali skont ir-regoli għall-għajnuna reġjonali. Meta miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' regoli bħal dawn, u fejn tkun maħsuba li tagħti għajnuna ad hoc lil ditta waħda, jew għajnuna limitata għal qasam wieħed ta' attività, l-Istat tal-EFTA huwa responsabbli li juri li l-kundizzjonijiet tar-regoli dwar l-għajnuna reġjonali jkunu ġew issodisfati. Dan jinkludi b'mod partikolari li l-proġett inkwistjoni jikkontribwixxi għal strateġija koerenti għall-iżvilupp reġjonali u li, meta jitqiesu n-natura u d-daqs tal-proġett, ma jkunx se jwassal għal distorsjonijiet inaċċettabbli tal-kompetizzjoni.

    2.5.1.   Ħarsa ġenerali lejn il-prinċipji komuni tal-kompatibbiltà

    (28)

    Fil-valutazzjoni skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità tiżgura li l-impatt pożittiv tal-miżura ta' għajnuna biex jintlaħaq għan ta' interess komuni jegħleb l-effetti negattivi potenzjali tagħha, bħalma huma d-distorsjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni. Dan l-eżerċizzju jitwettaq f'żewġ partijiet.

    (29)

    L-ewwel nett, kull miżura ta' għajnuna trid tkun konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa ta' hawn taħt. In-nuqqas ta' konformità ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin iwassal biex l-għajnuna tiġi ddikjarata inkompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE.

    (1)

    Il-kontribuzzjoni għall-ilħuq tal-għanijiet ta' interess komuni

    (2)

    In-nuqqas ta' twassil fis-suq minħabba nuqqasijiet fis-suq jew inugwaljanzi importanti

    (3)

    L-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika

    (4)

    L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv

    (5)

    Għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ

    (6)

    Effetti negattivi limitati

    (7)

    Trasparenza

    (30)

    It-tieni nett, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa, l-Awtorità tiżen l-effetti pożittivi tal-miżura ta' għajnuna fl-ilħuq ta' għan ta' interess komuni kontra l-effetti negattivi potenzjali.

    (31)

    L-istadji individwali tal-valutazzjoni tal-Awtorità fil-qasam tal-broadband huma stabbiliti f'aktar dettall f'dan li ġej:

    (1)   Il-kontribuzzjoni għall-ilħuq tal-għanijiet ta' interess komuni

    (32)

    Fir-rigward tal-għan ta' interess komuni, l-Awtorità se tevalwa sa liema punt l-intervent ippjanat jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ta' interess komuni spjegati hawn fuq.

    (2)   In-nuqqas ta' twassil fis-suq minħabba nuqqasijiet fis-suq jew inugwaljanzi importanti

    (33)

    Ikun hemm “nuqqas fis-suq” jekk is-swieq, imħollija jfendu għal rashom, mingħajr ebda intervent, jonqsu milli jagħtu riżultat effiċjenti għas-soċjetà. Dan jista' jseħħ, pereżempju, meta ċerti investimenti ma jkunux qed isiru anki jekk il-benefiċċju ekonomiku għas-soċjetà jaqbeż l-ispejjeż. (45) F'każijiet bħal dawn, l-għoti ta' għajnuna mill-Istat jista' jipproduċi effetti pożittivi u l-effiċjenza ġenerali tista' titjieb billi jiġu aġġustati l-inċentivi ekonomiċi għall-kumpaniji. Fis-settur tal-broadband, waħda mill-forom ta' nuqqas tas-suq hija relatata mal-esternalitajiet pożittivi. Esternalitajiet bħal dawn jinqalgħu meta l-operaturi fis-suq ma jinternalizzawx il-benefiċċju sħiħ tal-azzjonijiet tagħhom. Pereżempju, id-disponibbiltà tan-netwerks tal-broadband twitti t-triq għall-forniment ta' aktar servizzi u għall-innovazzjoni, li probabbli t-tnejn li huma jibbenefikaw minnhom aktar nies milli sempliċiment l-investituri immedjati u l-abbonati tan-netwerk. Għalhekk ir-riżultat tas-suq ma jiġġenerax biżżejjed investiment privat fin-netwerks tal-broadband.

    (34)

    Minħabba l-ekonomija tad-densità, ġeneralment it-tnedija tan-netwerks tal-broadband tkun aktar profittabbli meta t-talba potenzjali tkun akbar u kkonċentrata, jiġifieri f'żoni fejn ikun hemm densità għolja ta' popolazzjoni. Minħabba l-ispejjeż fissi tal-investiment għolja, l-ispejjeż għal kull unità jiżdiedu b'mod sinifikanti hekk kif id-densità tal-popolazzjoni tonqos. (46) Għaldaqstant, meta jiġu implimentati fuq termini kummerċjali, in-netwerks tal-broadband għandhom tendenza li jkopru bi qligħ parti biss tal-popolazzjoni. Madankollu, l-aċċess mifrux u bi prezzijiet konvenjenti għall-broadband jiġġenera esternalitajiet pożittivi minħabba l-ħila tiegħu li jħaffef it-tkabbir u l-innovazzjoni fis-setturi kollha tal-ekonomija. Fejn is-suq ma jipprovdix biżżejjed kopertura tal-broadband jew il-kundizzjonijiet tal-aċċess ma jkunux adegwati, l-għajnuna mill-Istat tista' għalhekk tgħin biex jiġi rrimedjat dan in-nuqqas tas-suq.

    (35)

    It-tieni għan possibbli ta' interess komuni huwa relatat mal-ekwità. Il-gvernijiet jistgħu jagħżlu li jintervjenu biex jikkoreġu inugwaljanzi soċjali u reġjonali ġġenerati minn riżultat tas-suq. F'ċerti każi, l-għajnuna mill-Istat għall-broadband tista' tintuża wkoll biex jintlaħqu għanijiet relatati mal-ekwità, jiġifieri bħala mod kif jittejjeb l-aċċess għal mezz essenzjali ta' komunikazzjoni u parteċipazzjoni fis-soċjetà, kif ukoll ta' libertà tal-espressjoni għall-membri kollha tas-soċjetà, u b'hekk titjieb il-koeżjoni soċjali u territorjali.

    (3)   L-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument tal-politika u t-tfassil tal-miżura

    (36)

    L-intervent pubbliku b'appoġġ għan-netwerks tal-broadband jista' sseħħ fil-livell statali, reġjonali jew muniċipali. (47) Għalhekk, il-koordinazzjoni tad-diversi interventi hija essenzjali biex jiġi evitat xogħol doppju u inkoerenza. Biex tiġi żgurata l-konsistenza u l-koordinazzjoni tal-interventi lokali, hemm bżonn li jiġi żgurat livell għoli ta' trasparenza tal-inizjattivi lokali.

    (37)

    Kull fejn ikun possibbli, u b'tali mod li jiġu rrispettati l-kompetenzi u l-ispeċifiċitajiet, l-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jfasslu skemi nazzjonali li jiddefinixxu l-prinċipji ewlenin li fuqhom huma msawrin l-inizjattivi pubbliċi u li jindikaw l-iktar karatteristiċi rilevanti tan-netwerks ippjanati. (48) Skemi fil-qafas nazzjonali għall-iżvilupp tal-broadband jiżguraw il-koerenza fl-użu tal-fondi pubbliċi, inaqqsu l-piż amministrattiv ta' awtoritajiet awtorizzanti iżgħar u jħaffu l-implimentazzjoni tal-miżuri individwali ta' għajnuna. Barra minn hekk, l-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jagħtu gwida ċara fil-livell ċentrali għat-tnedija ta' proġetti tal-broadband iffinanzjati permezz ta' għajnuna mill-Istat.

    (38)

    Ir-rwol tal-ARNijiet fit-tfassil ta' miżura ta' għajnuna mill-Istat favur il-kompetizzjoni b'appoġġ għall-broadband huwa partikolarment importanti. L-ARNijiet kisbu għarfien tekniku u espert minħabba r-rwol kruċjali assenjat lilhom b'regolament settorjali. (49) Dawn jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-iskemi ta' għajnuna mill-Istat, u għandhom jiġu kkonsultati meta jkunu qed jiġu identifikati iż-żoni fil-mira. L-ARNijiet għandhom jiġu kkonsultati wkoll fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezzijiet u l-kundizzjonijiet tal-aċċess bl-ingrossa u fis-soluzzjoni ta' tilwim bejn dawk li jfittxu l-aċċess u l-operatur tal-infrastruttura ssussidjata. L-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jipprovdu lill-ARNijiet ir-riżorsi li jeħtieġu biex jagħtu dan l-appoġġ. Fejn meħtieġ, l-Istati tal-EFTA għandhom jipprovdu bażi legali xierqa għal tali involviment tal-ARNijiet fil-proġetti tal-broadband li jirċievu għajnuna mill-Istat. B'konformità mal-aħjar prattika, l-ARNijiet għandhom jippubblikaw linji gwida għall-awtoritajiet lokali li jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar l-analiżi tas-suq, prodotti ta' aċċess bl-ingrossa u prinċipji tal-ipprezzar li jieħdu inkonsiderazzjoni l-Qafas Regolatorju għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u r-Rakkomandazzjonijiet relattivi ppubblikati mill-Awtorità. (50)

    (39)

    Minbarra l-involviment tal-ARNijiet, l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni jistgħu jipprovdu wkoll pariri siewja rigward skemi ta' oqfsa kbar biex jgħinu fl-istabbiliment ta' kundizzjonijiet newtrali fil-kompetizzjoni għal operaturi li jitfgħu l-offerti u sabiex jiġi evitat li parti sproporzjonatament għolja mill-fondi tal-Istat tkun allokata għal operatur wieħed, u b'hekk tissaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu (possibbilment diġà dominanti) fis-suq. (51) Minbarra r-rwol tal-ARNijiet, wħud mill-Istati taż-ŻEE waqqfu ċentri ta' kompetenza nazzjonali sabiex jgħinu awtoritajiet lokali żgħar biex ifasslu miżuri ta' għajnuna statali adegwati u biex tiġi żgurata konsistenza fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif speċifikat f'dawn il-linji gwida. (52)

    (40)

    Sabiex il-miżura titfassal kif xieraq, it-test tal-ibbilanċjar jitlob ukoll li l-għajnuna mill-Istat tkun strument ta' politika adattata sabiex tiġi indirizzata l-problema. F'dan ir-rigward, filwaqt li f'bosta każi r-regolament ex ante ffaċilita l-implimentazzjoni tal-broadband f'żoni urbani u f'żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni, dan jaf ma jkunx strument suffiċjenti biex ikun jista' jiġi fornut servizz tal-broadband, speċjalment f'żoni li mhumiex moqdijin tajjeb fejn il-qligħ inerenti tal-investiment ikun baxx. (53) Bl-istess mod, għalkemm jistgħu jikkontribwixxu b'mod pożittiv għall-penetrazzjoni tal-broadband, (54) miżuri min-naħa tad-domanda favur il-broadband (bħal vawċers għall-utenti finali) mhux dejjem jistgħu jsolvu n-nuqqas tal-fornitura tal-broadband. (55) Għaldaqstant, f'ċerti sitwazzjonijiet, jista' ma jkun hemm l-ebda triq oħra ħlief dik li jingħata finanzjament pubbliku sabiex jingħeleb in-nuqqas ta' konnettività mal-broadband. L-awtoritajiet awtorizzanti għandhom iqisu wkoll (ri)allokazzjonijiet tal-ispettru li jwasslu għall-introduzzjoni possibbli tan-netwerk fiż-żoni fil-mira li jistgħu jiksbu l-għanijiet tal-awtoritajiet awtorizzanti mingħajr id-dispożizzjoni ta' għotjiet diretti.

    (4)   L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv

    (41)

    Rigward l-effett ta' inċentiv tal-miżura, wieħed irid jeżamina jekk l-investiment ikkonċernat f'netwerk tal-broadband kienx isir fl-istess perjodu mingħajr ebda għajnuna mill-Istat. Meta operatur ikun soġġett għal ċerti obbligi biex ikopri ż-żona fil-mira, (56) jista' ma jkunx eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat, peress li probabbli din tal-aħħar ma jkollhiex effett ta' inċentiv.

    (5)   Għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ

    (42)

    Fil-valutazzjoni tal-karattru proporzjonali tal-miżuri nnotifikati, l-Awtorità se tenfasizza għadd ta' kundizzjonijiet neċessarji biex tiġi mminimizzata l-għajnuna mill-Istat involuta u d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, kif spjegat f'aktar dettall fit-Taqsimiet li ġejjin.

    (6)   Effetti negattivi limitati

    (43)

    Madankollu, il-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju kaġun tal-għajnuna jista' jkollha wkoll effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Is-sinifikat tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni jista' jiġi vvalutat f'termini tal-effetti fuq il-kompetituri. Jekk il-kompetituri jaraw il-profittabbiltà tal-investiment preċedenti tagħhom tonqos minħabba l-għajnuna, jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-investiment futur tagħhom stess jew saħansitra jirtiraw mis-suq għalkollox. (57) Barra minn hekk, fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna li jrid jintgħażel wara proċess ta' għażla kompetittiva aktarx se jkun impriża li diġà hija dominanti f'suq jew li tista' ssir dominanti minħabba l-investiment iffinanzjat mill-Istat, il-miżura ta' għajnuna tista' ddgħajjef il-limitu kompetittiv li l-kompetituri jistgħu jeżerċitaw. Barra minn hekk, jekk miżura ta' għajnuna mill-Istat jew il-kundizzjonijiet marbutin magħha (inkluż il-metodu ta' ffinanzjar meta jkun jifforma parti integrali minnha) ikunu jinvolvu ksur mhux separabbli tal-liġi taż-ŻEE, l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. (58)

    (7)   Trasparenza

    (44)

    L-għajnuna għandha tingħata b'mod trasparenti; b'mod partikolari, għandu jiġi żgurat li l-Istati tal-EFTA, l-operaturi ekonomiċi, il-pubbliku interessat u l-Awtorità jkollhom aċċess faċli għall-atti rilevanti kollha u għall-informazzjoni pertinenti dwar l-għajnuna li tingħata taħthom. Id-dettalji tal-ħtiġijiet għat-trasparenza huma speċifikati fil-paragrafu (74).

    (8)   L-eżerċizzju ġenerali ta' bbilanċjar u l-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà biex tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni

    (45)

    Skema ta' għajnuna mill-Istat għall-broadband li tkun imfassla bir-reqqa għandha tiżgura li l-bilanċ globali tal-effetti tal-miżura jkun pożittiv.

    (46)

    F'dan ir-rigward, l-effett tal-miżura tal-għajnuna mill-Istat jista' jiġi deskritt bħala bidla tal-attività meta mqabbel ma' x'kien jiġri mingħajr l-għajnuna. L-effetti pożittivi tal-għajnuna huma marbutin direttament mal-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Din il-bidla għandha tippermetti li jintlaħaq l-għan mixtieq ta' interess komuni. Fis-settur tal-broadband, l-għajnuna twassal għall-introduzzjoni ta' infrastruttura ġdida li ma kinitx tkun teżisti f'ċirkustanzi differenti, u b'hekk twassal għal kapaċità u veloċità addizzjonali fis-suq kif ukoll għal prezzijiet orħos u għażla aħjar għall-konsumaturi, għa; kwalità ogħla u għall-innovazzjoni. Dan iwassal ukoll għal aktar aċċess għall-konsumaturi għal riżorsi onlajn u, flimkien ma' żieda fil-protezzjoni tal-konsumatur f'dan il-qasam, aktarx li jqanqal żieda fid-domanda.

    (47)

    Netwerk issussidjat għandu jkun kapaċi jiżgura “bidla fl-istadju” f'termini ta' disponibbiltà tal-broadband. “Bidla fl-istadju” tista' tintwera jekk, bħala riżultat tal-intervent pubbliku, (i) l-offerent magħżul jagħmel investimenti ġodda sinifikanti fin-netwerk tal-broadband (59) u (ii) l-infrastruttura ssussidjata ġġib magħha kapaċitajiet ġodda sinifikanti għas-suq f'termini ta' disponibbiltà u kapaċità, (60) veloċitajiet u kompetizzjoni fis-servizz tal-broadband. (61) Il-bidla fl-istadju hija mqabbla ma' netwerks eżistenti kif ukoll ma' netwerks li għandhom implimentazzjoni konkreta ppjanata.

