This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2022/363A/01
Notice of open competition – EPSO/AST/154/22 – Assistants (AST 3) in the following fields: 1. Financial management; 2. Accounting and treasury; 3. Public procurement; 4. Graphic design and visual content production; 5. Social and digital media; 6. Webmaster
Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST/154/22 — Assistenti (AST 3) fl-oqsma li ġejjin: 1. Ġestjoni finanzjarja — 2. Kontabbiltà u teżor — 3. Akkwist pubbliku — 4. Disinn grafiku u produzzjoni ta’ kontenut viżwali — 5. Media soċjali u diġitali — 6. Webmaster
Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST/154/22 — Assistenti (AST 3) fl-oqsma li ġejjin: 1. Ġestjoni finanzjarja — 2. Kontabbiltà u teżor — 3. Akkwist pubbliku — 4. Disinn grafiku u produzzjoni ta’ kontenut viżwali — 5. Media soċjali u diġitali — 6. Webmaster
ĠU C 363A, 22.9.2022, pp. 1–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 363/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
EPSO/AST/154/22 — ASSISTENTI (AST 3) FL-OQSMA LI ĠEJJIN:
1. ĠESTJONI FINANZJARJA
2. KONTABBILTÀ U TEŻOR
3. AKKWIST PUBBLIKU
4. DISINN GRAFIKU U PRODUZZJONI TA’ KONTENUT VIŻWALI
5. MEDIA SOĊJALI U DIĠITALI
6. WEBMASTER
(2022/C 363 A/01)
Skadenza għall-applikazzjoni: il-25 ta’ Ottubru 2022 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell
WERREJ
|
1. |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 3 |
|
2. |
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ? | 3 |
|
3. |
JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA? | 3 |
|
3.1. |
Kundizzjonijiet ġenerali | 3 |
|
3.2. |
Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi | 3 |
|
3.3. |
Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol | 3 |
|
3.3.1. |
Qasam 1 — ġestjoni finanzjarja | 3 |
|
3.3.2. |
Qasam 2 — kontabbiltà u teżor | 4 |
|
3.3.3. |
Qasam 3 — akkwist pubbliku | 4 |
|
3.3.4. |
Qasam 4 — disinn grafiku u produzzjoni ta’ kontenut viżwali | 5 |
|
3.3.5. |
Qasam 5 — media soċjali u diġitali | 5 |
|
3.3.6. |
Qasam 6 — webmaster | 6 |
|
4. |
IL-KOMPETIZZJONI KIF SE TIĠI ORGANIZZATA? | 7 |
|
4.1. |
Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni | 7 |
|
4.2. |
Lingwi użati f’din il-kompetizzjoni | 7 |
|
4.2.1. |
Rekwiżiti tal-lingwa | 7 |
|
4.2.2. |
Il-lingwi tal-applikazzjoni u tat-testijiet | 8 |
|
4.2.3. |
Il-lingwi ta’ komunikazzjoni | 8 |
|
4.3. |
Il-fażijiet tal-kompetizzjoni | 8 |
|
4.3.1. |
Applikazzjoni | 8 |
|
4.3.2. |
Preselezzjoni: testijiet ta’ raġunament | 9 |
|
4.3.3. |
Kontroll tal-eliġibbiltà | 9 |
|
4.3.4. |
Ċentru ta’ evalwazzjoni | 10 |
|
4.3.5. |
L-ivverifikar tad-dokumenti mehmuża u t-twaqqif ta’ lista ta’ riżerva | 10 |
|
5. |
OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠEVOLAZZJONI RAĠONEVOLI | 11 |
|
ANNESS I |
— Dmirijiet tipiċi | 12 |
|
ANNESS II |
— Eżempji ta’ kwalifiki minimi | 16 |
|
ANNESS III |
— Regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali | 25 |
1. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qiegħed jorganizza kompetizzjoni miftuħa bbażata fuq il-kwalifiki u t-testijiet sabiex jinħolqu listi ta’ riżerva li minnhom l-istituzzjonijiet, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea (UE) jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala assistenti (grupp ta’ funzjoni AST, grad tal-bidu AST 3).
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal din il-kompetizzjoni.
