EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2023/255A/01

Avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa — EUIPO/AD/01/23 — Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-proprjetà intellettwali

ĠU C 255A, 20.7.2023, p. 1–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 255/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI MIFTUĦA

EUIPO/AD/01/23 — Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-proprjetà intellettwali

(2023/C 255 A/01)

Data ta’ skadenza għall-applikazzjoni: Id-29 ta’ Awwissu 2023 f’12.00 (nofsinhar), Ħin tal-Ewropa Ċentrali

WERREJ

1.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 2

2.

XI DMIRIJIET GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ? 2

3.

JIEN ELIĠIBBLI? 2

3.1.

Kundizzjonijiet ġenerali 2

3.2.

Kundizzjonijiet speċifiċi – lingwi 2

3.3.

Kundizzjonijiet speċifiċi – kwalifiki u esperjenza tax-xogħol 2

4.

KIF SE TIĠI ORGANIZZATA L-KOMPETIZZJONI? 3

4.1.

Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni 3

4.2.

Lingwi użati f’din il-kompetizzjoni 3

4.2.1.

Rekwiżiti lingwistiċi 3

4.2.2.

Il-lingwi tal-applikazzjoni u tat-test 3

4.3.

Il-fażijiet tal-kompetizzjoni 4

4.3.1.

Applikazzjoni 4

4.3.2.

Ittestjar 4

4.3.3.

Il-klassifikazzjoni tal-kandidati, il-verifika tal-eliġibbiltà, u l-istabbiliment tal-lista ta’ riżerva. 5

5.

OPPORTUNITAJIET INDAQS U ARRANĠAMENTI RAĠONEVOLI 6

6.

PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI 6

ANNESS I.

Regoli ġenerali 7

ANNESS II.

Dmirijiet tipiċi 14

ANNESS III.

Eżempji ta’ kwalifiki minimi 15

1.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali bbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva li minnha l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) li jinsab f’Alicante, Spanja, jista’ jirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “amministraturi” (grupp ta’ funzjoni AD). Din il-kompetizzjoni ġenerali hija organizzata f’isem u għan-nom tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea li jaġixxi bħala awtorità tal-ħatra (minn hawn ’il quddiem “EUIPO” jew “l-Awtorità tal-Ħatra”).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu inkluż Anness I “Regoli ġenerali”, jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal din il-kompetizzjoni.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula: 200

L-EPSO u l-EUIPO jagħmlu ħilthom biex jużaw lingwaġġ newtrali għall-ġeneru u inklużiv sa fejn ikun possibbli. Kwalunkwe referenza għal persuna ta’ ġeneru speċifiku għandha titqies li tikkostitwixxi wkoll referenza għal persuna ta’ kwalunkwe ġeneru ieħor.

2.   XI DMIRIJIET GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?

Ara l-Anness II għall-informazzjoni dwar il-kompiti tipiċi li l-kandidati ta’ suċċess huma mistennija li jwettqu.

3.   JIEN ELIĠIBBLI?

Il-kandidati jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà ġenerali u speċifiċi kollha elenkati hawn taħt, fid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet.

3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

Kandidat irid:

1.

igawdi id-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE,

2.

ikun issodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari,

3.

jissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għat-twettiq tad-dmirijiet involuti.

3.2.   Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi

Kandidat irid ikollu għarfien tal-lingwi kif previst fit-Taqsima 4.2.1. ta’ hawn taħt.

3.3.   Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza tax-xogħol

Ara Anness III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi.

(a)

Sabiex ikun eliġibbli, kandidat irid jissodisfa r-rekwiżiti elenkati f’wieħed mill-punti li ġejjin:

(i)

Ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas tliet snin, iċċertifikati b’diploma fil-liġi, segwiti minn minimu ta’ tliet snin esperjenza professjonali rilevanti.

(ii)

Ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ta’ mill-inqas tliet snin, iċċertifikati b’diploma f’qasam differenti minn dak legali, segwiti minn mill-anqas ħames snin esperjenza professjonali rilevanti.

(iii)

Ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ta’ mill-inqas tliet snin, iċċertifikati b’diploma, segwiti minn minimu ta’ erba’ snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti, u jkollu lawrja avvanzata fid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (Master’ s, PhD/dottorat, jew ekwivalenti).

(b)

L-esperjenza professjonali msemmija fil-punti 3.3.(a)(i) sa (iii) ta’ hawn fuq titqies rilevanti jekk tkun inkisbet fil-qasam tal-proprjetà intellettwali u tkun relatata direttament man-natura ta’ mill-inqas żewġ dmirijiet, indikati fl-Anness II ta’ dan l-avviż.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a)(iii), sa tliet snin tat-tul totali tal-istudji tal-PhD/dottorat (jew ekwivalenti) jgħoddu bħala esperjenza professjonali sabiex jiġi stabbilit jekk il-kandidat jissodisfax ir-rekwiżit tat-tul minimu ta’ esperjenza professjonali rilevanti stabbilit minn dan il-punt.

4.   KIF SE TIĠI ORGANIZZATA L-KOMPETIZZJONI?

4.1.   Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni

Din il-kompetizzjoni se tiġi organizzata fil-fażijiet li ġejjin:

L-applikazzjoni (ara t-Taqsima 4.3.1).

Ittestjar u punteġġ: testijiet ta’ raġunament, test ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla relatat mal-qasam tal-proprjetà intellettwali (“test MCQ relatat mal-qasam”), u studju tal-każ (ara t-Taqsima 4.3.2).

Il-klassifikazzjoni tal-kandidati, il-verifika tal-eliġibbiltà, u l-istabbiliment tal-lista ta’ riżerva (ara t-Taqsima 4.3.3).

It-testijiet se jsiru u jiġu inviġilati mill-bogħod. Il-kandidati jridu jibbukkjaw appuntament ta’ test skont l-istruzzjonijiet li jkunu rċevew mingħand l-EPSO. Il-perjodi ta’ prenotazzjoni u ttestjar huma limitati. Id-dettalji u l-istruzzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa se jiġu speċifikati fl-ittri tal-istedina għat-testijiet.