    (48)

    Barra minn hekk, sabiex jiżgura li l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni jitnaqqsu, iridu jiġu ssodisfati għadd ta' kundizzjonijiet fit-tfassil tal-miżura ta' għajnuna, kif speċifikat hawn taħt fit-Taqsima 3.4.

    (49)

    Sabiex tkompli tiżgura li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu limitati, l-Awtorità tista' titlob li ċerti skemi jkunu soġġetti għal limitu ta' żmien (normalment ta' erba' snin jew inqas) u għal evalwazzjoni sabiex tivverifika (i) jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet li wasslu għad-deċiżjoni tal-kompatibbiltà jkunux seħħu; (ii) l-effettività tal-miżura ta' għajnuna fid-dawl tal-għanijiet definiti minn qabel tagħha; (iii) l-impatt tagħha fuq is-swieq u l-kompetizzjoni u li l-ebda effett ta' distorsjoni ma jinħoloq tul iż-żmien tal-iskema ta' għajnuna li jmur kontra l-interessi taż-ŻEE. (62) Minħabba l-objettivi tagħha u sabiex ma jintefax piż sproporzjonat fuq l-Istati tal-EFTA u fuq proġetti ta' għajnuna iżgħar, dan japplika biss għal skemi ta' għajnuna nazzjonali u skemi ta' għajnuna b'baġits kbar ta' għajnuna, li jkun fihom karatteristiċi ġodda, jew inkella meta tibdil sinifikanti fis-suq, teknoloġiku jew regolatorju jkun previst. L-evalwazzjoni titwettaq minn espert, indipendenti mill-awtorità li tawtorizza l-għajnuna mill-Istat, fuq il-bażi ta' metodoloġija (63) komuni, u ssir pubblika. L-evalwazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità fi żmien xieraq biex tippermetti l-valutazzjoni tal-estensjoni possibbli tal-miżura ta' għajnuna u fi kwalunkwe każ meta tiskadi l-iskema. L-ambitu u l-modalitajiet preċiżi tal-evalwazzjoni għandhom jiġu definiti fid-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-miżura ta' għajnuna. Kwalunkwe miżura sussegwenti ta' għajnuna b'għan simili għandha tieħu inkonsiderazzjoni r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni.

    (50)

    Jekk it-test tal-ibbilanċjar juri li l-effetti negattivi jisbqu lil dawk pożittivi, l-Awtorità tista' tipprojbixxi l-għajnuna, jew titlob azzjoni ta' rimedju, fil-mod kif inhi mfassla l-għajnuna jew fil-ħsara li tagħmel lill-kompetizzjoni.

    3.   IL-VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-BROADBAND

    3.1.   Tipi ta' netwerks tal-broadband

    (51)

    Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, dawn il-Linji Gwida jagħmlu distinzjoni bejn netwerks bażiċi u NGA.

    (52)

    Diversi pjattaformi differenti tat-teknoloġija jistgħu jitqiesu bħala netwerks bażiċi tal-broadband fosthom il-linji diġitali asimmetriċi tal-abbonat (sa netwerks tal-ADSL2+), il-kejbil non-enhanced (pereżempju, id-DOCSIS 2.0), in-netwerks tal-mowbajl tat-tielet ġenerazzjoni (UMTS) u s-sistemi satellitari.

    (53)

    Fl-istadju attwali tal-iżvilupp tas-suq u dak teknoloġiku, (64) in-netwerks tat-tip NGA huma netwerks ta' aċċess li jiddependu totalment jew parzjalment minn elementi ottiċi (65) u li huma kapaċi jwasslu s-servizzi ta' aċċess għall-broadband b'karatteristiċi mtejba meta mqabblin man-netwerks tal-broadband bażiku eżistenti. (66)

    (54)

    In-netwerks tat-tip NGA huma mifhuma li għallinqas ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin: (i) iwasslu b'mod affidabbli servizzi b'veloċità għolja ħafna għal kull abbonat permezz ta' backhaul ottiku (jew teknoloġija ekwivalenti) qrib biżżejjed għall-post tal-utenti sabiex biex ikun iggarantit it-twassil attwali tal-veloċità għolja ħafna; (ii) jappoġġjaw firxa ta' servizzi diġitali avvanzati fosthom servizzi konverġenti għalkollox IP, u (iii) jkollhom veloċitajiet tat-tlugħ sostanzjalment ogħla (meta mqabblin man-netwerks tal-broadband bażiku). Fl-istadju attwali tal-iżvilupp tas-suq u dak teknoloġiku, in-netwerks tat-tip NGA huma: (i) netwerks għal aċċess ibbażati fuq il-fibra ottika (FTTx), (67) (ii) netwerks bil-kejbil avvanzati u ameljorati (68) u (iii) ċerti netwerks għal aċċess bla wajers avvanzati kapaċi jwasslu veloċitajiet għolja affidabbli għal kull abbonat. (69)

    (55)

    Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li, fuq medda twila ta' żmien, in-netwerks tat-tip NGA huma mistennija jieħdu post in-netwerks eżistenti tal-broadband bażiku u mhux biss jaġġornawhom. Minħabba li n-netwerks tat-tip NGA jirikjedu struttura differenti ta' netwerk li toffri servizzi tal-broadband ta' kwalità li tkun aħjar b'mod sinifikanti minn dawk tal-lum, kif ukoll il-forniment ta' servizzi multipli li ma jistgħux jiġu sostnuti min-netwerks ta' bħalissa tal-broadband, jista' jkun li fil-ġejjieni se jiżviluppaw differenzi ċari bejn żoni li se jkunu koperti min-netwerks tat-tip NGA u oħrajn li mhumiex se jkunu koperti. (70)

    (56)

    L-Istati tal-EFTA jistgħu jiddeċiedu b'mod liberu liema forma se jieħu l-intervent tagħhom, dejjem jekk dan ikun konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. F'ċerti każijiet, l-Istati tal-EFTA jistgħu jiddeċiedu li jiffinanzjaw l-hekk imsejħa netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGN), jiġifieri netwerks backhaul li ma jilħqux lill-utent finali. In-netwerks backhaul huma input neċessarju għall-operaturi tal-telekomunikazzjoni fil-livell tal-konsumatur sabiex jipprovdu servizzi ta' aċċess lill-utenti finali. Dawn it-tipi ta' netwerks huma kapaċi jsostnu kemm netwerks bażiċi kif ukoll dawk tat-tip NGA (71), u hija l-għażla (ta' investiment) tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni dwar x'tip ta' infrastruttura “tal-aħħar mil” jixtiequ jużaw biex jaqbdu man-netwerk backhaul. (72) L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu wkoll li jwettqu xogħlijiet ta' inġinerija ċivili biss (bħat-tħaffir fuq art pubblika, il-bini ta' kanali) sabiex jippermettu u jaċċelleraw l-implimentazzjoni mill-operaturi li jieħdu ħsieb tal-elementi tan-netwerks tagħhom. Barra minn hekk, meta jkun xieraq, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu wkoll jiddeċiedu li jieħdu inkonsiderazzjoni soluzzjonijiet satellitari.

    3.2.   Id-distinzjoni bejn żoni bojod, griżi u suwed għal netwerks tal-broadband bażiku

    (57)

    Sabiex ikunu evalwati n-nuqqas tas-suq u l-għanijiet ta' ekwità, tista' ssir distinzjoni bejn it-tipi ta' żoni li jistgħu jkunu fil-mira. Din id-distinzjoni hija spjegata fit-taqsimiet li ġejjin. Fl-identifikazzjoni ta' żoni fil-mira, kull meta l-intervent pubbliku huwa limitat għall-parti tal-backhaul tan-netwerk, il-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat se tqis is-sitwazzjoni kemm fuq is-swieq tal-backhaul kif ukoll fuq is-swieq ta' aċċess. (73)

    (58)

    L-istandards differenti li jiġġustifikaw l-interventi pubbliċi f'dawn iż-żoni ġeografiċi se jiġu deskritti hawn taħt.

    (59)

    Għall-fini tal-identifikazzjoni taż-żoni ġeografiċi bħala bojod, griżi jew suwed kif deskritti hawn taħt, jeħtieġ li l-awtorità li tawtorizza l-għajnuna tiddetermina jekk jeżistux infrastrutturi tal-broadband fiż-żona fil-mira. Sabiex jiżguraw aktar li l-intervent pubbliku ma jtellifx l-investimenti privati, l-awtoritajiet li jawtorizzaw l-għajnuna għandhom jivverifikaw ukoll jekk l-investituri privati għandhomx pjanijiet konkreti li jintroduċu l-infrastruttura tagħhom fil-futur qarib. It-terminu “futur qarib” irid jinftiehem li qed jirreferi għal perjodu ta' tliet snin. (74) Jekk l-awtorità awtorizzanti tieħu żmien itwal għall-introduzzjoni tal-infrastruttura ssussidjata, għandu jintuża wkoll l-istess tul ta' żmien biex tiġi vvalutata l-eżistenza ta' pjanijiet ta' investiment kummerċjali.

    (60)

    Sabiex tivverifika li ma hemm ebda investituri privati li qed jippjanaw li jintroduċu l-infrastruttura proprja tagħhom fil-futur qarib, l-awtorità li tawtorizza l-għajnuna għandha tippubblika sommarju tal-miżura ta' għajnuna ppjanata u tistieden il-partijiet interessati biex jikkummentaw.

    (61)

    Jeżisti r-riskju li s-sempliċi “espressjoni ta' interess” minn investitur privat tista' ddewwem l-għoti tas-servizzi tal-broadband għaż-żona fil-mira jekk sussegwentement tali investiment ma jseħħx, filwaqt li fl-istess ħin l-intervent pubbliku jkun ġie mwaqqaf. L-awtorità li tawtorizza l-għajnuna, għalhekk, tista' titlob ċerti impenji mill-investitur privat qabel ma tiddifferixxi l-intervent pubbliku. Dawn l-impenji għandhom jiżguraw li jsir progress sinifikanti f'termini ta' kopertura matul il-perjodu ta' tliet snin jew fil-perjodu itwal previst għall-investiment appoġġjat. L-awtorità tista' titlob ukoll sabiex l-operatur rispettiv li jidħol f'kuntratt korrispondenti jiddeskrivi l-impenji tat-tnedija. Dan il-kuntratt għandu jipprevedi għadd ta' “stadji importanti” li jkollhom jintlaħqu matul il-perjodu ta' tliet snin (75) u li jsir rapport dwar il-progress li jkun sar. Jekk stadju importanti ma jintlaħaqx, l-awtorità awtorizzanti tista' mbagħad tkompli bil-pjanijiet tagħha għal intervent pubbliku. Din ir-regola tapplika kemm għan-netwerks bażiċi kif ukoll għal dawk tat-tip NGA.

    3.2.1.   “Inħawi bojod”: il-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali u tal-għan għall-iżvilupp ekonomiku

    (62)

    “Żoni bojod” huma dawk iż-żoni li fihom ma hemm l-ebda infrastruttura tal-broadband u huwa improbabbli li se tiġi żviluppata fil-futur qarib. L-Awtorità tirrikonoxxi li, meta jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-provvista ta' servizzi tal-broadband f'żoni fejn il-broadband attwalment mhuwiex disponibbli, l-Istati tal-EFTA jkunu qed jaħdmu biex jilħqu għanijiet ġenwini ta' koeżjoni u ta' żvilupp ekonomiku u, għalhekk, l-intervent tagħhom aktarx ikun konformi mal-interess komuni, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.4 hawn taħt jiġu ssodisfati. (76)

    3.2.2.   “Inħawi griżi”: il-ħtieġa ta' evalwazzjoni aktar iddettaljata

    (63)

    “Żoni griżi” huma dawk iż-żoni li fihom huwa preżenti operatur wieħed ta' netwerk u mhux probabbli li jiġi żviluppat netwerk ieħor (77) fil-futur qarib. Is-sempliċi eżistenza ta' operatur wieħed (78) ta' netwerk mhux bilfors timplika li ma jeżisti ebda nuqqas tas-suq jew problema ta' koeżjoni. Jekk dak l-operatur ikollu s-saħħa fis-suq (monopolju) għandu mnejn jipprovdi liċ-ċittadini b'kombinazzjoni subottimali ta' kwalità u prezzijiet tas-servizz. Ċerti kategoriji ta' utenti jistgħu ma jkunux moqdija b'mod adegwat jew, fin-nuqqas ta' tariffi regolati tal-aċċess bl-ingrossa, il-prezzijiet fil-livell tal-konsum jistgħu jkunu ogħla mill-prezzijiet għall-istess servizzi offruti f'żoni jew reġjuni tal-pajjiż li jkunu aktar kompetittivi iżda paragunabbli fil-kumplament. Jekk, barra minn hekk, ikun hemm biss prospetti limitati li jidħlu fis-suq operaturi alternattivi, il-finanzjament ta' infrastruttura alternattiva jista' jkun miżura xierqa. (79)

    (64)

    Mill-banda l-oħra, f'żoni fejn diġà hemm operatur wieħed ta' netwerk tal-broadband, is-sussidji għall-bini ta' netwerk alternattiv jistgħu jikkawżaw distorsjoni fid-dinamika tas-suq. Għalhekk, l-appoġġ mill-Istat għat-tnedija ta' netwerks tal-broadband f'żoni “griżi” huwa ġġustifikat biss meta jkun jista' jintwera b'mod ċar li hemm nuqqas persistenti tas-suq. Ikun neċessarju li ssir analiżi aktar dettaljata u valutazzjoni bir-reqqa dwar il-kompatibbiltà.

    (65)

    Iż-żoni griżi jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat, dejjem jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà f'Taqsima 3.4, jekk jiġi ppruvat li (i) ebda servizz affordabbli jew adegwat ma jkun qed jiġi offrut biex jissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u tal-utenti kummerċjali (80) u li (ii) ma jkunx hemm miżuri oħra disponibbli li joħolqu inqas distorsjoni fis-suq (inkluża r-regolamentazzjoni ex ante) biex jintlaħqu l-istess għanijiet.

    (66)

    Sabiex (i) u (ii) jiġu stabbiliti, l-Awtorità trid tevalwa b'mod partikolari jekk:

    (a)

    il-kundizzjonijiet ġenerali tas-suq ma jkunux adegwati, billi teżamina, fost oħrajn, il-livell tal-prezzijiet tal-mument tal-broadband, it-tip ta' servizzi offruti lill-utenti aħħarija (tat-tip residenzjali jew tan-negozju) u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom;

    (b)

    fin-nuqqas ta' regolazzjoni ex ante imposta minn ARN, l-aċċess effettiv għal netwerk ma jkunx qed jiġi offrut lil partijiet terzi jew jekk il-kundizzjonijiet tal-aċċess ikunux iwasslu għal kompetizzjoni effettiva;

    (c)

    ix-xkiel ġenerali għad-dħul fis-suq ikunx jipprekludi d-dħul potenzjali ta' operaturi oħrajn tal-komunikazzjoni elettronika (81), u

    (d)

    kwalunkwe miżuri meħuda jew rimedji imposti mill-awtorità nazzjonali regolatorja jew tal-kompetizzjoni kompetenti fir-rigward tal-fornitur eżistenti ta' netwerk ma rnexxielhomx jegħlbu tali problemi.

    (67)

    Iż-żoni griżi li jissodisfaw il-kriterji tal-eleġibbiltà fil-paragrafi ta' hawn fuq biss se jgħaddu mit-test ta' kompatibbiltà deskritt fit-taqsima 3.4.