L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:
|
Qasam 1 |
Ġestjoni finanzjarja |
220 |
|
Qasam 2 |
Kontabbiltà u teżor |
81 |
|
Qasam 3 |
Akkwist pubbliku |
80 |
|
Qasam 4 |
Disinn grafiku u produzzjoni ta’ kontenut viżwali |
44 |
|
Qasam 5 |
Media soċjali u diġitali |
35 |
|
Qasam 6 |
Webmaster |
32 |
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni jkopri sitt oqsma. Kandidat jista’ japplika biss għal qasam wieħed minnhom. Il-kandidati jridu jagħmlu l-għażla tagħhom meta japplikaw u ma jkunux jistgħu jibdluha wara li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom.
2. LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?
Ara l-Anness I għal informazzjoni dwar il-kompiti tipiċi li l-kandidati magħżula huma mistennija jwettqu.
3. JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Il-kandidati jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha elenkati hawn taħt, fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet.
3.1. Kundizzjonijiet ġenerali
Kandidat irid:
|
(a) |
ikun igawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE, |
|
(b) |
ikun issodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw is-servizz militari, |
|
(c) |
jissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għall-kompiti kkonċernati. |
3.2. Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi
Kandidat irid ikollu għarfien ta’ mill-inqas tnejn mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, kif previst fit-Taqsima 4.2 aktar ’l isfel.
3.3. Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol
Ara Anness II għal eżempji ta’ kwalifiki minimi.
3.3.1. Qasam 1 — ġestjoni finanzjarja
Biex ikun eliġibbli għall-qasam 1, kandidat irid ikollu jew:
|
(a) |
Livell ta’ edukazzjoni postsekondarja ta’ mill-inqas sentejn, iċċertifikat b’diploma fl-ekonomija, l-amministrazzjoni pubblika, l-amministrazzjoni tan-negozju, il-kontabbiltà, il-finanzi/ġestjoni finanzjarja, il-liġi, jew qasam relatat direttament, segwit minn mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti jew |
|
(b) |
Livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li jagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja segwit minn mill-inqas sitt snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti. |
L-esperjenza professjonali msemmija fil-punti a) u b) ta’ din is-subtaqsima titqies rilevanti jekk tkun inkisbet f’żewġ oqsma jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(i) |
It-tħejjija, l-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ tal-baġits annwali; |
|
(ii) |
L-istabbiliment ta’ dossiers finanzjarji, il-verifika tad-dokumentazzjoni finanzjarja u/jew it-tfassil ta’ rapporti/statistika finanzjarji; |
|
(iii) |
Il-monitoraġġ finanzjarju ta’ kuntratti ta’ akkwist u/jew ftehimiet ta’ għotja u/jew il-monitoraġġ finanzjarju tan-nefqa amministrattiva u/jew drittijiet finanzjarji għal membri eletti/maħtura ta’ istituzzjonijiet pubbliċi; |
|
(iv) |
It-tħejjija (bidu) ta’ tranżazzjonijiet baġitarji u finanzjarji; |
|
(v) |
Il-verifika indipendenti tat-tranżazzjonijiet baġitarji u finanzjarji ta’ qabel (ex ante) u wara l-eżekuzzjoni (ex post); |
|
(vi) |
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistemi finanzjarji tal-kontabbiltà u tal-IT inklużi l-għodod ta’ rappurtar u l-ġestjoni tal-bażi tad-data; |
|
(vii) |
L-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni/rakkomandazzjonijiet maqbula wara awditi jew rakkomandazzjonijiet finanzjarji. |
3.3.2. Qasam 2 — kontabbiltà u teżor
Biex ikun eliġibbli għall-qasam 2, kandidat irid ikollu jew:
|
(a) |
Livell ta’ edukazzjoni postsekondarja ta’ mill-inqas sentejn, iċċertifikat b’diploma fil-kontabbiltà jew fil-finanzi/ġestjoni finanzjarja, segwit minn mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti jew |
|
(b) |
Livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li jagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja segwit minn mill-inqas sitt snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti. |
L-esperjenza professjonali msemmija fil-punti a) u b) ta’ din is-subtaqsima titqies rilevanti jekk tkun inkisbet f’żewġ oqsma jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(i) |