4.2.   Lingwi użati f’din il-kompetizzjoni

4.2.1.   Rekwiżiti lingwistiċi

Kandidat f’din il-kompetizzjoni jeħtieġ li jkollu dawn it-tnejn li ġejjin:

(a)

għarfien profond (minimu ta’ livell C1) ta’ waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Din il-lingwa se tissejjaħ ukoll il-“lingwa 1”;

(b)

għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) tal-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan jew l-Ispanjol. Din il-lingwa se tissejjaħ ukoll il-“lingwa 2”. Il-lingwa 2 trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Il-livelli minimi indikati hawn fuq japplikaw għal kull kapaċità lingwistika (id-diskors, il-kitba, il-qari u s-smigħ) mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (1).

Ir-rekwiżiti lingwistiċi f’din il-kompetizzjoni ġew definiti skont ir-regolamenti li ġejjin u l-interessi li jirriżultaw tas-servizz:

(a)

Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“EUTMR”). L-Artikolu 146(2) tal-EUTMR jipprevedi li l-lingwi tal-EUIPO huma l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol.

(b)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (3) L-Artikoli 97 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 jistipulaw li dawn il-lingwi huma lingwi tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Dawn ir-rekwiżiti lingwistiċi speċifikati jiddeterminaw ukoll il-lingwi tat-testijiet (ara t-Taqsima 4.2.2. hawn taħt).

4.2.2.   Il-lingwi tal-applikazzjoni u tat-test

Il-Lingwi se jintużaw f’fażijiet differenti tal-kompetizzjoni kif ġej:

Il-fażi tal-kompetizzjoni

Testijiet

Lingwa

Applikazzjoni

F’waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE

Ittestjar

Testijiet tar-raġunament

Lingwa 1

Test MCQ relatat mal-qasam

Lingwa 2

Studju tal-każ

Lingwa 2

Il-kandidati magħżula, ladarba jiġu rreklutati, se jintalbu juru l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom — kemm ġenerali kif ukoll relatati mal-qasam — f’waħda mil-lingwi tal-EUIPO. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu organizzati l-aspetti ewlenin tal-għażla f’din il-lingwa.

Minħabba raġunijiet tekniċi u biex tiġi garantita l-konsistenza fit-testijiet, l-istruzzjonijiet mogħtija matul it-testijiet, l-interfaċċa/i tal-IT għall-amministrazzjoni tat-test, u l-lingwa ta’ komunikazzjoni mal-inviġilaturi se jkunu bl-Ingliż. Fl-istediniet lill-kandidati u fuq is-sit web tal-EUIPO, se tiġi pprovduta link bit-traduzzjoni tal-istruzzjonijiet u tal-iskrin(ijiet) stampat(i) rilevanti tal-interfaċċa/i tal-IT fil-ħames lingwi tal-EUIPO.

4.3.   Il-fażijiet tal-kompetizzjoni

4.3.1.   Applikazzjoni

Sabiex japplika, kandidat jeħtieġ li jkollu kont tal-EPSO. Il-kandidati li għad ma għandhomx kont tal-EPSO, ikollhom joħolqu wieħed. Jista’ jinħoloq kont wieħed biss għall-applikazzjonijiet kollha tal-EPSO ta’ kandidat partikolari wieħed.

Il-kandidati jridu japplikaw online fuq is- sit web tal-EPSO (4) sa

id-29 ta’ Awwissu 2023 f’12.00 (nofsinhar), Ħin tal-Ewropa Ċentrali.

Bil-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima “Jien eliġibbli?”. Ladarba l-kandidati jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom, dawn ma jkunu jistgħu jagħmlu l-ebda bidliet. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati li jiżguraw li jlestu u jivvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza.

Il-kandidati jkollhom itellgħu — fil-kont tal-EPSO tagħhom — kopji skenjati tad-dokumenti li jiġġustifikaw id-dikjarazzjonijiet li jkunu għamlu fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom sat-2 ta’ Ottubru 2023 f’12.00 (nofsinhar), Ħin tal-Ewropa Ċentrali.

4.3.2.   Ittestjar

Il-kandidati kollha li vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza indikata f’dan l-avviż se jiġu mistiedna jagħmlu sensiela ta’ testijiet.

(a)   Testijiet tar-raġunament

It-testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament tal-kandidati se jiġu organizzati kif ġej:

Test

Lingwa

Mistoqsijiet

Durata

Marka minima meħtieġa

Raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 min.

10/20

Raġunament numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 min.

Numeriku u astratt flimkien: 10/20

Raġunament astratt

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

10 min.

Biex jirnexxi fit-testijiet ta’ raġunament, kandidat jeħtieġ li jikseb kemm punteġġ minimu ta’ 10/20 fit-test ta’ raġunament verbali kif ukoll punteġġ minimu ta’ 10/20 fit-testijiet ta’ raġunament numeriku u astratt.

Dawn it-testijiet għandhom l-għan li jagħżlu kandidati b’livell suffiċjenti ta’ ħiliet ta’ raġunament. Dawn it-testijiet huma eliminatorji, li jfisser li filwaqt li l-kandidati jridu jilħqu l-punteġġi minimi meħtieġa biex jibqgħu fil-kompetizzjoni, il-punteġġi miksuba ma jingħaddux mal-punteġġ globali finali (ara t-Taqsima 4.3.3).

Il-kandidati li ma jilħqux il-punteġġ minimu meħtieġ fit-testijiet ta’ raġunament mhux se jkollhom ir-riżultati li ġabu fit-testijiet l-oħra (test MCQ relatat mal-qasam u l-istudju tal-każ) u ma jiġux innotifikati b’dawk ir-riżultati.

(b)   Test MCQ relatat mal-qasam

It-test MCQ relatat mal-qasam se jiġi organizzat kif ġej:

Test

Lingwa

Nru ta’ mistoqsijiet

Durata

Punteġġ

Punteġġ minimu meħtieġ

Test MCQ relatat mal-qasam

Lingwa 2

30

35 minuta

0-30

15/30

Kandidat irid jilħaq tal-inqas punteġġ minimu ta’ 15/30. Għall-kandidati li jiksbu l-punteġġ minimu meħtieġ, il-punteġġ miksub f’dan it-test se jingħadd mal-punteġġ globali finali kif indikat fit-Taqsima 4.3.3.

Il-kandidati li ma jilħqux il-punteġġ minimu meħtieġ fit-test MCQ relatat mal-qasam mhux se jkollhom punteġġ tal-istudju tal-każ tagħhom.