    3.2.3.   “Inħawi suwed”: l-ebda ħtieġa għal intervent mill-Istat

    (68)

    Meta f'żona ġeografika partikolari jkun hemm jew se jkun hemm fil-futur qarib tal-inqas żewġ netwerks tal-broadband bażiku u s-servizzi tal-broadband ikunu fornuti f'kundizzjonijiet kompetittivi (kompetizzjoni msejsa fuq l-infrastruttura (82)), wieħed jista' jassumi li ma jkun hemm ebda nuqqas tas-suq. Għalhekk ma tantx ikun hemm lok għal intervent mill-Istat biex jinġiebu aktar benefiċċji. Għall-kuntrarju, is-sostenn mill-Istat għall-finanzjament tal-bini ta' netwerk addizzjonali tal-broadband b'kapaċitajiet paragunabbli jista', fil-prinċipju, iwassal għal distorsjoni inaċċettabbli tal-kompetizzjoni, u għall-qlugħ 'il barra tal-investituri privati. Għalhekk, jekk ma jkunx hemm nuqqas tas-suq muri biċ-ċar, l-Awtorità tħares b'mod negattiv lejn miżuri li jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta' infrastruttura addizzjonali tal-broadband f'“żona sewda”. (83)

    3.3.   Id-distinzjoni bejn żoni bojod, griżi u suwed għal netwerks tat-tip NGA

    (69)

    Id-distinzjoni li saret hawn fuq fit-Taqsima 3.2 bejn żoni “bojod”, “griżi” u “suwed” hija rilevanti wkoll għall-valutazzjoni dwar jekk l-għajnuna mill-Istat għan-netwerks tat-tip NGA hijiex kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c).

    (70)

    Bħalissa, bis-saħħa ta' titjib fit-tagħmir attiv, ċerti netwerks avvanzati tal-broadband bażiku jistgħu jifilħu wkoll xi servizzi tal-broadband li fil-futur x'aktarx jiġu offruti fuq netwerks tat-tip NGA (bħas-servizzi triple play). Madankollu, jistgħu jitfaċċaw proġetti jew servizzi ġodda li mhumiex sostitwibbli mill-perspettiva tad-domanda jew tal-provvista li jkunu jeħtieġu kapaċità, affidabbiltà u veloċitajiet sostanzjalment ikbar ta' tlugħ u tniżżil lil hinn mill-ogħla limiti fiżiċi tal-infrastruttura tal-broadband bażiku.

    3.3.1.   “Żoni bojod fir-rigward tal-NGA”

    (71)

    Għal din ir-raġuni, għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għal netwerks tat-tip NGA, żona fejn fil-preżent ma jeżistux netwerks tat-tip NGA u fejn x'aktarx li ma jinbnewx minn investituri privati fi żmien tliet snin, skont il-paragrafi (59) sa (61) għandha titqies bħala żona “bajda fir-rigward tal-NGA”. Tali żona hija eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat għan-NGA sakemm il-kundizzjonijiet tal-kompatibilità indikati fit-Taqsimiet 3.4 u 3.5 ikunu ssodisfati.

    3.3.2.   “Żoni griżi fir-rigward tal-NGA”

    (72)

    Żona għandha titqies żona “griża fir-rigward tal-NGA” fejn ikun hemm netwerk wieħed biss (84) tat-tip NGA jew ikun se jitnieda fit-tliet snin li jkun jmiss u ma jkun hemm ebda pjanijiet minn xi operatur biex iniedi netwerk tat-tip NGA fit-tliet snin li jkun imiss. Fil-valutazzjoni ta' jekk investituri oħra tan-netwerks jistgħux iqiegħdu netwerks addizzjonali tat-tip NGA fi nħawi partikulari, wieħed għandu jqis kwalunkwe miżuri regolatorji jew leġiżlattivi eżistenti li jistgħu jkunu baxxew il-barrikati għall-implimentazzjoni ta' netwerks tali (aċċess għat-tubi, il-qsim tal-infrastruttura eċċ.). L-Awtorità jkollha twettaq analiżi aktar iddettaljata sabiex tivverifika jekk ikunx meħtieġ intervent mill-Istat minħabba li intervent mill-Istat f'żoni bħal dawn iġib miegħu riskju għoli li jaqla' 'l barra l-investituri eżistenti u jgħawweġ il-kompetizzjoni. F'dan ir-rigward, l-Awtorità twettaq il-valutazzjoni tagħha fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà stabbiliti f'dawn il-Linji Gwida.

    3.3.3.   “Żoni suwed fir-rigward tal-NGA”

    (73)

    Jekk ikunu jeżistu tal-linqas żewġ netwerks tat-tip NGA ta' operaturi differenti f'żona partikolari, jew ikunu se jitnedew fit-tliet snin li jkun imiss, din iż-żona għandha titqies bħala żona “sewda fir-rigward tal-NGA”. L-Awtorità se tikkonsidra li l-appoġġ mill-Istat għal netwerk ekwivalenti addizzjonali tat-tip NGA ffinanzjat pubblikament f'żoni bħal dawn aktarx li jwassal għal distorsjoni serja tal-kompetizzju u huwa inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c).

    3.4.   It-tfassil tal-miżura u l-ħtieġa li jitrażżnu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

    (74)

    Kull miżura tal-Istat li tappoġġja t-tnedija tal-broadband għandha tissodisfa l-prinċipji kollha tal-kompatibbiltà deskritti hawn fuq fit-Taqsima 2.5, fosthom l-għan tal-interess komuni, l-eżistenza tan-nuqqas tas-suq, l-adegwatezza u l-effett ta' inċentiv tal-miżura. Fir-rigward tal-limitar tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, minbarra t-turija ta' kif tinkiseb “bidla fl-istadju” fil-każijiet kollha (fiż-żoni bojod, griżi u suwed) (85), il-kundizzjonijiet neċessarji li ġejjin iridu jiġu ssodisfati biex tintwera l-proporzjonalità tal-miżura. Jekk xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tiġix issodisfata, probabbilment ikun meħtieġ li ssir valutazzjoni fil-fond (86) li tista' twassal għall-konklużjoni li l-għajnuna hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

    (a)

    Mappatura u analiżi tal-kopertura dettaljati: L-Istati tal-EFTA għandhom jidentifikaw b'mod ċar liema żoni ġeografiċi se jkunu koperti bil-miżura ta' sostenn inkwistjoni, (87) sa fejn possibbli f'kooperazzjoni mal-korpi nazzjonali kompetenti. Il-konsultazzjoni tal-ARNijiet hija mħeġġa iżda fakultattiva. L-eżempji tal-aħjar prassi jissuġġerixxu l-ħolqien. fil- livell nazzjonali ta' bażi ċentrali tad-dejta dwar l-infrastruttura disponibbli, biex b'hekk jiżdiedu t-trasparenza u t-tnaqqis fl-ispejjeż għall-implimentazzjoni ta' proġetti lokali iżgħar. L-Istati tal-EFTA għandhom il-libertà li jiddefinixxu ż-żoni fil-mira, madankollu huma mħeġġa jieħdu inkonsiderazzjoni l-kundizzjonijiet ekonomiċi fid-definizzjoni tar-reġjuni rilevanti qabel ma tinħareġ l-offerta ta' prezzijiet. (88)

    (b)

    Konsultazzjoni pubblika: L-Istati tal-EFTA għandhom jagħtu pubbliċità adegwata lill-karatteristiċi ewlenin tal-miżura u lil-lista ta' żoni fil-mira billi jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti tal-proġett u jagħmlu stedina għall-osservazzjonijiet. Pubblikazzjoni fuq websajt ċentrali ta' livell nazzjonali għandha fil-prinċipju tiżgura li tali informazzjoni tkun disponibbli għall-partijiet interessati kollha. L-Istati tal-EFTA, meta jivverifikaw ukoll ir-riżultati tal-mappatura f'konsultazzjoni pubblika jimminimizzaw id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni ma' fornituri eżistenti u ma' dawk li diġà għandhom pjanijiet ta' investiment għall-futur qarib, u jippermettu lil dawn l-investituri biex jippjanaw l-attivitajiet tagħhom. (89) Eżerċizzju ddettaljat tal-mappatura u konsultazzjoni bl-akbar reqqa jiżguraw mhux biss livell għoli ta' trasparenza iżda jservu wkoll bħala għodda essenzjali biex tiġi ddefinita l-eżistenza ta' żoni “bojod”, “griżi” u “suwed”. (90)

    (c)

    Proċess ta' sejħa kompetittiva tal-għażla: Kull meta l-awtoritajiet awtorizzanti jagħżlu operatur terz biex iniedi u jopera l-infrastruttura ssussidjata, (91) il-proċess tal-għażla għandu jitmexxa skont l-ispirtu u l-prinċipji tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku (92). Dan jiżgura li jkun hemm trasparenza għall-investituri kollha li jkunu jixtiequ jitfgħu offerta għat-tnedija u/jew il-ġestjoni tal-proġett issussidjat. It-trattament ugwali u mhux diskriminatorju tal-offerenti kollha u l-kriterji oġġettivi tal-evalwazzjoni huma kundizzjonijiet indispensabbli. Is-sejħa kompetittiva għall-offerti hija mezz sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż baġitarji, sabiex titnaqqas l-għajnuna mill-Istat potenzjalment involuta u fl-istess ħin iċċekken in-natura selettiva tal-miżura minħabba li l-għażla tal-benefiċjarju ma tkunx magħrufa minn qabel. (93) L-Istati tal-EFTA għandhom jiżguraw proċess trasparenti (94) u eżitu kompetittiv (95) u għandhom jużaw websajt ċentrali apposta fil-livell nazzjonali sabiex ikunu ppubblikati kontinwament il-proċeduri kollha tal-offerti dwar il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat għall-broadband. (96)

    (d)

    L-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża: Fil-kuntest ta' proċedura kompetittiva għall-offerti, l-awtorità li tawtorizza l-għajnuna għandha tistabbilixxi kriterji kwalitattivi għall-għoti li fuqhom jiġu vvalutati l-offerti sottomessi. Il-kriterji għall-għoti rilevanti jistgħu jinkludu, pereżempju, il-kopertura ġeografika milħuqa, (97) is-sostenibbiltà tal-approċċ teknoloġiku jew l-impatt tas-soluzzjoni proposta fuq il-kompetizzjoni. (98)Dawn il-kriterji kwalitattivi jridu jiġu ppeżati mal-ammont tal-għajnuna mitlub. Sabiex jitnaqqas l-ammont ta' għajnuna li tkun se tingħata, meta l-kundizzjonijiet tal-kwalità jkunu simili jekk mhux identiċi, l-offerent li jitlob l-inqas ammont ta' għajnuna għandu fil-prinċipju jikseb aktar punti ta' prijorità meta ssir il-valutazzjoni ġenerali tal-offeirta tiegħu. L-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha dejjem tispeċifika bil-quddiem il-piż relattiv li tkun se tagħti lil kull wieħed mill-kriterji (kwalitattivi) magħżula.

    (e)

    Newtralità teknoloġika: Peress li jeżistu soluzzjonijiet teknoloġiċi differenti li jipprovdu servizzi tal-broadband, l-offerta m'għandhiex tiffavorixxi jew teskludi xi teknoloġija jew pjattaforma ta' netwerks partikolari. L-offerenti għandhom ikunu intitolati li jipproponu l-forniment tas-servizzi meħtieġa bl-użu jew bit-taħlit ta' liema teknoloġiji jidhrulhom l-aktar adattati. Abbażi tal-kriterji oġġettivi tal-offerti, l-awtorità awtorizzanti tkun imbagħad intitolata tagħżel l-aktar soluzzjoni teknoloġika jew taħlita ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi li tkun adattata. Fil-prinċipju, il-kopertura universali ta' żoni fil-mira akbar tista' tintlaħaq b'taħlita ta' teknoloġiji.

    (f)

    Użu tal-infrastruttura eżistenti: Peress li l-użu mill-ġdid tal-infrastruttura eżistenti huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jiddeterminaw l-ispiża tal-introduzzjoni tal-broadband, l-Istati tal-EFTA għandhom iħeġġu lill-offerenti jirrikorru għal xi infrastruttura eżistenti disponibbli sabiex ikunu evitati l-irdoppjar mhux neċessarju u l-ħali tar-riżorsi u sabiex jitnaqqas l-ammont ta' finanzjament pubbliku. Kwalunkwe operatur li jkun jippossedi jew jikkontrolla l-infrastruttura taż-żona fil-mira (irrispettivament minn jekk fil-fatt tkunx qed tintuża) u li jkun jixtieq jieħu sehem fl-offerta, għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) li jgħarraf lill-awtorità li tagħti l-għajnuna u lill-ARN dwar dik l-infrastruttura matul il-konsultazzjoni pubblika; (ii) li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha lill-offerenti l-oħra fi żmien tajjeb li jippermetti lil dawn tal-aħħar jinkludu din l-infrastruttura fl-offerta tagħhom. L-Istati tal-EFTA għandhom iwaqqfu bażi nazzjonali ta' dejta dwar id-disponibbiltà tal-infrastrutturi eżistenti li jistgħu jerġgħu jintużaw għall-introduzzjoni tal-broadband.

    (g)

    Aċċess bl-ingrossa: L-aċċess effettiv bl-ingrossa lil partijiet terzi għal infrastruttura ssussidjata tal-broadband hija komponent indispensabbli ta' kwalunkwe miżura mill-Istat li tappoġġja l-broadband. B'mod partikolari, l-aċċess bl-ingrossa jippermetti lil operaturi terzi jikkompetu mal-offerent magħżul (meta dan ikun preżenti wkoll fil-livell tal-bejgħ fil-livell tal-konsumatur), u b'hekk jissaħħu l-għażla u l-kompetizzjoni fiż-żoni kkonċernati mill-miżura filwaqt li fl-istess ħin jiġi evitat il-ħolqien ta' monopolji reġjonali tas-servizzi. Din il-kundizzjoni, li tapplika biss għall-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat, mhix kontinġenti fuq xi analiżi minn qabel tas-suq skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva Qafas. (99) It-tip ta' obbligi għall-aċċess bl-ingrossa imposti fuq netwerk issussidjat għandhom ikunu allinjati mal-portafoll tal-obbligi għall-aċess stabbiliti skont ir-Regolament settorjali. (100) Fil-prinċipju, il-kumpaniji ssussidjati għandhom jipprovdu firxa aktar wiesa' ta' prodotti għall-aċċess bl-ingrossa minn dawk ordnati mill-ARNijiet skont ir-Regolament settorjali, lill-operaturi li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, (101) peress li l-benefiċjarju tal-għajnuna mhux biss qed juża r-riżorsi tiegħu iżda l-flus tal-kontribwenti biex jimplimenta l-infrastruttura tiegħu stess. (102) Dan l-aċċess bl-ingrossa għandu jingħata malajr kemm jista' jkun qabel ma jibda jopera n-netwerk. (103)

    L-aċċess effettiv bl-ingrossa għall-infrastruttura (104) ssussidjata għandu jiġi offrut għal perjodu ta' mill-inqas seba' snin. Jekk fi tmiem il-perjodu ta' seba' snin l-operatur tal-infrastruttura inkwistjoni jiġi indikat mill-ARN, skont il-qafas regolatorju applikabbli, bħala li għandu saħħa sinifikanti fis-suq speċifiku kkonċernat (SMP), ikun hemm bżonn li jiġu imposti l-obbligi tal-aċċess b'konformità mal-Qafas Regolatorju għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi. (105) ARNijiet jew korpi nazzjonali oħra kompetenti huma mħeġġa biex jippubblikaw gwida, għall-awtoritajiet li jawtorizzaw l-għajnuna, dwar il-prinċipji li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-aċċess bl-ingrossa u t-tariffi. Sabiex ikun permess l-aċċess effettiv, l-istess kundizzjonijiet tal-aċċess japplikaw fuq in-netwerk issussidjat kollu, inklużi l-partijiet ta' dan in-netwerk fejn jintużżaw infrastrutturi eżistenti. (106) L-obbligi għall-aċċess jiġu infurzati, irrispettivament minn kull bidla fis-sid, fl-amministrazzjoni jew fl-operat tal-infrastruttura ssussidjata.