L-introduzzjoni, il-verifika u/jew il-validazzjoni ta’ fatturi u noti ta’ kreditu; |
|
(ii) |
L-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ tal-pagamenti u t-tpaċija b’noti ta’ kreditu; |
|
(iii) |
L-eżekuzzjoni tal-irkupru tal-ammonti riċevibbli u l-entrati kontabilistiċi relatati; |
|
(iv) |
Il-ġestjoni tal-assi, id-deprezzament u l-inventarji; |
|
(v) |
L-irkupri tal-VAT; |
|
(vi) |
Ir-rikonċiljazzjonijiet finanzjarji u kontabilistiċi; |
|
(vii) |
L-amministrazzjoni tat-teżor |
|
(viii) |
It-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, il-kontribuzzjoni għall-għeluq annwali u l-produzzjoni ta’ diversi rapporti finanzjarji u ta’ ġestjoni tal-inventarju; |
|
(ix) |
L-awditjar statutorju. |
3.3.3. Qasam 3 — akkwist pubbliku
Biex ikun eliġibbli għall-qasam 3, kandidat irid ikollu jew:
|
(a) |
Livell ta’ edukazzjoni postsekondarja ta’ mill-inqas sentejn, iċċertifikat b’diploma fl-ekonomija, l-amministrazzjoni pubblika, l-amministrazzjoni tan-negozju, il-kontabbiltà, il-finanzi/ġestjoni finanzjarja, il-liġi, jew qasam relatat direttament, segwit minn mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti jew |
|
(b) |
Livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li jagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja segwit minn mill-inqas sitt snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti. |
L-esperjenza professjonali msemmija fil-punti a) u b) ta’ din is-subtaqsima titqies rilevanti jekk tkun inkisbet f’żewġ oqsma jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(i) |
L-ippjanar u l-ipprogrammar tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku (u/jew tal-għotja); |
|
(ii) |
It-tħejjija jew l-aġġornament tal-mudelli tad-dokumenti tal-akkwist pubbliku (u/jew tal-għotja); |
|
(iii) |
Il-bidu u/jew ir-reviżjoni ta’ dokumenti ta’ akkwist pubbliku (u/jew ta’ għotja); |
|
(iv) |
L-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku (u/jew tal-għotja); |
|
(v) |
Il-monitoraġġ legali u finanzjarju ta’ kuntratti u/jew ftehimiet ta’ għotja; |
|
(vi) |
It-tfassil, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-akkwist elettroniku. |
3.3.4. Qasam 4 — disinn grafiku u produzzjoni ta’ kontenut viżwali
Biex ikun eliġibbli għall-qasam 4, kandidat irid ikollu jew:
|
(a) |
Livell ta’ edukazzjoni postsekondarja ta’ mill-inqas sentejn, iċċertifikat b’diploma fid-disinn grafiku, il-komunikazzjoni viżwali, id-disinn tal-komunikazzjoni, il-komunikazzjoni, jew qasam relatat direttament, segwit minn mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti jew |
|
(b) |
Livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li jagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja segwit minn mill-inqas sitt snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti. |
L-esperjenza professjonali msemmija fil-punti a) u b) ta’ din is-subtaqsima titqies rilevanti jekk tkun inkisbet f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
|
(i) |
Il-ħidma b’applikazzjonijiet Adobe Creative Cloud, b’mod partikolari Illustrator, Photoshop, InDesign u/jew After Effects; |
|
(ii) |
Il-ħolqien ta’ kunċetti u disinji ta’ prodotti ta’ komunikazzjoni (pubblikazzjonijiet, illustrazzjonijiet, ikoni, posters, roll-ups, backdrops, eċċ.) u assi għall-użu stampat, diġitali u online; |
|
(iii) |
L-immarkar, il-komunikazzjoni tal-immarkar, u l-ħolqien u l-ġestjoni tal-identitajiet viżwali; |
|
(iv) |
Il-ħolqien ta’ elementi viżwali animati u le għall-media soċjali, l-infografika, u l-prototipi; |
|
(v) |
Il-produzzjoni ta’ elementi viżwali, infografika u tqassim f’firxa wiesgħa ta’ kanali u lingwi; |
|
(vi) |
l-iżgurar tal-użu u l-aċċessibbiltà tal-assi viżwali u diġitali u tal-kontenut f’konformità mal-istandards rikonoxxuti (b’mod partikolari għall-web); |
|
(vii) |
l-użu ta’ disinn grafiku, analiżi tad-data, u għodod ta’ viżwalizzazzjoni tad-data biex tiġi ppreżentata data b’modi li tkun aċċessibbli, attraenti u interattiva (graffs, mapep, infografika u formati oħra ta’ viżwalizzazzjoni) għall-użu stampat, diġitali u online. |
3.3.5. Qasam 5 — media soċjali u diġitali
Biex ikun eliġibbli għall-qasam 5, kandidat irid ikollu jew:
|
(a) |