(c)   Studju tal-każ

L-istudju tal-każ għandu l-għan li jivvaluta l-kompetenza ta’ kandidat fil-komunikazzjoni bil-miktub. Dan se jittieħed fil-lingwa 2 u jingħata punteġġ miż-0 sal-10. Kandidat irid jilħaq tal-inqas punteġġ minimu ta’ 5/10. Għall-kandidati li jiksbu l-punteġġ minimu meħtieġ, il-punteġġ miksub f’dan it-test se jingħadd mal-punteġġ globali finali kif indikat fit-Taqsima 4.3.3.

4.3.3.   Il-klassifikazzjoni tal-kandidati, il-verifika tal-eliġibbiltà, u l-istabbiliment tal-lista ta’ riżerva

Il-Bord tas-Selezzjoni jivverifika u jikkonferma l-punteġġi tat-testijiet ta’ raġunament u t-test MCQ relatat mal-qasam u jagħti punteġġ għall-istudju tal-każ.

Il-Bord tas-Selezzjoni mbagħad ifassal il-lista tal-kandidati fl-ordni dixxendenti tal-punteġġi globali finali tagħhom stabbiliti kif ġej:

Test (5)

Punteġġjatura

Punteġġ tat-test tal-kandidat

Ponderazzjoni applikata għall-punteġġ tat-test tal-kandidat

Punteġġi ponderati

Test MCQ relatat mal-qasam

0-30

X

70 %

A = X * 0,7

Studju tal-każ

0-10

Y

30 %

B = Y * 3 * 0,3

Punteġġ globali finali = A + B

Il-Bord tas-Selezzjoni imbagħad se jikkontrolla l-eliġibbiltà li jinvolvi l-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima 3 (“Jien eliġibbli?”) ta’ dan l-avviż. Il-Bord tas-Selezzjoni se jieħu d-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà ta’ kandidat billi jivverifika u jqabbel:

(a)

id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni, u

(b)

id-dokumenti mtellgħin fil-kont tal-EPSO tal-kandidat sabiex isostnu dawn id-dikjarazzjonijiet.

Il-Bord tas-Selezzjoni jiċċekkja l-fajls tad-dokumenti tal-kandidati fl-ordni dixxendenti tal-punteġġi globali finali tagħhom sakemm l-għadd ta’ kandidati li jinstabu eliġibbli jilħaq l-għadd ta’ kandidati li għaddew u li huma mfittxija.

L-ismijiet ta’ dawn il-kandidati se jiġu inklużi fil-lista ta’ riżerva. Il-kandidati li jġibu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva se jiżdiedu wkoll ma’ dik il-lista ta’ riżerva.

Il-fajls tad-dokumenti tal-kandidati l-oħra ma jiġux ivverifikati.

Il-kandidati se jiġu mgħarrfa bir-riżultati tat-testijiet tagħhom kif indikat f’dan l-avviż.

L-ismijiet fil-lista ta’ riżerva se jiġu elenkati alfabetikament u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-kandidati se jkollhom ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data tan-notifika tar-riżultati biex jinfurmaw lill-EUIPO permezz tal-kaxxa postali funzjonali rilevanti tal-EUIPO (6) jekk jixtiequ li isimhom ma jiġix ippubblikat. Il-lista ta’ riżerva se tkun disponibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ għal aktar proċeduri ta’ reklutaġġ, li jistgħu jinkludu aktar testijiet u intervisti, kif jitqies xieraq.

L-inklużjoni fil-lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.

5.   OPPORTUNITAJIET INDAQS U ARRANĠAMENTI RAĠONEVOLI

L-EPSO u l-EUIPO jagħmlu mill-aħjar sabiex japplikaw politika ta’ opportunitajiet indaqs għall-kandidati kollha.

Il-kandidati li għandhom diżabilità jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tagħhom li jagħmlu t-testijiet, għandhom jindikaw dan fil-formola ta’ applikazzjoni tagħhom u jsegwu l-proċedura sabiex jitolbu akkomodazzjonijiet raġonevoli kif deskritt fis-sit web tal-EPSO (7). Wara li jeżamina t-talba tal-kandidati kif ukoll id-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, l-EPSO jista’ jikkonċedi akkomodazzjonijiet raġonevoli fejn jitqies neċessarju.

6.   PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI

Id-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). L-EPSO u l-EUIPO għandhom jaġixxu bħala kontrolluri konġunti skont it-tifsira tal-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament.

L-Istqarrija ta’ Privatezza Speċifika hija disponibbli f’din il-link (9).


(1)  https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb60

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).

(4)  https://epso.europa.eu/mt/job-opportunities/open-for-application

(5)  Ara l-kundizzjonijiet fit-taqsima 4.3.2.

(6)  EUIPO-AD-01-23@euipo.europa.eu

(7)  https://epso.europa.eu/mt/node/495

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(9)  https://euipo.europa.eu/tunnel-web/secure/webdav/guest/document_library/contentPdfs/data_protection/IPCompetition2023_en.pdf


ANNESS I

REGOLI ĠENERALI

1.   Disposizzjonijiet bażiċi

(1)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli ġenerali japplikaw sakemm l-avviż tal-kompetizzjoni ma jiddikjarax mod ieħor.

(2)

Il-kandidati jirċievu informazzjoni sensittiva għall-ħin fil-kontijiet tal-EPSO tagħhom. Jenħtieġ li dawn jiċċekkjaw il-kont tal-EPSO tagħhom mill-inqas kull tlett ijiem kalendarji biex isegwu l-progress tagħhom matul il-kompetizzjoni u biex jevitaw li jitilfu xi skadenza.

Jekk kandidat ma jistax jagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, għandu jinnotifika lill-EPSO immedjatament permezz tal-formola ta’ kuntatt online (1).

(3)

Jekk bosta kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull fażi tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni. Jekk bosta kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva.

(4)

Meta l-EPSO jindirizza kandidat permezz tal-kont tal-EPSO jew permezz tal-posta elettronika, jagħmel dan f’waħda mil-lingwi li l-kandidat ikun iddikjara li għandu għarfien tagħha fil-livell B2 jew ogħla (2) fit-taqsima “Ability to read” (Abilità ta’ qari) fil-formola tal-applikazzjoni.

(5)

Il-kandidati jistgħu jikkuntattjaw lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online disponibbli fuq is-sit web tal-EPSO (3). Qabel ma jikkuntattjaw lill-EPSO, il-kandidati huma mistiedna jikkonsultaw it-taqsima “mistoqsijiet frekwenti” fuq is-sit web tal-EPSO (4).