    (h)

    Ipprezzar tal-aċċess bl-ingrossa: Il-valutazzjoni komparattiva hija għodda importanti biex jiġi żgurat li l-għajnuna mogħtija sservi sabiex ikunu rreplikati kundizzjonijiet tas-suq simili għal dawk prevalenti fi swieq kompetittivi oħrajn tal-broadband. Il-prezzijiet għall-aċċess bl-ingrossa għandhom ikunu msejsa fuq il-prinċipji tal-ipprezzar stabbiliti mill-ARN u fuq parametri referenzjarji, u għandhom jikkunsidraw l-għajnuna rċevuta mill-operatur tan-netwerk. (107) Għall-parametru referenzjarju, jittieħdu l-prezzijiet bl-ingrossa medji ppubblikati li jkunu prevalenti f'żoni oħra paragunabbli u aktar kompetittivi tal-pajjiż jew taż-ŻEE, jew fin-nuqqas ta' tali prezzijiet ippubblikati, fuq il-prezzijiet iffissati jew approvati mill-ARN għas-swieq u s-servizzi kkonċernati. Jekk ma jkunx hemm prezzijiet ippubblikati jew irregolati disponibbli għal ċerti prodotti għall-aċċess bl-ingrossa sabiex permezz tagħhom jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji, l-ipprezzar għandu jsegwi l-prinċipju tal-orjentazzjoni tal-ispejjeż skont il-metodoloġija stabbilita skont il-qafas regolatorju settorjali. (108) Minħabba l-kumplessità tal-parametri referenzjari tal-prezzijiet għall-aċċess bl-ingrossa, l-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jipprovdu l-mandat u l-persunal meħtieġ lill-ARN sabiex din tagħti pariri dwar dawn il-kwistjonijiet lill-awtoritajiet li jawtorizzaw l-għajnuna. Għandha tintbagħat deskrizzjoni dettaljata tal-proġett tal-għajnuna lill-ARN mill-inqas xahrejn qabel in-notifika sabiex l-ARN ikollha żmien biżżejjed biex tagħti l-opinjoni tagħha. Fejn l-ARN tkun kisbet tali kompetenza, l-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha tieħu pariri mingħand l-ARN meta tiġi biex tistabbilixxi l-prezzijiet u l-kundizzjonijiet għall-aċċess bl-ingrossa. Il-kriterji għall-valutazzjoni skont il-parametri referenzjarji għandhom jiġu indikati b'mod ċar fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.

    (i)

    Monitoraġġ u mekkaniżmu ta' rkupru: L-awtoritajiet awtorizzanti għandhom jissorveljaw mill-qrib it-tnedija tal-proġett tal-broadband matul iż-żmien kollu kemm idum għaddej il-proġett. Meta l-operatur jintgħażel fuq il-bażi ta' proċedura ta' akkwist kompetittiv, tipikament ikun hemm inqas bżonn li tissorvelja l-iżvilupp sussegwenti tal-profitabbiltà tal-proġett. F'ħafna ċirkustanzi, jista' jkun xieraq li l-ammont ta' għajnuna jiġi ffissat fuq bażi ex ante, sabiex tkun koperta d-diskrepanza mistennija tal-likwidità fuq perjodu partikolari, minflok ma tiġi stabbilita l-għajnuna fuq il-bażi tal-ispejjeż u d-dħul hekk kif iseħħu. Fil-mudell preċedenti, tipikament hemm aktar inċentivi għall-kumpanija biex trażżan l-ispejjeż u biex issir aktar effiċjenti maż-żmien. Madankollu, meta l-ispejjeż u l-iżvilupp tar-redditu fil-futur ikunu mdawra b'livell għoli ta' inċertezza u jkun hemm nuqqas kbir ta' simetrija fl-informazzjoni, l-awtorità pubblika tista' wkoll tagħżel li tadotta mudelli ta' finanzjament li ma jkunux ex ante sa barra, iżda aktarx taħlita ta' ex ante u ex post (pereżempju, tieħu lura sabiex tippermetti qsim ibbilanċjat ta' qligħ mhux mistenni). Sabiex ma jintefax piż kbir b'mod sproporzjonat fuq proġetti żgħar lokali, jista' jkun ġustifikat li jitqiegħed minimu għall-mekkaniżmu ta' treġġigħ lura. Għalhekk l-Istati tal-EFTA għandhom jimplimentaw il-mekkaniżmu ta' rkupru jekk l-ammont tal-għajnuna tal-proġett ikun ta' iktar minn EUR 10 miljun. (109) L-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna jistgħu jipprevedu li kwalunkwe profitt żejjed miġbur mingħand l-offerent magħżul jista' jintefaq għal aktar espansjoni tan-netwerk tal-broadband fi ħdan l-iskema ta' qafas, u bl-istess kundizzjonijiet tal-miżura ta' għajnuna oriġinali. L-obbligu tas-separazzjoni tal-kontabilità għall-offerent li jintgħażel fir-rigward tas-sussidju rċevut jagħmilha aktar faċli għall-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-iskema kif ukoll kwalunkwe profitt iġġenerat żejjed. (110)

    (j)

    Trasparenza: L-Istati tal-EFTA jippubblikaw fuq websajt ċentrali mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja dwar miżuri ta' għajnuna mill-Istat: it-test sħiħ tal-iskema ta' għajnuna approvata u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha, isem il-benefiċjarju tal-għajnuna, l-ammont tal-għajnuna, l-intensità tal-għajnuna u t-teknoloġija użata. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata wara li tittieħed id-deċiżjoni tal-għotja u għandha tinżamm għal mill-inqas għaxar snin u tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr restrizzjonijiet. Il-benefiċjarju tal-għajnuna huwa obbligat jipprovdi lill-partijiet terzi intitolati b'aċċess komprensiv u mhux diskriminatorju għal informazzjoni dwar l-infrastruttura tagħhom (inklużi, fost oħrajn, it-tubi, il-kabinetti tat-toroq u l-fibra ottika) li tkun saret b'miżura ta' għajnuna mill-Istat. (111) Dan se jippermetti lil operaturi oħrajn biex ikollhom faċilment il-possibbiltà li jaċċessaw infrastruttura bħal din, u għandu jkun disponibbli t-tagħrif kollu rilevanti dwar in-netwerk tal-broadband lil reġistru ċentrali tal-infrastrutturi tal-broadband, jekk tali bażi tad-dejta tkun teżisti fl-Istat tal-EFTA, u/jew lill-ARN.

    (k)

    Rapportar: li jibda mid-data meta n-netwerk jibda jintuża, għall-perjodu ta' validità tal-miżura ta' għajnuna, l-awtorità li tagħti l-għajnuna mill-Istat għandha tirrapporta kull sentejn l-informazzjoni prinċipali dwar il-proġetti ta' għajnuna lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA. (112) Fil-każ ta' skemi ta' qafas nazzjonali jew reġjonali, l-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali għandhom jikkonsolidaw l-informazzjoni tal-miżuri individwali u jirrapurtaw lill-Awtorità. Meta tadotta deċiżjoni skont dawn il-Linji Gwida, l-Awtorità tista' titlob rapportar addizzjonali fir-rigward tal-għajnuna mogħtija.

    3.5.   Appoġġ għat-tnedija rapida ta' netwerks tat-tip NGA

    (75)

    Bħal fil-każ tal-politika segwita fir-rigward tat-tnedija tal-broadband bażiku, l-għajnuna mill-Istat favur it-tnedija tan-netwerks tat-tip NGA tista' tikkostitwixxi strument xieraq u ġustifikat, dejjem jekk jiġu ssodisfati l-għadd ta' kundizzjonijiet fundamentali. Filwaqt li l-operaturi kummerċjali jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-investiment tagħhom fin-netwerks tat-tip NGA fuq il-bażi tal-qligħ mistenni, l-għażla tal-awtorità pubblika trid tqis ukoll l-interess pubbliku fil-finanzjament ta' pjattaforma miftuħa u newtrali li fuqha operaturi multipli jkunu jistgħu jikkompetu għall-forniment ta' servizzi lill-utenti finali.

    (76)

    Kwalunkwe miżura li tappoġġja l-implimentazzjoni tal-NGA trid tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-kompatibilità indikati fit-Taqsima 2.5u 3.4. Barra minn hekk, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin, filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom ikun se jseħħ l-investiment pubbliku f'netwerks tat-tip NGA.

    (a)

    Aċċess bl-ingrossa: Minħabba l-ekonomiji tal-NGAs, huwa ta' importanza kbira li jkun żgurat aċċess effettiv bl-ingrossa għal operaturi terzi. Speċjalment f'żoni fejn diġà hemm operaturi tal-broadband bażiku jikkompetu bejniethom, (113) irid jiġi żgurat li s-sitwazzjoni tas-suq kompetittiv li kienet teżisti qabel l-intervent tiġi ppreservata. Il-kundizzjonijiet ta' aċċess deskritti hawn fuq fit-Taqsima 3.4 huma speċifikati kif ġej. Għalhekk in-netwerk issussidjat irid joffri aċċess b'kondizzjonijiet ġusti u mhux diskriminatorji lill-operaturi kollha li jitolbuh, u jipprovdilhom il-possibbiltà ta' separazzjoni effettiva u sħiħa. (114) Barra minn hekk, operaturi terzi għandu jkollhom aċċess għal infrastruttura ta' netwerk passiva u mhux biss dik attiva (115). (116) Apparti mill-aċċess għall-bitstream u l-aċċess separat għal-linja lokali u s-sublinja, l-obbligu ta' aċċess għandu għalhekk jinkludi wkoll id-dritt għall-użu ta' tubi u arbli, fibra skura jew kabinetti tat-toroq. (117) Għandu jingħata aċċess effettiv bl-ingrossa għal mill-inqas seba' snin u d-dritt ta' aċċess għal tubi jew arbli m'għandux ikun limitat biż-żmien. Dan huwa bla ħsara għal kwalunkwe obbligu regolatorju simili li jista' jiġi impost mill-ARN fis-suq speċifiku kkonċernat sabiex irawwem il-kompetizzjoni effettiva, jew għal miżuri adottati waqt dak il-perjodu jew wara li jiskadi. (118)

    Jista' jagħti l-każ li f'żoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa, fejn hemm servizzi limitati tal-broadband disponibbli, jew għal kumpaniji lokali żgħar, l-impożizzjoni tat-tipi kollha ta' prodotti għall-aċċess jistgħu iżidu sproporzjonalment l-ispejjeż tal-investiment (119) mingħajr ma jwasslu għal benefiċċji sinifikanti f'termini ta' kompetizzjoni akbar. (120) F'sitwazzjoni bħal din, wieħed jista' jipprevedi li l-prodotti għall-aċċess li jirrikjedu interventi għaljin fuq l-infrastruttura sussidjata, li ma jkunux previsti minn qabel, (pereżempju l-kolokazzjoni f'punti ta' distribuzzjoni intermedji) jistgħu jiġu offruti biss f'każ ta' domanda raġonevoli mingħand operatur ta' parti terza. Id-domanda tkun meqjusa raġonevoli jekk (i) dak li jkun qed ifittex l-aċċess jipprovdi pjan koerenti tan-negozju li jiġġustifika l-iżvilupp tal-prodott fuq in-netwerk issussidjat u (ii) ma jkun qed jiġi offrut l-ebda prodott paragunabbli għall-aċċess fl-istess żona ġeografika minn operatur ieħor bi prezzijiet ekwivalenti għal dawk f'żoni b'densità akbar tal-popolazzjoni. (121)

    B'kuntrast għal dan, il-paragrafu preċedenti jista' jiġi invokat f'żoni b'densità ogħla tal-popolazzjoni fejn wieħed jista' jistenna li tiżviluppa l-kompetizzjoni tal-infrastruttura. Għaldaqstant, f'żoni bħal dawn, in-netwerk issussidjat għandu jissodisfa t-tipi kollha ta' prodotti ta' aċċess għan-netwerk li jistgħu jfittxu l-operaturi. (122)

    (b)

    Trattament ġust u mhux diskriminatorju: L-infrastruttura ssussidjata trid tippermetti l-provvista ta' servizzi kompetittivi u bi prezzijiet konvenjenti lill-utenti finali minn operaturi li jkunu qed jikkompetu bejniethom. Fejn l-operatur tan-netwerk ikun integrat vertikalment, iridu jiddaħħlu salvagwardji adegwati sabiex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta' interess, id-diskriminazzjoni abbużiva lejn dawk li jfittxu l-aċċess jew dawk li jipprovdu l-kontenut, u kwalunkwe vantaġġ indirett ieħor moħbi. Bl-istess mod, il-kriterji tal-għoti għandhom jinkludu d-dispożizzjoni li l-offerenti li jipproponu mudell bl-ingrossa biss, mudell passiv biss jew it-tnejn, jirċievu punti addizzjonali.

    (77)

    Il-proġetti tal-għajnuna mill-Istat li għandhom l-għan li jiffinanzjaw in-netwerks backhaul (123) jew li huma limitati għal xogħlijiet ċivili li huma miftuħa għal aċċess għall-operaturi u t-teknoloġiji kollha juru karatteristiċi partikolarment favur il-kompetizzjoni. Din il-karatteristika se tittieħed inkonsiderazzjoni fil-valutazzjoni ta' proġetti bħal dawn.

    3.6.   Għajnuna għal netwerks tal-broadband ultraveloċi

    (78)

    Fid-dawl tal-għanijiet imsemmija fl-Introduzzjoni, b'mod partikolari l-kisba ta' penetrazzjoni ta' 50 % għall-konnessjonijiet tal-Internet 'il fuq minn 100 Mbps, u meta jitqies li b'mod speċjali fiż-żoni urbani jista' jkun hemm ħtiġijiet ogħla ta' prestazzjoni meta mqabblin ma' dak li l-investituri kummerċjali huma lesti li joffru fil-futur qarib, b'deroga mill-paragrafu (73), jista' jkun permess intervent pubbliku b'mod eċċezzjonali għal netwerks tat-tip NGA li jkunu kapaċi jipprovdu veloċitajiet ultraveloċi li jaqbżu sew il-100 Mbps.

    (79)

    F'żoni “suwed NGA” intervent bħal dan jista' jkun permess biss jekk il-kundizzjoni ta' “bidla fil-pass” meħtieġa mill-paragrafu (47) hija ppruvata fuq il-bażi tal-kriterji kumulattivi li ġejjin:

    (a)

    in-netwerks tat-tip NGA eżistenti jew ippjanati (124) ma jaslux sal-post tal-utenti finali bin-netwerks tal-fibra ottika; (125)

    (b)

    is-sitwazzjoni tas-suq ma tkunx qed tevolvi lejn il-kisba ta' forniment kompetittiv ta' servizzi ultraveloċi (126) ta' iktar minn 100 Mbps fil-futur qarib bil-pjanijiet ta' investiment ta' operaturi kummerċjali b'konformità ma' paragrafi (59) sa (61);

    (c)

    ikun hemm domanda mistennija għal titjib kwalitattiv bħal dan (127).

    (80)

    Fis-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu preċedenti, kwalunkwe netwerk sussidjat irid jirrispetta l-kundizzjonijiet ta' kompatibilità tal-paragrafi (74) u (76). Barra minn hekk, l-awtorità li tagħti l-għajnuna trid turi wkoll li:

    (a)

    in-netwerk issussidjat ikollu karatteristiċi teknoloġiċi u prestazzjoni mtejbin b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-karatteristiċi u l-prestazzjoni verifikabbli tan-netwerks eżistenti jew ippjanati (128) u

    (b)

    in-netwerk issussidjat ikun ibbażat fuq struttura mifuħa li topera bħala netwerk bl-ingrossa biss; u

    (c)

    l-għajnuna ma twassalx għal distorsjoni eċċessiva tal-kompetizzjoni ma' teknoloġiji oħrajn tat-tip NGA li reċentement kienu s-suġġett ta' investimenti ġodda sinifikanti tal-infrastruttura minn operaturi tas-suq fl-istess żoni fil-mira. (129)

    (81)

    Huwa biss jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet addizzjonali li l-finanzjament pubbliku ta' dawn in-netwerks ikun jista' jiġi kkunsidrat bħala kompatibbli skont it-test tal-ibbilanċjar. Fi kliem ieħor, tali finanzjament irid iwassal għal avvanz teknoloġiku sinifikanti, sostenibbli, favur il-kompetizzjoni u mhux temporanju mingħajr ma joħloq diżinċentivi sproporzjonati għall-investimenti privati.

