EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2009C0433

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 433/09/COL tat- 30 ta’ Ottubru 2009 li temenda, għat-tlieta u sebgħin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

ĠU L 48, 25.2.2010, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/433(2)/oj

25.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 48/27


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 433/09/COL

tat-30 ta’ Ottubru 2009

li temenda, għat-tlieta u sebgħin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), partikolarment l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (2), u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

Billi taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA se tagħti effett lid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE li jirrigwarda l-għajnuna mill-Istat,

Billi taħt l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdu hekk espressament jew jekk l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tqis li dan hu meħtieġ,

Waqt li tfakkar ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat (3) adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (4),

Billi l-Kapitolu fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (5) se jiskadi fit-30 ta’ Novembru 2009 (6),

Billi l-Kapitolu jikkorrispondi għal-Linji Gwida tal-Komunità Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u Ristrutturar ta’ Impriżi li jinsabu f’Diffikultà (7), li se jiskadu fid-9 ta’ Ottubru 2009 (8),

Billi fid-9 ta’ Lulju 2009 il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni dwar il-prolongazzjoni, sad-9 ta’ Ottubru 2012, tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà, li ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Lulju 2009,

Billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà hi relevanti wkoll għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

Billi applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tiġi żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

Billi, skont il-punt II taħt l-intestatura ĠENERALI fi tmiem l-Anness XV għall-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, atti li jikkorrispondu għal dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi l-Kapitolu attwali dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u ristrutturar ta’impriżi li jinsabu f’diffikultà se jiskadi fit-30 ta’ Novembru 2009, hemm, għalhekk, il-ħtieġa għal estensjoni ta’ dak il-Kapitolu,

Wara li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkonsultat lill-Istati tal-EFTA,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-validità tal-Kapitolu fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar l-għanjuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà hija estiża sat-30 ta’ Novembru 2012.

Artikolu 2

Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kristján Andri STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ‘il quddiem il-“Ftehim taż-ŻEE”.

(2)  Minn hawn ‘il quddiem il-“Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”.

(3)  Minn hawn ‘il quddiem il-“Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat”.

(4)  Inizjalment ippubblikati fil-ĠU L 231, 3.9.1994, u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 305/04/COL, ippubblikata fil-ĠU L 107, 28.4.2005 p. 28, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 21, 28.4.2005, p. 1.

(6)  Il-paragrafu 89 tad-Deċiżjoni 305/04/COL, ara r-referenza fin-nota 5 ta’ qiegħ il-paġna.

(7)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(8)  Il-paragrafu 102 fid-dokument imsemmi fin-nota 7 ta’ qiegħ il-paġna.


Top