(6)

L-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrilevanti).

2.   Kwalifiki, esperjenza, dokumenti ta’ sostenn

Il-bidu u t-tmiem tal-perjodi ta’ edukazzjoni jew esperjenza għandhom dejjem jiġu indikati fil-format jj/xx/ssss.

2.1.   Kwalifiki edukattivi

(1)

Lawrji, diplomi u/jew ċertifikati, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE kif ukoll f’pajjiżi mhux tal-UE, iridu jiġu rikonoxxuti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-UE.

(2)

Id-differenzi bejn is-sistemi edukattivi nazzjonali, b’mod partikolari d-differenzi bejn it-titoli mogħtija lill-lawrji, id-diplomi u ċ-ċertifikati, se jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk il-kandidati għandhomx il-kwalifiki meħtieġa mill-avviż tal-kompetizzjoni.

(3)

Għal kwalunkwe kwalifika edukattiva, il-kandidati għandhom jindikaw it-titolu, il-livell ta’ edukazzjoni, is-suġġetti koperti, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-istudji, u t-tul ta’ żmien regolari/uffiċjali tal-istudju.

(4)

Fit-tab “Edukazzjoni” tal-formola tal-applikazzjoni, il-kandidati għandhom jinkludu wkoll il-kwalifika ta’ edukazzjoni sekondarja tagħhom.

2.2.   Esperjenza professjonali

(1)

Biex tiġi kkunsidrata, l-esperjenza professjonali trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali/minimi li ġejjin:

(a)

Trid tinkiseb wara li tinkiseb il-kwalifika edukattiva minima meħtieġa indikata fl-avviż tal-kompetizzjoni;

(b)

Trid tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

(c)

Trid tiġi remunerata;

(d)

Trid tinvolvi relazzjoni professjonali, i.e. tkun parti minn struttura organizzattiva jew tipprovdi servizz;

(e)

Trid tkun rilevanti għad-dmirijiet elenkati fl-Anness II kif indikat fl-avviż tal-kompetizzjoni. Jekk biċċa waħda biss tal-kompiti mwettqa matul perjodu partikolari ta’ esperjenza professjonali tista’ titqies rilevanti, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

Jekk aktar minn 75 % tal-kompiti jkunu rilevanti, il-perjodu kollu ta’ esperjenza professjonali jitqies rilevanti;

Jekk 50-75 % tal-kompiti jkunu rilevanti, il-perjodu partikolari ta’ esperjenza professjonali jgħodd bir-rata ta’ 75 %;

Jekk 20-50 % tal-kompiti jkunu rilevanti, il-perjodu partikolari ta’ esperjenza professjonali jgħodd bir-rata ta’ 50 %;

Jekk inqas minn 20 % tal-kompiti jkunu rilevanti, il-perjodu partikolari ta’ esperjenza professjonali ma jiġix ikkunsidrat.

(2)

L-esperjenza professjonali elenkata hawn taħt se tiġi kkunsidrata fid-dawl ta’ regoli speċifiċi, inklużi ċerti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu (1) hawn fuq:

(a)

Fil-każ ta’ volontarjat, “remunerazzjoni” għandha tinftiehem bħala kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta, inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż u l-kopertura tal-assigurazzjoni. Barra minn hekk, ix-xogħol volontarju għandu jinvolvi sigħat fil-ġimgħa u tul ta’ żmien simili għal impjieg regolari.

(b)

Fil-każ ta’ apprendistati, “remunerazzjoni” għandha tinftiehem bħala kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta, inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż u l-kopertura tal-assigurazzjoni. Apprendistat obbligatorju li huwa parti minn programm ta’ studju, jista’ jitqies sakemm (i) l-apprendistat isir wara li tinkiseb il-kwalifika edukattiva minima indikata fl-avviż tal-kompetizzjoni, u li (ii) l-apprendistat ikun imħallas.

(c)

Apprendistat obbligatorju li huwa parti minn programm li jwassal għal, jew prekundizzjoni għar-reġistrazzjoni ma’ assoċjazzjoni professjonali sabiex jinkiseb id-dritt li wieħed jipprattika professjoni (pereżempju, l-ammissjoni fil-kamra tal-avukati) jista’ jitqies irrispettivament minn jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le. Madankollu, meta x-xogħol ma jkunx ġie mħallas, il-perjodu ta’ apprendistat jista’ jitqies biss jekk il-programm ikun tlesta b’suċċess u jkun inkiseb id-dritt li wieħed jipprattika. Fil-każijiet kollha, jitqies biss it-tul ta’ żmien obbligatorju minimu.

(d)

Is-servizz militari obbligatorju li jkun seħħ qabel jew wara l-kisba tal-kwalifika edukattiva minima meħtieġa indikata fl-avviż tal-kompetizzjoni se jitqies, inkluż jekk ma jissodisfax il-kriterji ta’ rilevanza definiti fl-avviż tal-kompetizzjoni, iżda biss għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul obbligatorju fl-Istat Membru rilevanti.

(e)

Jista’ jitqies il-liv tal-maternità, tal-paternità, tal-adozzjoni jew tal-ġenituri biss jekk ikun kopert f’kuntratt ta’ xogħol.

(f)

Fil-każ ta’ dottorat, il-perjodu meqjus m’għandux jaqbeż it-tliet snin, sakemm id-dottorat ikun inkiseb, u irrispettivament minn jekk ix-xogħol kienx imħallas.

(g)

Il-perjodu meqjus f’każijiet ta’ xogħol part-time għandu jiġi kkalkulat pro rata, eż. xogħol ta’ nofs il-ħin għal sitt xhur jgħodd bħala tliet xhur.

2.3.   Dokumenti ta’ sostenn

(1)

Il-kandidati jkollhom itellgħu – fil-kont tagħhom tal-EPSO – kopji skennjati tad-dokumenti li jappoġġaw id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola ta’ applikazzjoni tagħhom. Huma jkollhom jagħmlu dan sad-data stabbilita fl-avviż tal-kompetizzjoni jew – jekk ma tiġi stabbilita l-ebda data mill-avviż – sad-data indikata mill-EPSO.

(2)

Jekk ma jingħatax/jingħatawx dokument(i) ta’ sostenn sad-data msemmija hawn fuq, kandidat jista’ jitqies ineliġibbli jew ma jitqiesux il-kwalifika jew l-esperjenza speċifiċi tiegħu.