    Dispożizzjonijiet finali

    (82)

    Dawn il-Linji Gwida se jiġu applikati mill-ewwel jum wara li jiġu adottati. L-Awtorità se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-miżuri nnotifikati kollha ta' għajnuna li dwarhom tkun mitluba tieħu deċiżjoni wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida, anke fejn il-proġetti jkunu ġew innotifikati qabel dik id-data.

    (83)

    B'konformità mar-regoli applikabbli tal-Awtorità dwar il-valutazzjoni ta' għajnuna statali li mhix skont il-liġi, (130) l-Awtorità se tapplika għall-għajnuna li ma tkunx skont il-liġi r-regoli li kienu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna. Għaldaqstant se tapplika dawn il-Linji Gwida fil-każ ta' għajnuna mhux skont il-liġi li tingħata wara l-pubblikazzjoni tagħhom.

    (84)

    L-Awtorità b'dan tipproponi lill-Istati tal-EFTA, fuq il-bażi tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, li jieħdu miżuri xierqa u jemendaw, fejn meħtieġ, l-iskemi eżistenti tagħhom ta' għajnuna sabiex iġibuhom konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dawn il-Linji Gwida fi żmien tnax-il xahar wara l-adozzjoni tagħhom.

    (85)

    L-Istati tal-EFTA huma mistiedna jagħtu l-approvazzjoni espliċita u inkondizzjonata tagħhom għal dawn il-miżuri xierqa proposti fi żmien xahrejn mid-data ta' meta jirċievu l-miżuri. Fl-assenza ta' tweġiba, l-Awtorità se tassumi li l-Istat tal-EFTA inkwistjoni ma jaqbilx mal-miżuri proposti.

    (86)

    L-Awtorità se tirrevedi l-Linji Gwida attwali b'konformità ma' reviżjonijiet futuri tal-Komunikazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni — Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband.


    (1)  Dan il-Kapitolu jikkorrispondi għall-Komunikazzjoni mill-KummissjoniLinji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).

    (2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2010) 245 finali, Aġenda Diġitali għall-Ewropa, kif rikonoxxuta fir-riżoluzzjoni tas-37 Laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-ŻEE tas-26 ta' Ottubru 2011.

    (3)  Ara l-Artikolu 12 (4) tal-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33)) (ĠU L 116, 22.4.2004, p. 60 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 22.4.2004, p. 14), kif emendat bid-Direttiva 2009/140/KE (Direttiva għal Regolamenti Aħjar) (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37) (għadha mhix inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE) u bl-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (Regolament (KE) Nru 544/2009, (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 12) ĠU L 334, 17,12.2009, p. 4 u s-Suppliment ŻEE Nru 68, 17,12.2009, p. 4.

    (4)  Ara l-Att imsemmi fil-punt 26 l tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2010 dwar l-aċċess irregolat għan-Netwerks ta' Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 35) ĠU L 341, 13.12.2012, p. 28 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 70, 13.12.2012, p. 32.

    (5)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 398/05 — L-Ungerija, Benefiċċju għall-Broadband mit-Taxxa tal-Iżvilupp.

    (6)  Ir-riżorsi ta' impriża pubblika jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE għaliex l-awtoritajiet pubbliċi jikkontrollaw dawn ir-riżorsi. Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni, [2002] Ġabra I-4397. Skont din is-sentenza, għadu jrid jiġi evalwat jekk il-finanzjament permezz ta' impriża pubblika huwiex attribwibbli għall-Istat.

    (7)  Il-Kawża T-443/08 u T-455/08 Freistaat Sachsen u Oħrajn vs Il-Kummissjoni [2011] Ġabra II-1311, paragrafi (93) sa (95).

    (8)  Ara, pereżempju, d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 24/07 — Ir-Repubblika Ċeka, Prague Municipal Wireless Network (In-Netwerk Muniċipali Mingħajr Fili ta' Praga).

    (9)  B'mod simili, jekk jinbena netwerk jew jinkisbu servizzi tal-broadband biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-amministrazzjoni pubblika nnifisha, taħt ċerti ċirkustanzi, intervent bħal dan jista' ma jagħtix vantaġġ lill-impriżi ekonomiċi. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 46/07 — Renju Unit, Welsh Public Sector Network Scheme (Skema ta' Netwerk tas-Settur Pubbliku ta' Wales).

    (10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.31687(N 436/10) — L-Italja, Broadband in Friuli Venezia Giulia (Project Ermes) (Il-Broadband fil-Friuli Venezia Giulia (Il-Proġett Ermes)) u fil-Każ N 407/09 — Spanja, Xarxa Oberta.

    (11)  Probabbli l-benefiċċju tas-sussidju huwa għall-inqas parzjalment mgħoddi lill-operaturi terzi anke jekk iħallsu remunerazzjoni għall-aċċess bl-ingrossa. Fil-fatt, il-prezzijiet bl-ingrossa spiss ikunu regolati. Ir-regolazzjoni tal-prezzijiet twassal għal prezz irħas minn dak li l-bejjiegħ bl-ingrossa jkun jista' jikseb fis-suq (li jista' jkun prezz ta' monopolju jekk ma jkunx hemm kompetizzjoni ma' netwerks oħra). Fejn il-prezzijiet mhumiex regolati, il-bejjiegħ bl-ingrossa fi kwalunkwe każ ikun obbligat jagħti valur komparattiv lill-prezzijiet tiegħu mal-prezzijiet medji applikati f'oqsma oħra aktar kompetittivi (ara l-paragrafu (74) h) hawn taħt) li probabbli jwassal ukoll għal prezz aktar baxx minn dak li l-bejjiegħ bl-ingrossa jkun jista' jikseb fis-suq.

    (12)  Is-sussidji lill-utenti residenzjali ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Eżempju ta' dan hu l-għajnuna lil distretti kummerċjali.

    (13)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 626/09 — L-Italja, NGA for industrial districts of Lucca (NGA għad-distretti industrijali ta' Lucca).

    (14)  Il-Kawża C-310/99 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-02289, il-paragrafu 65.

    (15)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 237/08 — Il-Ġermanja, Broadband support in Niedersachsen (Sostenn għall-Broadband f'Niedersachsen).

    (16)  Il-Kawża C-303/88, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni [1991] Ġabra I-1433, fil-paragrafi 20-22.

    (17)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2007 fil-Każ C 53/06 — Il-Pajjiżi l-Baxxi, Citynet AmsterdamInvestiment mill-belt ta' Amsterdam f'netwerk fibre-to-the-home (FttH) netwerk (ĠU L 247, 16.9.2008, p. 27).

    (18)  Il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-Garanziji mill-Istat (ĠU L 274, 26.10.2000, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 26.10.2000, p. 45), emendati minn ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1.

    (19)  Skont il-ġurisprudenza, l-impriżi fdati bl-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jridu jkunu ngħataw dak il-kompitu permezz ta' att ta' awtorità pubblika. F'dan ir-rigward, servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jista' jiġi fdat f'idejn operatur permezz tal-għoti ta' konċessjoni ta' servizz pubbliku; ara l-Kawżi Magħqudin T-204/97 u T-270/97 EPACEmpresa para a Agroalimentação e Cereais, SA vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-2267, punt 126 u l-Kawża T-17/02 Fred Olsen, SA vs Il-Kummissjoni [2005] Ġabra p. II-2031, punti 186, 188-189.

    (20)  Il-Kawża C-280-00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH [2003] Ġabra I-7747) Minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala “s-Sentenza Altmark”.

    (21)  See http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-VI---Compensation-granted-for-the-provision-of-services-of-general-economic-interest.pdf (għadhom mhumiex ippubblikati).

    (22)  Ara http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-VI---Framework-for-state-aid-in-the-form-of-public-service-compensation.pdf (għadhom mhumiex ippubblikati).

    (23)  L-Att imsemmi fil-punt 1h tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, Deċiżjoni Nru 66/2012 (ĠU L 207, 2.8.2012, p. 46 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 43, 2.8.2012, p. 56), (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3-10).

    (24)  L-Att imsemmi fil-punt 1ha tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 225/2012 tas-7 ta' Diċembru 2012, għadha mhijiex ippubblikata.

    (25)  Ara l-punt 48 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, u l-punt 13 tal-Qafas għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku.

    (26)  Ara l-punt 49 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.

    (27)  It-terminu fil-“futur qarib” għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal perjodu ta' tliet snin f'konformità mal-paragrafu (59)ta' dawn il-Linji Gwida.

    (28)  B'konformità mal-prinċipju msemmi fil-punt 50 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 284/05 — L-Irlanda, Programm Reġjonali tal-Broadband: Metropolitan Area Networks (“MANs”), fażijiet II u III u N 890/06 — Franza, Aide du Sicoval pour un réseau de très haut débit.

    (29)  Bażikament, l-infrastruttura ta' netwerk passiv hija l-infrastruttura fiżika tan-netwerks. Għal definizzjoni, ara l-glossarju.

    (30)  Netwerk għandu jkun teknoloġikament newtrali u b'hekk jippermetti lil dawk li jfittxu l-aċċess li jużaw kwalunkwe tekonoloġija minn dawk disponibbli biex jipprovdu servizzi lill-utenti finali.

    (31)  Skont il-paragrafu (74)(g) ta' dawn il-Linji Gwida.

    (32)  Din ir-restrizzjoni hija ġustifikata mill-fatt li, ladarba jkun tnieda netwerk tal-broadband li jipprovdi konnettività universali, il-forzi tas-suq normalment ikunu biżżejjed biex jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni lill-utenti kollha bi prezz kompetittiv.

    (33)  Tali salvagwardji għandhom jinkludu, b'mod partikulari, obbligu ta' separazzjoni tal-kontijiet, u jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta' entità strutturalment u legalment separata mill-operatur integrat vertikalment. Tali entità għandha tkun unikament responsabbli li tikkonforma mal-missjoni ta' SIEĠ assenjata lilha u li twettaqha.

    (34)  Huwa f'idejn l-Istati tal-EFTA li, minħabba l-partikolaritajiet ta' kull każ, joħorġu bl-iktar metodoloġija xierqa biex jiżguraw li l-kumpens mogħti jkopri biss l-ispejjeż biex il-missjoni ta' SIEĠ titwettaq fiż-“żoni bojod” b'konformità mal-prinċipji tal-pakkett tas-SIEĠ, waqt li jitqies id-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli. Ngħidu aħna, il-kumpens mogħti jista' jkun ibbażat fuq paragun bejn id-dħul li jirriżulta mill-isfruttament kummerċjali f'żoni profittabbli li diġà huma koperti minn operaturi kummerċjali u d-dħul li jirriżulta mill-isfruttament kummerċjali fiż-“żoni bojod”. Kwalunkwe profitt li jmur lil hinn minn qligħ raġonevoli, jiġifieri profitt ogħla mir-redditu medju tal-industrija fuq il-kapital għat-tnedija ta' infrastruttura partikolari tal-broadband, jista' jiġi assenjat għall-finanzjament tas-SIEĠ fl-inħawi fejn m'hemmx qligħ waqt li l-profitti li jibqa' jistgħu jagħmlu parti mill-kumpens finanzjarju mogħti. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 331/08, Franza — THD Hauts de Seine.

    (35)  Madankollu, meta l-ispejjeż u l-iżvilupp tar-redditu fil-futur ikunu mdawra b'livell għoli ta' inċertezza u jkun hemm nuqqas kbir ta' simetrija fl-informazzjoni, l-awtorità pubblika tista' wkoll tagħżel li tadotta mudelli ta' kumpens li ma jkunux ex ante sa barra, iżda aktarx taħlita ta' ex ante u ex post (pereżempju, tieħu lura sabiex tippermetti qsim ibbilanċjat ta' qligħ mhux mistenni).

    (36)  Ngħidu aħna, tħaffir, tqegħid ta' kejbils, mogħdija tal-wajers internament. Fil-każ tat-tnedija ta' fibra ottika għan-netwerks tad-djar, dawn l-ispejjeż jistgħu jinvolvu sa 70 %-80 % tal-ispejjeż totali tal-investiment.

    (37)  Għal referenza, ara n-nota 3 ta' qiegħ il-paġna.

    (38)  Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 383/09 — Il-Ġermanja — Emenda ta' N 150/23008 Broadband in the rural areas of Saxony (Il-broadband fiż-żoni rurali tas-Sassonja. Dan il-każ kien jirrigwarda sitwazzjoni fejn ix-xogħlijiet ġenerali tal-inġinerija ċivili, bħall-manutenzjoni tat-toroq, ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Il-miżuri li ttieħdu mill-awtoritajiet Ġermaniżi kkostitwixxew “xogħlijiet ġenerali tal-inġinerija ċivili” li xorta kienu jsiru mill-Istat għal skopijiet ta' manutenzjoni fi kwalunkwe każ. Il-possibbiltà li, waqt li jkun għaddej dak ix-xogħol, jitqiegħdu tubi u infrastruttura tal-broadband — u dan bi spejjeż għall-operaturi — kienet imħabbra pubblikament u mhux limitata għas-settur tal-broadband jew immirata għalih. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li l-finanzjament pubbliku ta' xogħlijiet bħal dawn jaqa' taħt il-kunċett tal-għajnuna tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk ikunu limitati għas-settur tal-broadband jew immirati għalih b'mod ċar.

    (39)  Ara, pereżempju, l-“Infrastrukturatlas” tal-ARNijiet Ġermaniżi, fejn l-operaturi jaqsmu bejniethom b'mod volontarju l-informazzjoni dwar l-infrastrutturi disponibbli u li potenzjalment jistgħu jerġgħu jintużaw.

    (40)  Ta' min ifakkar li l-qafas Regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jagħti l-possibbiltà lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jitolbu lill-impriżi jipprovdu l-infomazzjoni meħtieġa sabiex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jistabbilixxu, flimkien mal-ARNijiet, inventarju dettaljat tan-natura, id-disponibbiltà u l-post ġeografiku tal-elementi u l-faċilitajiet tan-netwerk, u jagħmluh disponibbli għall-partijiet interessati. Ara l-Artikolu 12 (4) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas) kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009.

    (41)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 231/11/COL dwar l-iskjerament rapidu ta' netwerk ta' Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss fiż-żoni rurali tal-muniċipalità ta' Tromsø (ĠU C 10, 2.1.2012, p. 5 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 2, 12.1.2012, p. 3). Lista tad-deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni meħuda skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat dwar il-broadband hija disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/sectors/telecommunications/broadband_decisions.pdf.

    (42)  Pereżempju, self (kuntrarju għal għotjiet) jista' jkun għodda utli biex jingħeleb in-nuqqas ta' kreditu għal investimenti infrastrutturali fit-tul.

    (43)  Dan bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna Reġjonali kif imsemmija fil-paragrafu (27).

    (44)  Ara l-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali applikabbli ratione temporis (pereż. il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (ĠU L 54, 28.2.2008, p. 1, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 11, 28.2.2008, p. 1).

    (45)  Madankollu, il-fatt li kumpanija speċifika tista' ma tkunx kapaċi tidħol għal proġett mingħajr għajnuna ma jfissirx bilfors li jkun hemm falliment tas-suq. Pereżempju, id-deċiżjoni ta' kumpanija li ma tinvestix fi proġett bi profittabbiltà baxxa jew f'reġjun b'domanda tas-suq limitata u/jew kompetittività baxxa tal-ispejjeż tista' ma tkunx indikazzjoni ta' nuqqas tas-suq, iżda pjuttost ta' suq li jaħdem tajjeb.

    (46)  Anki s-sistemi satellitari għandhom spejjeż għal kull unità iżda bi stadji ikbar, u għaldaqstant għandhom it-tendenza li jkunu aktar indipendenti mid-densità tal-popolazzjoni.

    (47)  Għall-finanzjament muniċipali u reġjonali ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet SA 33420 (2011/N) — Il-Ġermanja, Breitband Lohr am Main, N 699/09Spanja, Desarrollo del programa de infraestructuras de telecomunicaciones en la Región de Murcia.