Livell ta’ edukazzjoni postsekondarja ta’ mill-inqas sentejn, iċċertifikat b’diploma fil-komunikazzjoni, fil-marketing, fil-ġurnaliżmu, fil-produzzjoni tal-immaġni jew tal-vidjo, fl-istudji Ewropej, fir-relazzjonijiet internazzjonali, fil-marketing diġitali, jew f’qasam relatat direttament, segwit minn mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti jew |
|
(b) |
Livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li jagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja segwit minn mill-inqas sitt snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti. |
L-esperjenza professjonali msemmija fil-punti a) u b) ta’ din is-subtaqsima titqies rilevanti jekk tkun inkisbet f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
|
(i) |
Il-ġestjoni ta’ kanali u pjattaformi tal-media soċjali għal entitajiet pubbliċi jew privati; |
|
(ii) |
Il-produzzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ kontenut tal-media soċjali (posts, artikli, intervisti); |
|
(iii) |
Il-ġestjoni komunitarja; |
|
(iv) |
L-editjar tal-kontenut viżwali għall-pjattaformi tal-media soċjali; |
|
(v) |
It-tfassil, l-implimentazzjoni, l-eżekuzzjoni u l-kejl tal-kampanji tal-media soċjali; |
|
(vi) |
L-analiżi tad-data, l-iffissar ta’ indikaturi, l-evalwazzjoni u r-rappurtar dwar is-suċċess tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni diġitali; |
|
(vii) |
L-istabbiliment, il-ġestjoni u l-ottimizzazzjoni ta’ kampanji ta’ reklamar imħallas fuq il-media soċjali; |
|
(viii) |
L-aħħar xejriet fil-media soċjali (marketing tal-influwenzaturi, streaming dirett, kontenut iġġenerat mill-utenti, promozzjoni ta’ avvenimenti diġitali). |
3.3.6. Qasam 6 — webmaster
Biex ikun eliġibbli għall-qasam 6, kandidat irid ikollu jew:
|
(a) |
Livell ta’ edukazzjoni postsekondarja ta’ mill-inqas sentejn, iċċertifikat b’diploma fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), il-komunikazzjoni, il-marketing, il-ġurnaliżmu, il-produzzjoni tal-immaġni jew tal-vidjo, l-istudji Ewropej, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-marketing diġitali jew qasam relatat direttament, segwit minn mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti jew |
|
(b) |
Livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li jagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja segwit minn mill-inqas sitt snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti. |
L-esperjenza professjonali msemmija fil-punti a) u b) ta’ din is-subtaqsima titqies rilevanti jekk tkun inkisbet f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
|
(i) |
Il-ħolqien, il-ġestjoni, l-aġġornament u l-monitoraġġ ta’ siti web u sottositi permezz tal-ġbir, l-editjar u l-adattament tal-kontenut u tal-elementi multimedjali f’konformità mal-identità viżwali tas-sit web u tal-mudelli korporattivi; |
|
(ii) |
Il-produzzjoni ta’ rapporti analitiċi tal-web u l-iżgurar li t-traffiku tal-Internet jiġi traċċat; |
|
(iii) |
It-titjib tal-kwalità u l-kwantità tat-traffiku tas-sit web mill-magni tat-tiftix (ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix); |
|
(iv) |
It-traduzzjoni tal-ħtiġijiet tan-negozju f’rekwiżiti tekniċi għal min jiżviluppa u l-produzzjoni tad-dokumenti tal-ispeċifikazzjoni; |
|
(v) |
Il-ġestjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut (bħal Drupal, SharePoint, WordPress, Umbraco, Jahia, jew Jalios JCMS); |
|
(vi) |
L-ippjanar taċ-ċikli tar-rilaxx għal karatteristiċi ġodda, bidliet fil-pjattaformi u bug-fixing u l-iżgurar tal-kunsinna fil-ħin; |
|
(vii) |
L-iżgurar tal-użu u l-aċċessibbiltà tas-siti u/jew l-applikazzjonijiet tal-web (konformità mal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web) u l-konformità mal-istandards rikonoxxuti (bħall-HTML jew is-CSS). |
4. IL-KOMPETIZZJONI KIF SE TIĠI ORGANIZZATA?
4.1. Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni
Din il-kompetizzjoni se tiġi organizzata fil-fażijiet segwenti:
|
— |
Applikazzjoni (ara t-Taqsima 4.3.1 aktar ’l isfel). |
|
— |
Preselezzjoni: testijiet ta’ raġunament (ara t-Taqsima 4.3.2 aktar ’l isfel). |
|
— |
Kontrolli tal-eliġibbiltà (ara t-Taqsima 4.3.3 aktar ’l isfel). |
|
— |
Ċentru ta’ Evalwazzjoni (ara t-Taqsima 4.3.4 aktar ’l isfel).