(3)

Fi kwalunkwe fażi tal-proċedura, il-kandidati jistgħu jintalbu (tipikament, permezz ta’ email) biex jipprovdu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali.

(4)

Fost dokumenti oħra, il-kandidati se jkollhom itellgħu kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport tagħhom li trid tkun valida fid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet. Meta jintalbu jagħmlu dan, il-kandidati jkollhom jippreżentaw kopja oriġinali tal-karta tal-identità jew tal-passaport tagħhom.

(5)

Bħala prova tal-kwalifiki edukattivi u tat-taħriġ tagħhom, il-kandidati se jkollhom jipprovdu:

(a)

kopja tad-diploma/i u/jew ċertifikat(i) ta’ taħriġ tagħhom li jiċċertifikaw kwalifiki edukattivi li jagħtu aċċess għall-kompetizzjoni (ara t-taqsima “Jien eliġibbli” fl-avviż tal-kompetizzjoni),

(b)

diploma/ċertifikat ta’ edukazzjoni sekondarja (inkluż f’każijiet fejn l-avviż ta’ kompetizzjoni jistabbilixxi rekwiżiti edukattivi minimi ogħla mid-diploma ta’ edukazzjoni sekondarja),

(c)

f’każijiet ta’ diplomi/ċertifikati maħruġa f’pajjiż mhux tal-UE, dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-UE.

(6)

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn kopji oriġinali jew iċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

(a)

Dokumenti mingħand l-impjegatur(i) preċedenti u/jew attwali: kuntratt(i) ta’ impjieg li jindikaw id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-impjieg u/jew l-ewwel u l-aħħar rendikonti tal-paga. Dawn id-dokumenti għandhom jindikaw in-natura, il-livell, kif ukoll deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa, u għandu jkollhom intestatura u timbru uffiċjali ta’ min iħaddem, u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli;

(b)

Għal xogħol mingħajr salarju, eż. persuni li jaħdmu għal rashom/professjonijiet liberi: fatturi jew formoli tal-ordni li jagħtu dettalji dwar ix-xogħol imwettaq jew kwalunkwe dokument uffiċjali ta’ sostenn ieħor rilevanti li jispeċifika n-natura u l-perjodu tad-dmirijiet imwettqa jew tas-servizzi mogħtija;

(c)

Għal tradutturi freelance: dokumenti li jiċċertifikaw il-perjodi ta’ ħin maħduma u l-għadd ta’ paġni tradotti;

(d)

Għal interpreti freelance: dokumenti li jiċċertifikaw in-numru ta’ jiem maħduma, u l-lingwi interpretati minnhom u lejhom.

3.   Ir-rwol tal-Bord tas-Selezzjoni

(1)

Il-Bord tas-Selezzjoni tal-kompetizzjoni jiddeċiedi dwar id-diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprova l-kontenut tagħhom, jevalwa l-konformità tal-kandidati mal-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ eliġibbiltà, iqabbel il-merti tal-kandidati, u jagħżel l-aħjar kandidati fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni.

(2)

Il-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni huma sigrieti.

(3)

Il-ħidma tal-Bord tas-Selezzjoni hija ffaċilitata mill-EPSO.

4.   Kunflitt ta’ interess

(1)

Id-Deċiżjoni (jiet) li tistabbilixxi (w) il-Bord tas-Selezzjoni u li taħtar il-membri tiegħu huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (5).

(2)

Il-kandidati, il-membri tal-Bord tas-Selezzjoni, u l-membri tal-persunal tal-EPSO jew tal-EUIPO li jiffaċilitaw l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni speċifika huma meħtieġa jiddikjaraw kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jista’ jinqala’, b’mod partikolari, f’każijiet ta’ relazzjoni ta’ familja jew ta’ xogħol dirett. Sitwazzjoni li tista’ tikkostitwixxi kunflitt ta’ interessi għandha tiġi ddikjarata lill-EPSO jew l-EUIPO malli l-persuna kkonċernata ssir taf biha. L-EPSO jew l-EUIPO se jevalwaw kull każ individwalment u jieħdu miżuri xierqa.

(3)

B’mod ġenerali, ma tista’ teżisti l-ebda rabta ġerarkika diretta jew l-ebda relazzjoni familjari diretta bejn membru tal-Bord tas-Selezzjoni u kandidat. L-eżistenza ta’ relazzjoni professjonali passata jew anki attwali ta’ natura aktar imbiegħda minnha nnifisha ma toħloqx kunflitt ta’ interess.

(4)

Biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Bord tas-Selezzjoni, ħlief f’każijiet espressament awtorizzati, huwa strettament ipprojbit li l-kandidati jew kwalunkwe persuna barra l-Bord tipprova tikkuntattja lil kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompetizzjoni jew il-proċedimenti tal-Bord.

(5)

Ksur ta’ kwalunkwe waħda mir-regoli msemmija hawn fuq jista’ jirriżulta f’azzjoni dixxiplinarja kontra membru tal-Bord tas-Selezzjoni jew membru tal-persunal tal-EPSO u/jew tal-EUIPO u/jew fi skwalifika ta’ kandidat mill-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 7).

5.   Ittestjar

(1)

It-testijiet se jsiru u jiġu sorveljati (inviġilati) mill-bogħod (online). Ir-rekwiżiti tal-IT biex wieħed jgħaddi mit-testijiet (6) huma speċifikati fuq is-sit web tal-EPSO. Il-kandidati huma mħeġġa ħafna jikkonsultaw is-sit web mill-aktar fis possibbli biex jiżguraw li l-istruttura diġitali tagħhom tissodisfa r-rekwiżiti preskritti.

(2)

Il-kandidati jridu jibbukkjaw appuntament ta’ test skont l-istruzzjonijiet li jkunu rċevew mingħand l-EPSO. Il-perjodi ta’ prenotazzjoni u ttestjar huma limitati.

(3)

Id-dettalji u l-istruzzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa se jiġu speċifikati fl-ittri tal-istedina għat-testijiet. F’każijiet fejn il-kandidati jonqsu milli jibbukkjaw, jagħmlu jew ilestu test wieħed jew aktar, jitqies li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni tkun intemmet, sakemm il-kandidati ma jkunux jistgħu jagħtu prova li n-nuqqas ta’ prenotazzjoni, ta’ attendenza jew ta’ tlestija ta’ test ikun dovut għal ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-kandidati jew minħabba sitwazzjoni ta’ force majeure. In-nuqqas ta’ konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet għall-ittestjar speċifikati fl-istruzzjonijiet u l-informazzjoni disponibbli għall-kandidati mhux se jitqies bħala ċirkostanza lil hinn mill-kontroll tal-kandidati jew bħala sitwazzjoni ta’ force majeure.