    (48)  L-Istati Membri tal-UE ta' spiss innotifikaw programmi qafas li jiddeskrivu f'liema kundizzjonijiet jista' jingħata l-finanzjament muniċipali jew reġjonali għat-tnedija tal-broadband. Ara, per eżempju, N 62/10 — Il-Finlandja, High speed broadband construction aid in sparsely populated areas of Finland (Għajnuna għall-bini ta' broadband b'veloċità għolja f'żoni b'popolazzjoni baxxa fil-Finlandja), N 53/10 — Il-Ġermanja, Federal framework programme on duct support (Programm qafas federali dwar is-sostenn fuq kanali), jew N 30/10 — L-Isvezja, State aid to Broadband within the framework of the rural development program (Għajnuna mill-Istat għall-Broadband fil-qafas tal-programm tal-iżvilupp rurali).

    (49)  Għal referenza, ara n-nota 3 ta' qiegħ il-paġna.

    (50)  Ara, pereżempju, ir-Rakkomandazzjoni tal-Awtorità tal-5 ta' Novembru 2008 dwar swieq ta' prodotti u servizzi rilevanti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante b'konformità mal-Att imsemmi fil-punt 5 cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi), (ĠU C 156, 9.7.2009, p. 18 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 36, 9.7.2009, p. 1). Dan għandu jżid it-trasparenza, itaffi l-piż amministrattiv tal-awtoritajiet lokali, u jista' jfisser li l-ARNijiet ma jkollhomx għaliex janalizzaw kull każ ta' għajnuna mill-Istat b'mod individwali.

    (51)  Ara, pereżempju, Avis n o 12-A-02 du 17.1.2012 relatif à une demande d'avis de la commission de l'économie, du développement durable et de l'aménagement du territoire du Sénat concernant le cadre d'intervention des collectivités territoriales en matière de déploiement des réseaux à très haut débit (L-opinjoni tal-Awtorità Franċiża għall-Kompetizzjoni fir-rigward tat-tnedija ta' netwerks tal-broadband b'veloċità għolja ħafna).

    (52)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 237/08 Broadband support in Niedersachsen, Germany (Appoġġ għall-broadband f'Niedersachsen, il-Ġermanja) jew SA.33671 Broadband Delivery UK, United Kingdom (It-twassil tal-Broadband fir-Renju Unit, ir-Renju Unit).

    (53)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 473/07 — L-Italja, Broadband connection for Alto Adige (Konnessjoni mal-broadband għall-Alto Adige), id-Deċiżjoni N 570/07 — Il-Ġermanja, Broadband in rural areas of Baden-Württemberg (Il-broadband fiż-żoni rurali ta' Baden-Württemberg).

    (54)  B'mod partikolari għall-promozzjoni tal-użu ta' soluzzjonijiet tal-broadband diġà disponibbli, kemm jekk ikunu netwerks fissi disponibbli tal-art jew bla fili, u kemm jekk ikunu soluzzjonijiet ta' satellita disponibbli b'mod ġenerali.

    (55)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, N 222/06 — L-Italja, Aid to bridge the digital divide in Sardinia (Għajnuna biex tingħeleb il-firda diġitali f'Sardenja).

    (56)  Dan jista' japplika, pereżempju, għal operaturi tal-mowbajls LTE (ta' evoluzzjoni fit-tul) jew LTE avvanzata b'miri ta' kopertura taħt il-kundizzjonijiet tal-liċenzja tagħhom fiż-żona fil-mira. Bl-istess mod, jekk operatur inkarigat b'obbligu ta' servizz universali (OSU) jirċievi kumpens għas-servizz pubbliku, ma tkun tista' tingħata ebda għajnuna addizzjonali mill-Istat biex tiffinanzja l-istess netwerk.

    (57)  Dan it-tip ta' effett jista' jissejjaħ “crowding out”.

    (58)  Ara, pereżempju, il-Każ C-156/98 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857, il-paragrafu 78 u l-Każ C-333/07 Régie Networks [2008] Ġabra I-10807, il-paragrafi 94-116.

    (59)  Pereżempju, investimenti marġinali relatati sempliċiment mat-titjib tal-komponenti attivi tan-netwerk m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat. Bl-istess mod, għalkemm ċerti teknoloġiji li jtejbu r-ram (bħall-vetturar) jistgħu jżidu l-kapaċitajiet tan-netwerks eżistenti, dawn ma jeħtiġux investimenti sinifikanti f'infrastruttura ġdida u għalhekk ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat.

    (60)  Pereżempju, titjib minn netwerk bażiku għal wieħed broadband tat-tip NGA. Ċertu titjib fin-netwerk tat-tip NGA (bħall-estensjoni tal-konnettività tal-fibra ottika eqreb lejn l-utent finali) ukoll kapaċi jġib miegħu bidla fil-pass. F'żoni fejn diġà hemm netwerks tal-broadband, l-applikazzjoni tal-bidla fil-pass għandha tiżgura li l-użu ta' għajnuna mill-Istat ma jwassalx għal duplikazzjoni tal-infrastruttura eżistenti. Bl-istess mod, huwa improbabbli li titjib żgħir u gradwali tal-infrastrutturi eżistenti, pereżempju minn 12 Mbps għal 24 Mbps, jdaħħal kapaċitajiet addizzjonali ta' servizzi (u probabbilment ikun jiffavorixxi b'mod sproporzjonat lill-operatur eżistenti).

    (61)  In-netwerk issussidjat għandu jkun favur il-kompetizzjoni, jiġifieri jippermetti aċċess effettiv fil-livelli differenti tal-infrastruttura kif indikat fil-paragrafu (74) u, fil-każ ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-NGA, anke fil-paragrafu (76).

    (62)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.33671 Broadband Delivery UK, United Kingdom (It-twassil tal-Broadband fir-Renju Unit, ir-Renju Unit).

    (63)  Metodoloġija komuni bħal din tista' tiġi pprovduta mill-Awtorità.

    (64)  Minħabba l-iżvilupp tekonoloġiku rapidu, fil-futur tekonoloġiji oħra jistgħu wkoll ikunu kapaċi jwasslu servizzi tat-tip NGA.

    (65)  Teknoloġiji koassjali, bla fili u mobbli jużaw, sa ċertu punt, infrastruttura ta' għajnuna għall-fibra ottika, u b'hekk jagħmluhom konċettwalment simili għal netwerk bil-wajers li tuża r-ram biex twassal is-servizz għall-aħħar parti li ma tkunx koperta mill-fibra ottika.

    (66)  L-aħħar konnessjoni mal-utent finali tista' tiġi żgurata kemm b'teknoloġiji bil-wajers kif ukoll bla fili. Minħabba l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġiji avvanzati bla wajers bħal-LTE Avvanzata u l-intensifikar tat-tnedija tas-suq tal-LTE jew tal-Wi-Fi, l-aċċess fiss bla wajers tal-ġenerazzjoni li jmiss (pereżempju ibbażat fuq teknoloġija possibbilment imfassla tal-broadband mobbli) jista' jkun alternattiva vijabbli għal ċerti NGAs bil-wajers (pereżempju FTTCab) jekk jiġu ssodifati ċerti kundizzjonijiet. Peress li l-mezz bla wajers huwa “kondiviż” (il-veloċità għal kull utent tiddependi fuq in-numru ta' utenti mqabbda fiż-żona koperta) u huwa minnu nnifsu suġġett għall-kundizzjonijiet ambjentali fluttwanti, sabiex jiġu pprovduti b'mod affidabbli l-veloċitajiet minimi tat-tniżżil għal kull abbonat li wieħed jista' jistenna minn NGA, jista' jkun li jkun jeħtieġ li jiġu varati netwerks bla wajers tal-ġenerazzjoni li jmiss b'ċertu livell ta' densità u/jew b'konfigurazzjonijiet avvanzati (bħal antenni diretti u/jew multipli). L-aċċess bla fili tal-ġenerazzjoni li jmiss ibbażat fuq teknoloġija mfassla tal-broadband mobbli jrid jiżgura wkoll il-livell meħtieġ ta' kwalità ta' servizz għall-utenti f'post fiss filwaqt li jservi kwalunkwe abbonat nomadiku ieħor fiż-żona ta' interess.

    (67)  It-terminu FTTx jirreferi għal FFTC, FTTN, FTTP, FTTH u FTTB.

    (68)  Li għall-inqas jużaw l-istandard “DOCSIS 3.0” għall-modems tal-kejbil.

    (69)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.33671 Broadband Delivery UK, United Kingdom (It-twassil tal-Broadband fir-Renju Unit, ir-Renju Unit).

    (70)  Jekk illum il-ġurnata d-differenza bejn post li fih hemm disponibbli biss l-Internet bin-narrowband (bil-linja tat-telefown) u post fejn jeżisti il-broadband hija li tal-ewwel hija żona “bajda”, hekk ukoll żona mingħajr infrastruttura tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-broadband, iżda li xorta jista' jkollha installata infrastruttura waħda bażika tal-broadband, għandha titqies bħala żona “bajda” fir-rigward tal-NGA.

    (71)  Meta mqabbla ma' netwerks oħrajn li ma jilħqux lill-klijent aħħari (bħall-FTTC), karatteristika importanti tal-infrastruttura backhaul NGN hi li hija miftuħa għal interkonnessjoni ma' netwerks oħrajn.

    (72)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 407/09 — Spanja — Optical fibre Catalonia (Xarxa Oberta).

    (73)  Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 407/09 — Spanja — Optical fibre Catalonia (Xarxa Oberta) u SA. 33438 — Il-Polonja, Broadband network for Eastern Poland (In-netwerk tal-broadband fil-Lvant tal-Polonja).

    (74)  Il-perjodu ta' tliet snin jibda mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ppjanata ta' għajnuna.

    (75)  F'dan ir-rigward, operatur għandu jkun kapaċi juri li fil-perjodu ta' tliet snin ikun se jkopri parti sostanzjali mit-territorju u, b'hekk, mill-popolazzjoni kkonċernata. Pereżempju, l-awtorità li tagħti l-għajnuna tista' titlob lil kwalunkwe operatur li jiddikjara interess fil-bini ta' infrastruttura għalih innifsu fiż-żona fil-mira jagħti pjan ta' direzzjoni tan-negozju kredibbli, dokumenti ta' prova bħal ftehimiet dwar self mill-bank u kalendarju dettaljat bil-pjan ta' implimentazzjoni fi żmien xahrejn. Barra minn hekk, l-investiment għandu jkun inbeda fi żmien tnax-il xahar u jrid inħareġ il-permess għall-biċċa l-kbira tas-servitujiet tal-passaġġ meħtieġa għall-proġett. Stadji importanti oħra li jindikaw il-progress tal-miżura jistgħu jiġu miftiehma għal kull perjodu ta' 6 xhur.

    (76)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 607/09 — L-Irlanda, Rural Broadband Reach (L-ilħuq tal-broadband f'żoni rurali), jew N 172/09 — Is-Slovenja, Broadband development in Slovenia (L-iżvilupp tal-broadband fis-Slovenja).

    (77)  L-istess kumpanija tista' topera netwerks separati fissi u tal-mowbajls fl-istess żona, iżda dan ma jibdilx il-“kulur” ta' din iż-żona.

    (78)  Is-sitwazzjoni kompetittiva hija vvalutata skont in-numru eżistenti ta' operaturi tal-infrastrutturi. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 330/2010 — Franza, Programme national Très Haut Débit, ġie ċċarat li l-eżistenza ta' diversi fornituri fil-livell tal-konsumatur fuq netwerk wieħed (inkluża d-Diżaggregazzjoni taċ-Ċirkwiti Lokali (LLU)) ma jibdlux l-inħawi f'żona sewda, iżda t-territorju jibqa' żona griża għax ikun hemm biss infrastruttura waħda. Fl-istess ħin, l-eżistenza ta' operaturi li jikkompetu (fil-livell tal-bejgħ fil-livell tal-konsumatur) tiġi kkunsidrata bħala indikazzjoni li, għalkemm griża, iż-żona inkwistjoni tista' ma tkunx problematika f'termini tal-preżenza ta' nuqqas tas-suq. Ikunu jridu jiġu ppreżentati provi konvinċenti dwar problemi ta' aċċess jew ta' kwalità tas-servizz.

    (79)  Fid-Deċiżjoni tagħha N 131/05 — Ir-Renju Unit, FibreSpeed Broadband Project Wales (Proġett tal-Broadband FibreSpeed f'Wales), il-Kummissjoni kellha tevalwa jekk l-appoġġ finanzjarju mogħti mill-awtoritajiet ta' Wales għall-bini ta' netwerk miftuħ tal-fibra ottika li jista' jintuża minn operaturi differenti, li jgħaqqad flimkien 14-il ċentru ta' negozju, setax xorta waħda jiġi ddikjarat kompatibbli anke jekk il-lokalitajiet fil-mira kienu diġà moqdijin mill-operatur tan-netwerk li kien diġà jeżisti, li kien jipprovdi linji mikrija rregolati fil-prezz. Il-Kummissjoni sabet li l-offerta tal-linji mikrija mill-operatur li diġà kien jeżisti kienet għalja wisq, tant li l-SMEs kważi ma setgħux jaffordjawha. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 890/06 — Franza, Aide du Sicoval pour un réseau de très haut débit u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 284/05 — L-Irlanda, Regional Broadband Programme: Metropolitan Area Networks (“MANs”), phases II and III (Programm Reġjunali tal-Broadband: Netwerks Metropolitani (“MANs”), fażijiet II u III).

    (80)  Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu (66), l-awtoritajiet awtorizzanti jistgħu jieħdu inkonsiderazzjoni indikaturi bħal: ir-rata ta' penetrazzjoni għal servizzi bl-ogħla livelli ta' prestazzjoni, prezzijiet għaljin b'mod eċċessiv għal servizzi ta' prestazzjoni għolja (fosthom linji mikrija għal utenti finali kif spjegat fin-nota preċedenti ta' qiegħ il-paġna) li jkollhom l-effett li jiskoraġġixxu l-applikazzjoni jew l-innovazzjoni, servizzi elettroniċi tal-gvern li jkunu fil-proċess li jiġu żviluppati li jitolbu prestazzjonijiet li jmorru lil hinn minn dawk offruti min-netwerk eżistenti. Meta fiż-żona fil-mira proporzjon sinifikanti taċ-ċittadini u l-utenti kummerċjali diġà qegħdin jiġu moqdijin b'mod xieraq, irid jiġi żgurat li l-intervent pubbliku ma jwassalx għal kostruzzjoni żejda u bla ħtieġa tal-infrastruttura eżistenti. F'dan il-każ, l-intervent pubbliku jista' jiġi limitat għal miżuri ta' “tnaqqis tad-diskrepanzi” biss.

    (81)  Pereżempju, jekk in-netwerk tal-broadband li diġà jkun hemm ikunx inbena fuq il-bażi ta' użu/aċċess privileġġjat għal tubi li la jkunu aċċessibbli għal operaturi oħrajn tan-netwerks u lanqas maqsumin magħhom;

    (82)  Jekk infrastruttura waħda biss tkun preżenti, anke jekk din l-infrastruttura tintuża — permezz ta' diżaggregazzjoni (LLU) — minn diversi operaturi tal-komunikazzjoni elettroniku, sitwazzjoni bħal din titqies bħala żona griża kompetittiva. Ma titqiesx “żona sewda” skont it-tifsira ta' dawn il-Linji Gwida. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA. 31316 Programme national “Très haut débit”, Franza.

    (83)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19.7.2006 dwar il-miżura Nru C 35/05 (ex N 59/05) — Il-Pajjiżi l-Baxxi, Broadband infrastructure in Appingedam (L-infrastruttura tal-Broadband f'Appingedam), (ĠU L 86, 27.3.2007, p. 1). F'din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-forzi kompetittivi tas-suq speċifiku ma kinux ġew ikkunsidrati kif jixraq. B'mod partikolari, li s-suq tal-broadband Olandiż kien qed javvanza malajr u li fih il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi l-operaturi tal-kejbil u l-Fornituri tas-Servizzi tal-Internet, kienu fil-proċess li jintroduċu servizzi tal-broadband b'kapaċità għolja ħafna mingħajr ebda sostenn mill-Istat.

    (84)  L-istess kumpanija tista' topera netwerks separati fissi u bla fili tat-tip NGA fl-istess żona, iżda dan ma jbiddilx il-“kulur” ta' din iż-żona.

    (85)  Ara l-paragrafu (47) hawn fuq.

    (86)  Il-valutazzjoni ddettaljata tista' tkun teħtieġ il-ftuħ ta' proċedura skont l-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja.

