This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2009J0004
Judgement of the Court of 27 January 2010 in Case E-4/09 — Inconsult Anstalt and the Financial Market Authority (Finanzmarktaufsicht) (Admissibility — Directive 2002/92/EC on insurance mediation — Concept of a ‘durable medium’ )
Sentenza tal-Qorti tas- 27 ta' Jannar 2010 fil-Kawża E-4/09 – Inconsult Anstalt u l-Awtorità tas-Suq Finanzjarju (Finanzmarktaufsicht) (L-Ammissibbiltà – id-Direttiva 2002/92/KE dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni – Il-kunċett ta' “mezz li jservi fit-tul” )
Sentenza tal-Qorti tas- 27 ta' Jannar 2010 fil-Kawża E-4/09 – Inconsult Anstalt u l-Awtorità tas-Suq Finanzjarju (Finanzmarktaufsicht) (L-Ammissibbiltà – id-Direttiva 2002/92/KE dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni – Il-kunċett ta' “mezz li jservi fit-tul” )
ĠU C 305, 11.11.2010, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 305/16 |
SENTENZA TAL-QORTI
tas-27 ta' Jannar 2010
fil-Kawża E-4/09
Inconsult Anstalt u l-Awtorità tas-Suq Finanzjarju (Finanzmarktaufsicht)
(L-Ammissibbiltà – id-Direttiva 2002/92/KE dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni – Il-kunċett ta' “mezz li jservi fit-tul”)
2010/C 305/09
Fil-Kawża E-4/09 bejn Inconsult Anstalt u l-Awtorità tas-Suq Finanzjarju – TALBA lill-Qorti mill-Kummissjoni tal-Appelli tal-Awtorità tas-Suq Finanzjarju (Beschwerdekommission der Finanzmarktaufsicht), il-Liechtenstein, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, b'relazzjoni mal-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati għal sit tal-Internet biex jikkostitwixxi “mezz li jservi fit-tul” taħt it-tali Artikolu, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, il-President, Thorgeir Örlygsson (Imħallef Relatur) u Henrik Bull, Imħallfin, taw is-sentenza fis-27 ta' Jannar 2010, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:
(1) |
Sabiex sit tal-Internet ikun jikkwalifika bħala “mezz li jservi fit-tul” fit-tifsira tal-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, irid jippermetti lill-klijent biex jerfa' l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 12 tad-Direttiva. |
(2) |
Sabiex sit tal-Internet ikun jikkwalifika bħala “mezz li jservi fit-tul” irid jippermetti lill-klijent biex jerfa' l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 12 tad-Direttiva b'mezz li tagħmilha aċċessibbli għal perjodu xieraq għall-finijiet tal-informazzjoni, jiġifieri, sakemm tkun rilevanti għall-klijent sabiex tipproteġi l-interessi tiegħu li jirriżultaw mir-relazzjonijiet tiegħu mal-intermedjarju tal-assigurazzjoni. Dan jista' jkopri ż-żmien li matulu n-negozjati kuntratwali jkunu saru anke jekk ma jirriżultawx fil-konklużjoni ta' kuntratt ta' assigurazzjoni, il-perjodu li matulu kuntratt ta' assigurazzjoni jkun fis-seħħ u, sakemm ikun meħtieġ, il-perjodu wara li tali kuntratt ikun skada. |
(3) |
Sabiex sit tal-Internet ikun jikkwalifika bħala “mezz li jservi fit-tul” irid jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni merfugħa, jiġifieri l-informazzjoni għandha tintrefa' b'mezz li jagħmilha impossibbli għall-intermedjarju ta' assigurazzjoni li jbiddilha unilateralment. |
(4) |
Sabiex sit tal-Internet ikun jikkwalifika bħala “mezz li jservi fit-tul”, huwa irrilevanti jekk il-klijent ikunx ta l-kunsens tiegħu b'mod espliċitu għall-għoti ta' informazzjoni permezz tal-internet. |