6.   Aċċess għall-informazzjoni

(1)

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personalment, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra atti li jaffettwawhom ħażin.

(2)

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-Bord tas-Selezzjoni u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

(3)

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

(4)

Il-kandidati jirċievu awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-profil tal-EPSO tiegħek:

Testijiet ta’ raġunament: il-kandidati se jirċievu r-riżultati tagħhom u tabella bit-tweġibiet tagħhom u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/ittra. Aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

Testijiet MCQ relatati mal-qasam: il-kandidati li jiksbu l-minimu meħtieġ fit-testijiet ta’ raġunament jirċievu r-riżultati tagħhom u tabella bit-tweġibiet tagħhom u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/ittra. Aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

Il-kandidati li kisbu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tar-raġunament u MCQ: se jirċievu r-riżultati tagħhom għall-istudju tal-każ (punteġġ). Il-kandidati ma jistgħux jitolbu kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tagħhom fl-istudju tal-każ peress li l-EPSO ma jikkomunika lill-kandidati l-ebda tweġiba tat-testijiet bil-miktub li l-kontenut huwa maħsub għall-użu mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri;

Il-kandidati li huma fost dawk li kisbu l-ogħla punteġġi kkombinati fl-istudju tal-każ u fit-test MCQ u li jinstabu li mhumiex eliġibbli, se jiġu nnotifikati r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ eliġibbiltà.

7.   Skwalifika mill-kompetizzjoni

(1)

Il-kandidati jistgħu jiġu skwalifikati fi kwalunkwe stadju tal-kompetizzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Ħolqien ta’ iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

(b)

Applikazzjoni permezz ta’ diversi kanali meta dan ikun ipprojbit mill-avviż tal-kompetizzjoni;

(c)

Dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

(d)

Qerq waqt it-testijiet, reġistrazzjoni tat-testijiet online jew tentattivi ta’ manipulazzjoni tat-twettiq ġust tat-testijiet, jew tfixkil tal-integrità tal-proċess tal-kompetizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor;

(e)

Kuntatt jew tentattivi ta’ kuntatt ta’ membru tal-Bord tas-Selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

(f)

Nuqqas ta’ informar lill-EPSO dwar kunflitt ta’ interess potenzjali ma’ membru tal-Bord tas-Selezzjoni jew ma’ membru tal-persunal tal-EPSO jew l-EUIPO;

(g)

Iffirmar jew għemil ta’ marka distintiva fuq testijiet bil-miktub jew prattiċi minkejja li jkunu saru struzzjonijiet mod ieħor.

(2)

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE huma mistennija jaġixxu bl-ogħla integrità possibbli, f’konformità mal-Artikolu 27, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 28(c) tar-Regolamenti tal-Persunal. F’każ ta’ frodi jew attentat ta’ frodi, l-EPSO jista’ jiddeċiedi li jiddikjara kandidat ineliġibbli għal kompetizzjonijiet futuri għal perjodu ta’ żmien limitat.

8.   Tħassib u rimedji

8.1.   Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi

(1)

Jekk fi kwalunkwe fażi tal-proċedura tas-selezzjoni l-kandidati jiltaqgħu ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, huma għandhom jinfurmaw lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online (7).

(2)

Għal kwistjonijiet bil-formola tal-applikazzjoni, il-kandidati jridu jikkuntattjaw lill-EPSO immedjatament u fi kwalunkwe każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet.

(3)

Jekk il-problema tinqala’ waqt l-ittestjar mill-bogħod, kandidat irid jagħmel dawn iż-żewġ affarijiet:

(a)

javża minnufih lill-prokuraturi (l-inviġilaturi) jew jikkuntattja l-appoġġ tekniku (permezz ta’ link apposta) biex jippermetti soluzzjoni fil-pront, u fl-istess ħin jitlob li l-ilment jiġi rreġistrat bil-miktub,

kif ukoll

(b)

fi żmien jum kalendarju, jiġifieri sal-aħħar tal-ġurnata wara l-ġurnata tat-test inkwistjoni, ikkuntattja lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online (8), billi tagħti deskrizzjoni qasira tal-problema u tehmeż il-prova tal-attentat(i) biex issolvi l-kwistjoni (pereżempju, numru tal-biljett tal-help-desk, traskrizzjonijiet taċ-chat, eċċ.). Din il-prova dokumentarja hija meħtieġa biex l-EPSO jkun jista’ jagħmel mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni.

L-obbligu li l-EPSO jiġi infurmat japplika fil-każijiet kollha, anki meta l-prokuraturi (l-inviġilaturi) jew l-appoġġ tekniku jkunu segwew l-ilment tal-kandidat.

L-ilmenti li jaslu wara l-iskadenza speċifikata f’dan il-punt jew l-ilmenti li ma jkunux akkumpanjati mill-evidenza ta’ tentattiv biex tiġi solvuta l-kwistjoni jiġu rrifjutati.

(4)

It-talbiet li jsiru fil-kuntest tal-ilmenti msemmija fit-Taqsimiet 8.2.2 u 8.3.1 u bbażati fuq allegati kwistjonijiet tekniċi u/jew organizzattivi li ma kinux ġew irrapportati f’konformità mat-Taqsima 8.1, se jiġu miċħuda.

8.2.   Proċeduri ta’ rieżami interna

8.2.1.   Ilmenti dwar mistoqsijiet tat-test MCQ

(1)

Il-kandidati li jqisu li għandhom raġunijiet ġustifikabbli biex jemmnu li żball f’waħda jew aktar mill-mistoqsijiet fit-test ta’ mistoqsija b’għażla multipla (MCQ) affettwa l-kapaċità tagħhom li jwieġbu, jistgħu jitolbu li l-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i tiġi/jiġu rieżaminata/i.

(2)

Il-Bord tas-Selezzjoni jista’ jiddeċiedi li “jinnewtralizza” il-mistoqsija/jiet li jkun fihom l-iżball: jikkanċella l-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i u jqassam mill-ġdid il-punti inizjalment allokati għal dik/dawk il-mistoqsija/jiet fost il-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew il-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti tal-avviż tal-kompetizzjoni.