    (87)  Din il-mappatura għandha ssir abbażi tad-djar milħuqa minn infrastruttura ta' netwerk partikolari u mhux abbażi tan-numru reali ta' djar jew klijenti konnessi bħala abbonati.

    (88)  Pereżempju, jista' jkun li żoni fil-mira li huma żgħar wisq ma jipprovdux biżżejjed inċentivi ekonomiċi għall-operaturi fis-suq biex jitfgħu offerta għall-għajnuna, waqt li żoni li huma kbar wisq jistgħu jnaqqsu r-riżultat kompetittiv tal-proċess tal-għażla. Diversi proċeduri ta' għażla jippermettu wkoll lil impriżi potenzjali li jibbenefikaw mill-għajnuna mill-Istat u b'hekk jiġi evitat li s-sehem fis-suq ta' operatur wieħed (diġà dominanti) ikompli jissaħħaħ bil-miżuri ta' għajnuna mill-Istat billi jiġu ffavoriti operaturi kbar tas-suq jew billi jiġu skoraġġuti teknoloġiji li prinċipalment ikunu kompetittivi f'żoni ta' mira iżgħar.

    (89)  F'każ fejn ikun jista' jintwera li operaturi eżistenti ma pprovdew ebda informazzjoni sinifikanti lil awtorità pubblika għall-finijiet tal-eżeċizzju rikjest ta' mmappjar, tali awtoritajiet ikollhom jistrieħu biss fuq kwalunkwe informazzjoni li tkun tpoġġiet għad-dispożizzjoni tagħhom.

    (90)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 266/08 — Il-Ġermanja, Broadband in rural areas of Bayern (Il-broadband fiż-żoni rurali ta' Bayern).

    (91)  Is-sitwazzjoni hija differenti meta l-awtorità pubblika tiddeċiedi li tniedi u tamministra n-netwerk direttament (jew permezz ta' entità bi sjieda sħiħa) bħal fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 330/2010 — Franza, Programme national Très Haut Débit u SA.33807 (2011/N) — L-Italja, National Broadband Plan (Pjan Nazzjonali tal-Broadband). F'każijiet bħal dawn, sabiex jiġu salvagwardjati r-riżultati tal-kompetizzjoni li nkisbu sa mil-liberalizzazzjoni tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni, u partikolarment il-kompetizzjoni li teżisti llum fis-suq tal-broadband fil-livell tal-konsumatur, fil-każ ta' netwerks issussidjati ġestiti pubblikament (i) l-operaturi tan-netwerk li huma ta' proprjetà pubblika għandhom jillimitaw l-attività tagħhom għaż-żoni fil-mira predefiniti, u ma għandhomx iwessgħu l-attività tagħhom lejn reġjuni oħra kummerċjalment attraenti; (ii) l-awtorità pubblika għandha tillimita l-attività tagħha sabiex iżżomm l-infrastruttura passiva u tagħti aċċess għaliha, iżda ma għandhiex tinvolvi ruħha f'kompetizzjoni fil-livell tal-bejgħ fil-livell tal-konsumatur ma' operaturi kummerċjali, u (iii) jkollha kontabilità separata għall-fondi użati għall-operat tan-netwerks u għall-fondi l-oħra għad-dispożizzjoni tal-awtorità pubblika.

    (92)  L-Att li hemm referenza għalih f'punt 2 tal-Anness XVI tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi. ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114–240), ĠU L 245, 7.9.2006, p. 22 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 44, 7.9.2006, p. 18.

    (93)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 475/07 — L-Irlanda, National Broadband Scheme (NBS) (L-Iskema Nazzjonali tal-Broadband (NBS)), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 157/06 — Ir-Renju Unit, South Yorkshire Digital region Broadband Project (Proġett tal-Broadband għar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire).

    (94)  Meta l-għan ta' tali proċess ta' għażla kompetittiva ikun kuntratt pubbliku kopert mid-direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku 2004/17/KE (l-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Anness XVI tal-Ftehim taż-ŻEE, ĠU L 245, 7.9.2006, p. 22 u tas-Suppliment taż-ŻEE Nru 44, 7.9.2006, p. 18) jew 2004/18/KE (l-Att imsemmi fil-punt 2 tal-Anness XVI tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 245, 7.9.2006, p. 22 u tas-Suppliment taż-ŻEE Nru 44, 7.9.2006, p. 18), l-avviż tal-offerta għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni mifruxa madwar iż-ŻEE, b'konformità mar-rekwiżiti ta' dawn id-direttivi. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-informazzjoni dwar l-offerti għandha għall-inqas tkun irriklamata mal-pajjiż kollu.

    (95)  F'każ li proċess ta' għażla kompetittiva ma jiġġenerax numru suffiċjenti ta' offerenti, il-kalkolu tal-ispejjeż propost mill-offerent rebbieħ jista' jiġi eżaminat minn awditur estern.

    (96)  Jekk minħabba raġunijiet tekniċi ma jkunx fattibbli li titwaqqaf websajt nazzjonali, għandhom jidħlu fis-seħħ websajts reġjonali. Websajts reġjonali bħal dawn għandhom ikunu interkonnessi.

    (97)  F'termini taż-żona ġeografika kif definit fis-sejħa għal proċess ta' għażla kompetittiva.

    (98)  Pereżempju, topoloġiji ta' netwerks li jippermettu separazzjoni sħiħa u effettiva jistgħu jirċievu aktar punti. Għandu jiġi nnotat li f'dan l-istadju tal-iżvilupp tas-suq, topoloġija li tieħu minn punt għal punt aktar twassal lejn kompetizzjoni fit-tul meta mqabbla ma' topoloġija li tieħu minn punt għal diversi punti, filwaqt li l-ispejjeż tat-tnedija huma paragunabbli, speċjalment fiż-żoni urbani. In-netwerks li jieħdu minn punt għal diversi punti se jkunu kapaċi jipprovdu diżaggregazzjoni sħiħa u effettiva biss meta l-aċċess ta' netwerk ottiku passiv b'multiplazzjoni tad-diviżjoni tat-tul ta' mewġ (WDM-PON) ikun standardizzat u mitlub skont l-oqfsa regolatorji applikabbli.

    (99)  Għal referenza, ara n-nota 3 ta' qiegħ il-paġna. Barra minn hekk, kull meta l-Istati tal-EFTA jagħżlu mudell ta' ġestjoni li permezz tiegħu l-infrastruttura ssussidjata tal-broadband toffri lill-partijiet terzi servizzi ta' aċċess bl-ingrossa biss, u mhux servizzi fil-livell tal-konsumatur, id-distorsjonijiet li jista' jkun hemm tal-kompetizzjoni jkomplu jonqsu minħabba li tali mudell ta' ġestjoni tan-netwerks jgħin biex jiġu evitati kwistjonijiet potenzjalment kumplessi ta' pressjoni fuq il-marġini u għamliet moħbijin ta' diskriminazzjoni fl-aċċess. Ara, pereżempju, SA.30317 High-speed broadband in Portugal (Il-broadband ta' veloċità għolja fil-Portugall).

    (100)  Kull meta miżura ta' għajnuna mill-Istat tkopri l-finanzjament ta' elementi ta' infrastruttura passiva ġdida bħal kanali jew arbli, għandu jingħata aċċess għal dawn ukoll u dan ikun mingħajr rabta ta' żmien. Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 53/2010 — Il-Ġermanja, Federal framework programme on ducts support (Programm qafas Federali dwar is-sostenn fuq kanali), N 596/09 — L-Italja — Bridging the digital divide in Lombardia (Negħlbu l-firda diġitali fil-Lombardia), N 383/09 — Il-Ġermanja — L-Emenda ta' N 150/08 Broadband in the rural areas of Saxony (Il-Broadband fiż-żoni rurali tas-Sassonja), N 330/10 — Franza — Programme national Très Haut Débit.

    (101)  Pereżempju, għan-netwerks tat-tip NGA, il-punt ta' riferiment għandu jkun il-lista ta' prodotti ta' aċċess inkluża fir-rakkomandazzjoni tal-NGA.

    (102)  Jekk l-għajnuna mill-Istat tiġi pprovduta biex tiffinanzja l-kostruzzjoni ta' kanali, dawn tal-aħħar għandhom ikunu kbar biżżejjed biex iservu għal diversi netwerks tal-kejbil u biex jilqgħu fihom soluzzjonijiet minn punt għal punti multipli, kif ukoll minn punt għal punt.

    (103)  Meta l-operatur tan-netwerk jipprovdi wkoll servizzi fil-livell tal-konsumatur, b'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-NGA, dan normalment jimplika għoti ta' aċċess għall-inqas minn sitt xhur qabel it-tnedija ta' servizzi fil-livell tal-konsumatur bħal dawn.

    (104)  Jista' jiġi pprovdut aċċess effettiv bl-ingrossa għall-infrastruttura ssussidjata permezz tal-prodotti għall-aċċess bl-ingrossa mniżżla fl-Appendiċi II.

    (105)  Għal referenza, ara n-nota 3 ta' qiegħ il-paġna.

    (106)  Pereżempju, l-użu tal-aċċess bl-ingrossa minn partijiet terzi ma jistax ikun limitat biss għas-servizzi broadband bl-imnut.

    (107)  Kemm jittieħed f'kunsiderazzjoni l-ammont ta' għajnuna jista' jvarja skont is-sitwazzjoni kompetittiva fil-proċess ta' għażla kompetittiva u fiż-żona fil-mira. Il-parametru referenzjarju jkun għalhekk l-ogħla limitu tal-prezz bl-ingrossa.

    (108)  Sabiex l-operaturi ma jonfħux l-ispejjeż tagħhom b'mod artifiċjali, l-Istati tal-EFTA huma mħeġġa jużaw kuntratti li jinċentivaw lid-ditti biex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom maż-żmien. Pereżempju, b'kuntrast ma' kuntratti abbażi tal-kost b'addenda, kuntratt ta' prezz fiss jagħti inċentiv lill-kumpanija biex tnaqqas l-ispejjeż maż-żmien.

    (109)  It-treġġigħ lura mhuwiex neċessarju fil-każ ta' infrastrutturi ta' proprjetà pubblika, għall-ingrossa biss, li jkunu amministrati mill-awtorità pubblika bl-iskop uniku li jingħata aċċess ġust u mhux diskriminatorju lill-operaturi kollha, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fin-nota 93 ta' qiegħ il-paġna.

    (110)  Eżempji tal-aħjar prattika jissuġġerixxu monitoraġġ u rkupru għal minimu ta' seba' snin, u kwalunkwe profitt żejjed (jiġifieri profitt ogħla minn tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju oriġinali jew mill-medja tal-industrija) għandu jinqasam bejn il-benefiċjarju u l-awtoritajiet pubbliċi skont l-intensità tal-għajnuna tal-miżura.

    (111)  Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment (pereżempju kull sitt xhur) u tkun disponibbli f'formati nonproprjetarji.

    (112)  Din l-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas: apparti l-informazzjoni li tkun diġà saret pubblika wara l-paragrafu (74) j), id-data meta jibda jintuża n-netwerk, il-prodotti tal-aċċess bl-ingrossa, in-numru ta' dawk li jfittxu l-aċċess u l-fornituri tas-servizz fin-netwerk, in-numru ta' djar mgħoddija, u r-rati ta' użu.

    (113)  Inklużi l-operaturi LLU.

    (114)  F'dan l-istadju tal-iżvilupp tas-suq, topoloġija li tieħu minn punt għal punt tista' tkun diżaggregata b'mod effettiv. Jekk l-offerent magħżul jintroduċi netwerk b'topoloġija li tieħu minn punt għal punti multipli, irid ikollu l-obbligu ċar li jipprovdi d-diżaggregazzjoni effettiva permezz ta' multiplessjoni b'diviżjoni tat-tul ta' mewġa (WDM) hekk kif l-aċċess ikun standardizzat u disponibbli kummerċjalment. Sakemm id-diżaggregazzjoni WDM issir effettiva, l-offerent magħżul jintalab jipprovdi lil dawk li jfittxu l-aċċess bi prodott ta' diżaggregazzjoni virtwali, li tkun viċin kemm jista' jkun tad-diżaggregazzjoni fiżika. Bħal Tagħmir f'post il-klijent (CPEs) jew tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jopera n-netwerk. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ameljorati ċerti partijiet tan-netwerk sabiex jiġi pprovdut aċċess effettiv, dan għandu jkun previst fil-pjanijiet tal-awtoritajiet awtorizzanti, pereżempju:

    (115)  il-previżjoni ta' kanali ta' daqs xieraq, it-tkabbir tad-daqs tal-kabinetti tat-toroq biex jipprovdu diżaggregazzjoni effettiva, eċċ. Jekk ikunu benefiċjarji indiretti, meta jingħataw l-aċċess fil-livell bl-ingrossa, l-operaturi terzi nfushom jista' jkollhom jagħtu aċċess bit-stream. Minkejja l-fatt li l-għajnuna ġiet mogħtija biss għal infrastruttura passiva, ġie mitlub ukoll aċċess attiv pereżempju fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 330/2010 — Franza, Programme national Très Haut Débit (mhux disponibbli bil-Malti).

    (116)  Bħat-Tagħmir f'post il-klijent (CPEs — Customer premise equipments) jew tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jopera n-netwerk. Jekk ikun meħtieġ it-titjib ta' ċerti partijiet tan-netwerk sabiex jiġi pprovdut aċċess effettiv, dan ikun previst fil-pjanijiet tal-awtoritajiet awtorizzanti, pereżempju: ikunu previsti kanali ta' daqs xieraq, jikber id-daqs tal-kabinetti tat-toroq biex jipprovdu diżaggregazzjoni effettiva, eċċ.

    (117)  Obbligu b'saħħtu ta' aċċess huwa iktar u iktar kruċjali sabiex wieħed jindirizza s-sostituzzjoni temporanja bejn is-servizzi offruti mill-operaturi eżistenti tal-ADSL u dawk offruti mill-operaturi futuri tan-netwerks tat-tip NGA. L-obbligu ta' aċċess se jiżgura li l-operaturi kompetituri tal-ADSL ikunu jistgħu jċaqilqu lill-klijenti tagħhom għal netwerk tat-tip NGA hekk kif ikun tqiegħed f'postu netwerk sussidjat u b'hekk jibdew jippjanaw l-investimenti futuri tagħhom mingħajr ma jsofru żvantaġġ kompetittiv. Ara, pereżempju, N 461/09 — Ir-Renju Unit, Cornwall & Isles of Scilly Next Generation Broadband (Il-Broadband tal-Ġenerazzjoni li Jmiss f'Cornwall u l-Gżejjer Scilly).

    (118)  F'dan ir-rigward, għandha tiġi kkunsidrata l-persistenza possibbli tal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq li jkunu ġġustifikaw l-għoti ta' għajnuna għall-infrastruttura inkwistjoni.

    (119)  Iż-żieda sproporzjonata fl-ispejjeż trid tiġi ppruvata b'kalkoli tal-ispejjeż iddettaljati u oġġettivi mill-awtorità awtorizzanti.

    (120)  Pereżempju, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 330/2010 — Franza, Programme national Très Haut Débit u fil-Każ SA.33671 — Broadband Delivery UK, United Kingdom (It-twassil tal-broadband fir-Renju Unit, ir-Renju Unit).

    (121)  L-Awtorità tista' taċċetta kundizzjonijiet oħrajn bħala parti mill-analiżi ta' proporzjonalità fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-każ u l-eżerċizzju ġenerali ta' bbilanċjar. Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 330/2010 — Franza, Programme national Très Haut Débit u fil-Każ SA.33671 — Ir-Renju Unit, Broadband Delivery UK (It-twassil tal-broadband fir-Renju Unit). Jekk il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, għandu jingħata l-aċċess fi żmien li jkun meqjus normali għas-suq partikulari. Fil-każ ta' konflitt, l-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha titlob lill-ARN jew lil korp kompetenti nazzjonali ieħor għal parir.