(3)

Biex jintroduċi lment dwar mistoqsija/jiet tat-test MCQ, kandidat għandu:

(a)

jikkuntattja lill-EPSO permezz tal-formola online (9) fi żmien jum kalendarju wieħed, jiġifieri sa tmiem il-jum ta’ wara l-jum tat-test inkwistjoni,

(b)

jiddeskrivi l-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i bl-aktar mod preċiż possibbli, u

(c)

jispjega n-natura tal-iżball/żbalji allegat/i.

(4)

Ilmenti sottomessi wara l-iskadenza jew ilmenti li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija/jiet kkontestata/i u/jew l-iżball/żbalji allegat/i mhux se jiġu kkunsidrati. B’mod partikolari, ilmenti li sempliċement jindikaw kwistjonijiet allegati ta’ traduzzjoni, mingħajr ma jispeċifikaw il-problema, mhux se jiġu kkunsidrati.

(5)

It-talbiet li saru fil-kuntest tal-ilmenti msemmija fit-Taqsima 8.3.1 u bbażati fuq kwistjonijiet allegati fil-mistoqsijiet tat-test MCQ, li ma kinux ġew irrapportati skont it-Taqsima 8.2.1, se jiġu miċħuda.

8.2.2.   Talbiet għal rieżami

(1)

Il-kandidati jistgħu jitolbu rieżami ta’ deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Selezzjoni, li tistabbilixxi r-riżultati tagħhom, tiddetermina jekk jistgħux jipproċedu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni, jew taffettwax l-istatus legali tagħhom bħala kandidati b’mod ieħor.

(2)

L-għan tal-proċedura ta’ rieżami huwa li tippermetti lill-Bord tas-Selezzjoni jemenda d-deċiżjoni kkontestata f’każijiet fejn ikun hemm raġuni biex jagħmel dan (bħal żball ġenwin jew irregolarità materjali fl-evalwazzjoni). Fil-proċedura ta’ rieżami, il-Bord tas-Selezzjoni se jirrieżamina l-valutazzjoni tiegħu tal-merti tal-kandidat u se jikkonferma l-konklużjonijiet inizjali tiegħu jew jipprovdi valutazzjoni riveduta.

(3)

Il-Bord tas-Selezzjoni mhu se jwieġeb għall-ebda argument legali, kemm jekk relatat mal-valutazzjoni kkontestata kif ukoll jekk le. Kwalunkwe argument ta’ natura legali u pretensjoni relatata mal-qafas legali tal-kompetizzjoni jistgħu jitressqu fil-forma ta’ lment amministrattiv (ara t-Taqsima 8.3.1).

(4)

Is-sempliċi fatt li l-kandidati jistgħu ma jaqblux mal-evalwazzjoni mill-Bord tas-Selezzjoni tal-prestazzjoni tagħhom f’test jew tal-kwalifiki u/jew l-esperjenza tagħhom, ma jfissirx li l-Bord tas-Selezzjoni wettaq żball ta’ valutazzjoni. Il-Bord tas-Selezzjoni jgawdi marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni biex jagħmel ġudizzji ta’ valur dwar il-prestazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-kandidati.

(5)

Biex jintroduċi talba għal rieżami, kandidat irid:

(a)

jikkuntattja l-mailbox funzjonali tal-EUIPO (10) fi żmien ħamest ijiem kalendarji li (jinkludu u) jibdew jgħoddu mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fil-kont EPSO tal-kandidat;

(b)

jindika b’mod ċar id-deċiżjoni li l-kandidat jixtieq jikkontesta u r-raġunijiet għaliex qed jikkontestaha.

(6)

Il-kandidati se jirċievu rikonoxximent li t-talba tagħhom tkun waslet. Il-Bord tas-Selezzjoni se jeżamina t-talba għal rieżami u se jinforma lill-kandidat bid-deċiżjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli.

(7)

It-talbiet għal rieżami li jaslu wara l-iskadenza indikata fil-punt (5)(a) hawn fuq se jitqiesu inammissibbli u mhux se jiġu eżaminati, ħlief fejn il-kandidati jistgħu juru sitwazzjoni ta’ force majeure.

8.3.   Forom oħra ta’ rieżami

8.3.1.   Ilmenti amministrattivi skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal

(1)

Il-kandidati jistgħu jressqu lment amministrattiv kontra miżura (deċiżjoni jew nuqqas tagħha) jekk:

(a)

huma jqisu li r-regoli li jirregolaw il-proċeduri tal-kompetizzjoni ġew miksura, kif ukoll

(b)

il-miżura kkontestata taffettwa b’mod negattiv lill-kandidat ikkonċernat, jiġifieri, direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħu bħala kandidat (jiġifieri, tistabbilixxi r-riżultati tiegħu, tiddetermina jekk jistax jipproċedi għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni, jew taffettwa l-istatus legali tiegħu bħala kandidat b’mod ieħor).

(2)

L-ilment jista’ jsir kontra n-nuqqas ta’ deċiżjoni f’dawk il-każijiet fejn hemm obbligu li tittieħed deċiżjoni fi żmien skadenza speċifikata fir-Regolamenti tal-Persunal.

(3)

Il-kandidati li jkunu ressqu talba għal rieżami (ara t-Taqsima 8.2.2) iridu jistennew sakemm jiġu nnotifikati bit-tweġiba għal dik it-talba qabel ma jiddeċiedu jekk jippreżentawx ilment amministrattiv. F’każijiet bħal dawn, l-iskadenza għall-introduzzjoni ta’ lment amministrattiv tibda tgħodd mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni dwar it-talba għal rieżami.

(4)

L-ilmenti amministrattivi jiġu eżaminati mill-awtorità tal-ħatra skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

(5)

L-għan tal-proċedura tal-ilmenti amministrattivi huwa li jiġi vverifikat jekk il-qafas legali tal-kompetizzjoni ġiex irrispettat. Il-kandidati għandhom jinnotaw li l-awtorità tal-ħatra ma tistax tbiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn Bord tas-Selezzjoni u ma għandha l-ebda setgħa legali biex tbiddel is-sustanza ta’ deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni.

(6)

Biex jintroduċi lment amministrattiv, kandidat għandu:

(a)

jikkuntattja lill-mailbox funzjonali tal-EUIPO (11) fi żmien l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, jiġifieri tliet xhur (i) mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew (ii) mid-data li fiha tali deċiżjoni kellha tittieħed,

kif ukoll

(b)

jindika ċarament id-deċiżjoni jew in-nuqqas ta’ deċiżjoni, li l-kandidat jixtieq jikkontesta u r-raġunijiet għall-kontestazzjoni tagħha.

(7)

L-ilmenti amministrattivi li jaslu wara l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal imsemmijja hawn fuq jitqiesu inammissibbli.

8.3.2.   Appelli ġudizzjarji

(1)

Il-kandidati għandhom id-dritt li jressqu appell ġudizzjarju quddiem il-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(2)

Appelli ġudizzjarji kontra deċiżjoni meħuda mill-awtorità tal-ħatra ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali sakemm kandidat ma jkunx uża kif xieraq ir-rimedju ta’ lment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 8.3.1 hawn fuq).

(3)

L-informazzjoni kollha dwar l-appelli ġudizzjarji tinsab fuq is-sit web tal-Qorti Ġenerali (12).

8.3.3.   Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew

(1)

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jressqu lment lill-Ombudsman Ewropew dwar każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina.

(2)

Qabel ma jressqu lment lill-Ombudsman, il-kandidati l-ewwel iridu jkunu eżawrew ir-rimedji interni (ara t-Taqsimiet 8.1 u 8.2 hawn fuq).

(3)

L-ilmenti li jsiru lill-Ombudsman ma għandhom l-ebda effett sospensiv fuq l-iskadenzi stabbiliti għall-preżentazzjoni ta’ talbiet, ilmenti, jew appelli ġudizzjarji msemmija f’dawn ir-regoli.

(4)

L-informazzjoni kollha dwar l-ilmenti lill-Ombudsman tista’ tinstab fuq is-sit web apposta (13).

Tmiem l-ANNESS I, ikklikkja hawn sabiex terġa’ lura għat-test ewlieni


(1)  https://epso.europa.eu/mt/contact-us

(2)  https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb60

(3)  https://epso.europa.eu/mt/contact-us

(4)  https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category

(5)  https://epso.europa.eu/mt

(6)  https://epso.europa.eu/mt/it-requirements-passing-epsos-remotely-proctored-tests

(7)  https://epso.europa.eu/mt/help/faq/complaints

(8)  https://epso.europa.eu/mt/help/faq/complaints

(9)  https://epso.europa.eu/mt/help/faq/complaints

(10)  EUIPO-AD-01-23@euipo.europa.eu

(11)  EUIPO-AD-01-23@euipo.europa.eu

(12)  https://curia.europa.eu/jcms/

(13)  https://www.ombudsman.europa.eu/mt/home


ANNESS II

DMIRIJIET TIPIĊI

1.

Eżami sostantiv u ġestjoni tal-applikazzjonijiet għal trademark: raġunijiet assoluti għar-rifjut u t-tħejjija ta’ deċiżjonijiet relatati.

2.

Eżami sostantiv u ġestjoni ta’ każijiet ta’ oppożizzjoni għal trademark u t-tħejjija ta’ deċiżjonijiet relatati.

3.

Eżami sostantiv u ġestjoni tal-każijiet ta’ kanċellazzjoni ta’ trademark u t-tħejjija ta’ deċiżjonijiet relatati.

4.

Eżami sostantiv u ġestjoni ta’ applikazzjonijiet ta’ disinn u/jew każijiet ta’ invalidità u t-tħejjija ta’ deċiżjonijiet relatati.

5.

Eżami fil-mertu u ġestjoni tal-kawżi ta’ appell relatati mal-proprjetà intellettwali u t-tfassil ta’ deċiżjonijiet relatati, inkluża ħidma preparatorja bħar-riċerka u l-analiżi tal-ġurisprudenza.

6.

Eżami sostantiv u ġestjoni tal-kawżi tal-qorti relatati mal-proprjetà intellettwali u l-abbozzar ta’ deċiżjonijiet relatati, inkluża ħidma preparatorja bħar-riċerka u l-analiżi tal-ġurisprudenza.

7.

Analiżi, tħejjija u abbozzar ta’ testi leġiżlattivi, linji gwida, dokumenti ta’ politika, studji, rapporti u testi kumplessi oħra relatati mal-proprjetà intellettwali.

8.

Għoti ta’ pariri legali, assistenza u/jew għarfien espert tekniku fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, prinċipalment trademarks, disinji u Indikazzjonijiet Ġeografiċi.

9.

Riċerka, valutazzjoni komparattiva u ħidma analitika sostantiva oħra relatata mal-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, fi ħdan il-mandat tal-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali.

10.

Immaniġġjar ta’ jew kontribut għal proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim, permezz ta’ litigazzjoni jew soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, fil-qasam tal-proprjetà intellettwali.

Tmiem l-ANNESS II, agħfas hawnhekk sabiex terġa’ lura għat-test prinċipali


ANNESS III

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI

(Eżempji ta’ kwalifiki minimi skont l-Istat Membru u r-Renju Unit u skont il-grad li, fil-prinċipju, jikkorrispondu għal dawk mitluba mill-avviżi ta’ kompetizzjonijiet)

Ikklikkja hawn għal verżjoni li tista’ tinaqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

PAJJIŻ

Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

Minn AST 1 sa AST 7

Minn AST 3 sa AST 11

Minn AD 5 sa AD 16

Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja)

Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni ta’ livell universitarju (mill-anqas tliet snin)

Edukazzjoni ta’ livell universitarju (erba’ snin jew aktar)

Belgique — België — Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d’enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature/Kandidaat

Graduat/Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d’études approfondies (DEA)

Diplôme d’études spécialisées (DES)

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česko

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA eller BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta/National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile/University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht/Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d’ingénieur

Doctorat

Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea — L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d’ingénieur technicien

Master

Diplôme d’ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 À Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of «Ingenieur»

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom

Fachhochschuldiplom

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire (colegiu universitar)

Învățământ preuniversitar

Diplomă de licenţă

Diplomă de licenţă

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma

Magisterij

Specializacija

Doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor)

Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, À level (VCE À level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

NOTE:

UK diplomas awarded in 2020 (until 31 December 2020) are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State.

Tmiem l-ANNESS III, agħfas hawnhekk sabiex terġa’ lura għat-test prinċipali


Top