    (122)  Pereżempju, fil-każ ta' netwerks passivi fissi għandha tkun kapaċi tappoġġja kemm it-topoloġiji li jieħdu minn punt għal punt kif ukoll dawk li jieħdu minn punt għal punti multipli, skont l-għażla tal-operaturi. B'mod partikolari fiż-żoni b'densità akbar tal-popolazzjoni, jekk dawn ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat, ma jitqiesx fl-interess pubbliku li tingħata għajnuna għal investimenti f'ameljoramenti sempliċi tan-netwerks eżistenti li ma jirriżultawx ukoll f'bidla fl-istadju f'termini tal-kompetizzjoni.

    (123)  Ara l-paragrafu hawn fuq (56). Interventi li jmorru lil hinn mil-livell tal-uffiċċju ċentrali jiġu kkunsidrati li huma diġà NGA u mhux NGN. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.34031 — Next generation broadband in Valle d'Aosta (Il-broadband tal-ġenerazzjoni li jmiss fil-Valle d'Aosta).

    (124)  Abbażi ta' pjanijiet ta' investiment kredibbli għall-futur qarib ta' tliet snin skont il-paragrafi (59) sa (61).

    (125)  Pereżempju, in-netwerks tat-tip NGA ma jilħqux il-post tal-utent aħħari bil-fibra ottika fil-każ ta' netwerks FTTN, fejn il-fibra ottika hija installata saċ-ċentri (il-kabinetti). Bl-istess mod, xi netwerks tal-kejbil qegħdin jużaw ukoll il-fibra ottika sal-kabinetti u jikkonnettjaw lill-utenti finali b'kejbils koassjali.

    (126)  Pereżempju, f'żona fejn hemm FTTC jew netwerk ekwivalenti u netwerk tal-kejbil imtejjeb (mill-inqas Docsis 3.0), il-kundizzjonijiet tas-suq ġeneralment jiġu kkunsidrati kompetittivi biżżejjed biex jevolvu lejn il-forniment ta' servizzi ultraveloċi mingħajr il-ħtieġa ta' intervent pubbliku.

    (127)  Ara, pereżempju, l-indikaturi fin-noti 81 u 82 ta' qiegħ il-paġna.

    (128)  Ara l-paragrafi (59) sa (61) hawn fuq.

    (129)  Normalment dan ikun il-każ meta, minħabba l-għajnuna, l-operaturi tas-suq ma jkunux jistgħu jirkupraw l-investimenti tal-infrastruttura li jkunu għamlu f'perjodu xieraq meta jiġi kkunsidrat iż-żmien normali ta' amortizzazzjoni. Se jitqiesu b'mod partikolari il-fatturi (interkonnessi) li ġejjin: id-daqs tal-investiment, kemm hu riċenti, il-perjodu minimu meħtieġ għal ritorn adegwat fuq l-investiment u l-effett probabbli tal-introduzzjoni ta' network veloċi ħafna sussidjat fuq in-numru ta' abbonati għan-netwerks eżistenti NGA u l-prezzijiet relattivi ta' sħubija.

    (130)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 23, Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 19.3.2009, p. 1. Ara http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=15119&1=1

    Appendiċi I

    Interventi tipiċi għas-sostenn tal-broadband

    Fid-deċiżjonijiet li ħadet dwar każijiet f'dan il-qasam fl-imgħoddi, il-Kummissjoni osservat ċerti mekkaniżmi ta' finanzjament li huma l-aktar użati mill-Istati tal-UE biex irawmu t-tnedija tal-broadband, ivvalutati skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li jikkorrispondi għall-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-lista li ġejja hija eżempju u mhijiex eżawrjenti, peress li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiżviluppaw modi differenti kif jappoġġjaw it-tnedija tal-broadband jew jiddevjaw mill-mudelli deskritti. Il-kostellazzjonijiet tipikament jinvolvu l-għajnuna mill-Istat, sakemm l-investiment ma jseħħx skont il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (ara t-Taqsima 2.2).

    1.

    Allokazzjoni monetarja (“diskrepanza fil-likwidità” (1)): Fil-maġġoranza tal-każijiet eżaminati mill-Kummissjoni, l-Istat taż-ŻEE (2) jagħti għotjiet monetarji diretti lill-investituri tal-broadband (3) biex jibnu, jiġġestixxu u jisfruttaw kummerċjalment in-netwerk tal-broadband. (4) Dawn l-għotjiet normalment jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, minħabba li l-għotja hija ffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat u tagħti vantaġġ lill-investitur sabiex imexxi attività kummerċjali b'kundizzjonijiet li ma kinux ikunu disponibbli fis-suq. F'każ bħal dan, kemm l-operaturi tan-netwerk li jkunu qed jirċievu l-għotja kif ukoll il-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa għan-netwerk sussidjat ikunu benefiċjarji tal-għajnuna.

    2.

    Appoġġ mhux finanzjarju: F'każijiet oħrajn, l-Istati taż-ŻEE jappoġġjaw it-tnedija tal-broadband billi jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta' netwerk sħiħ tal-broadband (jew partijiet minnu) li sussegwentement jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-investituri tal-komunikazzjoni elettronika, li mbagħad jużaw dawn l-elementi tan-netwerk għat-tnedija tal-proġett tal-broadband tagħhom. Dan l-appoġġ jista' jieħu bosta għamliet, imma l-aktar rikorrenti huwa dak fejn l-Istati taż-ŻEE jipprovdu infrastruttura passiva tal-broadband billi jwettqu xogħol ta' inġinerija ċivili (pereżempju billi jħaffru triq) jew billi jqiegħdu tubi jew fibra skura. (5) Din il-forma ta' appoġġ toħloq vantaġġ għall-investituri tal-broadband, li jiffrankaw l-ispejjeż rispettivi ta' investiment, (6) kif ukoll għall-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa għan-netwerk issussidjat.

    3.

    Netwerks tal-broadband, jew partijiet minnhom, operati mill-Istat: L-għajnuna mill-Istat tista' tkun involuta wkoll jekk l-Istat, minflok jipprovdi appoġġ lil investitur tal-broadband, jibni (partijiet minn) netwerk tal-broadband u joperah direttament permezz ta' fergħa ta' amministrazzjoni pubblika jew permezz ta' kumpanija interna. (7) Dan il-mudell ta' intervent jikkonsisti tipikament mill-bini ta' infrastruttura ta' netwerk passiv ta' proprjetà pubblika, bil-ħsieb li jagħmilha disponibbli għall-operaturi bl-ingrossa tal-broadband billi jagħti aċċess għan-netwerk b'termini mhux diskriminatorji. L-operat tan-netwerk u l-għoti ta' aċċess bl-ingrossa bi ħlas huwa attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-bini ta' netwerk tal-broadband bil-għan li jkun sfruttat kummerċjalment, skont il-ġurisprudenza jikkostitwixxi attività ekonomika (jiġifieri l-għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE diġà tista' tkun preżenti waqt il-bini tan-netwerk tal-broadband). (8) Il-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa f'netwerk operat pubblikament, jitqiesu wkoll bħala benefiċjarji tal-għajnuna.

    4.

    Netwerk tal-broadband ġestit minn konċessjonarju: L-Istati taż-ŻEE jistgħu wkoll jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta' netwerk tal-broadband, li jibqa' proprjetà pubblika li iżda l-operat tiegħu jiġi offrut permezz ta' proċedura miftuħa għall-offerti lil operatur kummerċjali sabiex jamministrah u jisfruttah fil-livell tal-ingrossa. (9) Anki f'dan il-każ, peress li n-netwerk huwa mibni bil-ħsieb li jkun sfruttat, il-miżura tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-operatur li jmexxi u jisfrutta n-netwerk, kif ukoll il-fornituri terzi tal-komunikazzjoni elettronika li jfittxu aċċess bl-ingrossa għan-netwerk, ukoll se jitqiesu bħala benefiċjarji tal-għajnuna.


    (1)  “Diskrepanza tal-likwidità” tirreferi għad-differenza bejn l-ispejjeż tal-investiment u l-profitti mistennija fil-każ tal-investituri privati.

    (2)  Jew kull awtorità pubblika oħra li tagħti l-għajnuna.

    (3)  It-terminu “investituri” jindika impriżi jew operaturi tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvestu fil-bini u fit-tnedija ta' infrastrutturi tal-broadband.

    (4)  Eżempji ta' diskrepanza tal-likwidità huma d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet SA.33438 a.o — Il-Polonja — Broadband network project in Eastern Poland (Proġett ta' netwerk tal-broadband fil-Polonja tal-Lvant), SA.32866 — Il-Greċja — Broadband development in Greek rural areas (L-iżvilupp tal-broadband fiż-żoni rurali Griegi), SA.31851 — L-Italja — Broadband Marche (Il-broadband fil-Marche), N 368/09 — Il-Ġermanja — Amendment of state aid broadband scheme N 115/08 — Broadband in the rural areas of Germany (Emenda tal-iskema ta' għajnuna mill-Istat għall-broadband N115/08 — Il-Broadband fiż-żoni rurali tal-Ġermanja).

    (5)  Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 53/2010 — Il-Ġermanja, Federal framework programme on ducts support (Il-programm qafas Federali dwar is-sostenn fuq kanali), N 596/09 — L-Italja — Bridging the digital divide in Lombardia (Negħlbu l-firda diġitali fil-Lombardia). Ara wkoll N 383/09 — Il-Ġermanja — Emenda għal N 150/08 Broadband in the rural areas of Saxony (Il-broadband fiż-żoni rurali tas-Sassonja).

    (6)  L-ispejjeż tal-inġinerija ċivili u ta' investiment ieħor f'infrastruttura passiva jistgħu jikkostitwixxu sa 70 % tal-ispiża totali ta' proġett tal-broadband.

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 330/2010 — Franza — Programme national Très Haut Débit, li kopra diversi modalitajiet ta' intervent, fost l-oħrajn waħda li fiha l-collectivités territoriales jistgħu joperaw in-netwerks tal-broadband tagħhom bħala operazzjoni “regie”.

    (8)  Il-Kawża T-443/08 u T-455/08 Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni [2011] Ġabra II-1311.

    (9)  Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet N 497/2010 — Ir-Renju Unit, SHEFA2 Interconnect, N 330/2010 — Franza — Programme national Très Haut Débit, N 183/09 — Il-Litwanja, RAIN project (Il-proġett RAIN).

    Appendiċi II:

    Glossarju ta' termini tekniċi

    Għall-fini ta' dawn il-Linji Gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: Id-definizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għal bidliet oħrajn li jistgħu jseħħu fis-suq, fit-teknoloġija u fir-regolamentazzjoni.

    Segment tal-aċċess: il-parti ta' “l-aħħar mil” li tqabbad lin-netwerk backhaul mal-post tal-utent aħħari.

    Netwerk backhaul: Il-parti tan-netwerk tal-broadband li tikkostitwixxi l-ħolqa intermedja bejn in-netwerk ewlieni (backbone network) u n-netwerk tal-aċċess u li twassal id-dejta lejn u minn netwerk globali.

    Aċċess bit-stream: Fornitur tal-aċċess bl-ingrossa jinstalla ħolqa ta' aċċess b'veloċità għolja fil-bini tal-klijent u jagħmel din il-ħolqa ta' aċċess disponibbli għal partijiet terzi.

    Fibra skura: Fibra mitfija mingħajr konnessjoni mas-sistemi tat-trażmissjoni.

    Kanali: Pajp jew kondjuwit taħt l-art li jintuża biex minnu jgħaddu kejbils (tal-fibra, tar-ram jew koassjali) ta' netwerk tal-broadband.

    Separazzjoni sħiħa: Separazzjoni fiżika tagħti aċċess lill-utenti għal-linja ta' aċċess aħħarija u tippermetti lis-sistemi tat-trażmissjoni tal-kompetitur innifsu jittrażmettu fuqha direttament. F'ċerti ċirkustanzi, id-diżaggregazzjoni virtwali tista' titqies ekwivalenti għad-diżaggregazzjoni fiżika.

    FTTH: Netwerk ta' fibra ottika sad-dar, li tilħaq il-post tal-utent aħħari bil-fibra ottika, jiġifieri netwerk ta' aċċess li jikkonsisti minn linji b'fibri ottiċi kemm fis-segmenti tal-alimentazzjoni kif ukoll fis-segmenti ħolqa mal-utent tan-netwerk tal-aċċess (inkluż wajering in-house).

    FTTB: Fibra sal-bini, li tilħaq il-postijiet tal-utent aħħari bil-fibra, jiġifieri l-fibra tasal sal-bini, iżda ram, kejbils koasjali jew LAN jintuża fil-bini.

    FTTN: Fibra saċ-Ċentri. Il-fibra tasal sa kabinetti tat-toroq li jaslu sa diversi kilometri 'l bogħod mill-postijiet tal-klijenti, bl-aħħar konnessjoni tkun ram (fil-fibra sal-kabinett/netwerks VDSL) jew kejbils koassjali (fil-kejbil/netwerk DOCSIS 3). Ta' spiss il-fibra saċ-ċentru hija kkunsidrata bħala pass temporanju u interim lejn FTTH sħiħ.

    Netwerks newtrali: netwerks li jistgħu jifilħu għal kwalunkwe tip ta' topoloġiji ta' netwerks. Fil-każ ta' netwerks FTTH, l-infrastruttura trid tkun kapaċi tiflaħ kemm għat-topoloġiji li jieħdu minn punt għal punt kif ukoll għal dawk li jieħdu minn punt għal diversi punti.

    Netwerk ta 'Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss: Netwerks ta' aċċess li jiddependu totalment jew parzjalment minn elementi ottiċi u li huma kapaċi jwasslu servizzi ta' aċċess għall-broadband b'karatteristiċi mtejba meta mqabblin man-netwerks eżistenti tal-broadband bażiku.

    Netwerk passiv: Netwerk tal-broadband mingħajr ebda komponent attiv. Tipikament jinkludi infrastruttura ta' inġinerija ċivili, kanali u fibra skura u kabinetti tat-toroq.

    Aċċess bl-ingrossa passiv: Aċċess għal mezz ta' trażmissjoni mingħajr ebda komponent elettroniku.

    Punt għal punti multipli: Topoloġija ta' netwerk li għandu linji ddedikati għall-klijenti individwali għal ċentru passiv intermedju (pereżempju, kabinett tat-toroq) fejn dawn il-linji jiġu aggregati f'linja komuni. L-aggregazzjoni tista' tkun passiva (bi splitters bħal fi struttura PON) jew attiva (bħal f'FTTC).

    Punt għal punt: Topoloġija tan-netwerk fejn il-linji tal-klijent jibqgħu ddedikati matul it-triq kollha mill-klijent sal-Punt ta' Preżenza Metropolitan.

    Prodotti għall-aċċess bl-ingrossa: L-aċċess jippermetti li operatur juża l-faċilitajiet ta' operatur ieħor. Il-prodotti għall-aċċess bl-ingrossa li jistgħu jiġu pprovduti bin-netwerk issussidjat huma dawn li ġejjin:

    —    Netwerk FTTH/FTTB: l-aċċess għal kanali, l-aċċess għal fibra skura, l-aċċess diżaggregat għaċ-ċirkwit lokali (WDM-PON jew id-diżaggregazzjoni tal-qafas ta' distribuzzjoni ottika (ODF)), u l-aċċess għal bit-stream.

    —    Netwerks tal-kejbil: aċċess għall-kanali u aċċess bit-stream.

    —    Netwerks FTTC: aċċess għal kanali, diżaggregazzjoni tas-sottoċirkwiti lokali u l-aċċess bit-stream.

    —    Infrastruttura ta' netwerk passiv: l-aċċess għal tubi, l-aċċess għal fibra skura u/jew l-aċċess għal separazzjoni miċ-ċirkwit lokali. F'każ ta' operatur integrat: l-obbligi ta' aċċess (li huma differenti mill-aċċess għall-infrastruttura passiva) għandhom ikunu imposti b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-NGA.

    —    Netwerks ta' broadband ibbażati fuq l-ADSL: l-aċċess diżaggregat għaċ-ċirkwit lokali, l-aċċess għal bit-stream.

    —    Netwerks tal-mowbajls jew netwerks mingħajr fili: bit-stream, il-qsim tal-arbli fiżiċi u l-aċċess għal netwerks backhaul.

    —    Pjattaforma tas-satellita: aċċess bit-stream.


    Top