|
|
— |
L-iċċekkjar tad-dokumenti ġustifikattivi u l-istabbiliment tal-listi ta’ riżerva (ara t-Taqsima 4.3.5 hawn taħt). |
Il-mod ta’ kif se jsiru t-testijiet (mill-bogħod/bil-preżenza fiżika) kif ukoll dettalji u struzzjonijiet oħra neċessarji se jiġu speċifikati fl-ittri ta’ stedina għat-testijiet.
Jekk it-testijiet isiru bil-preżenza fiżika, l-EPSO jiżgura li l-kundizzjonijiet li fihom il-kandidati jagħmlu dawn it-testijiet ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika rilevanti (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, awtoritajiet oħra internazzjonali, Ewropej u nazzjonali).
Għat-testijiet ta’ raġunament u għall-istudju tal-każ, il-kandidati jridu jagħmlu appuntament skont l-istruzzjonijiet li jkunu rċevew mingħand l-EPSO. Normalment, l-EPSO joffri diversi dati għat-testijiet ta’ raġunament u data waħda għall-istudju tal-każ, li fihom il-kandidati jistgħu jagħmlu dawn it-testijiet. Il-perjodi tar-riżervazzjoni u tal-ittestjar huma limitati.
4.2. Lingwi użati f’din il-kompetizzjoni
4.2.1. Rekwiżiti tal-lingwa
Kandidat f’din il-kompetizzjoni jrid ikollu għarfien profond (livell minimu C1) ta’ waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE. Waħda minn dawn il-lingwi trid tkun l-Ingliż.
Il-livelli minimi indikati hawn fuq japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi.
Ir-rekwiżiti lingwistiċi għall-oqsma 1-3 iqisu l-ispeċifiċità tad-dmirijiet tal-assistenti li jaħdmu fl-ambjent tal-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqsma tal-ġestjoni finanzjarja, il-kontabbiltà u t-teżor, u l-akkwist pubbliku.
Filwaqt li l-għarfien ta’ lingwi addizzjonali jista’ jkun vantaġġuż, fil-ħidma tagħhom f’dawn l-oqsma, il-kandidati li jirnexxu se jużaw prinċipalment l-Ingliż. L-assistenti reklutati jridu jkunu jistgħu jappoġġjaw il-persunal eżistenti fi ħdan l-istituzzjonijiet li diġà jaħdmu prinċipalment bl-Ingliż, fl-ipproċessar jew il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kuntratti, l-ippjanar u/jew il-ġestjoni ta’ proġetti ta’ akkwist pubbliku, eċċ.
L-Ingliż jintuża b’mod predominanti għall-komunikazzjoni interna kif ukoll għall-komunikazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati esterni u għall-abbozzar ta’ rapporti. L-attivitajiet ta’ tagħlim u żvilupp fl-oqsma 1-3 spiss ikunu disponibbli bl-Ingliż biss.
Ħafna għodod tal-IT użati mill-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE li jaħdmu f’dawn l-oqsma huma disponibbli bl-Ingliż biss. L-aktar importanti, l-interfaċċja tal-utent tal-Enterprise Resource Planning Software użat mill-istituzzjonijiet (eż. “ABAC workflow”) hija disponibbli l-aktar bl-Ingliż.
Ir-rekwiżiti lingwistiċi għall-oqsma 4-6 huma ddeterminati kemm mill-fatturi interni tal-istituzzjonijiet kif ukoll mill-kuntest li fih joperaw. Fuq l-Internet dinji, l-Ingliż kiseb l-istatus tal-lingwa universali b’mod mhux uffiċjali. It-terminoloġija rilevanti, inkluż glossarju awdjoviżwali u web, kif ukoll għodod ta’ tiftix magħrufa sew huma disponibbli biss bl-Ingliż. L-użu tal-istess terminoloġija huwa obbligatorju għar-rekluti l-ġodda sabiex jaħdmu b’mod effiċjenti mal-kollegi tagħhom. L-użu tal-istess lingwa – l-Ingliż – huwa wkoll indispensabbli għall-ħolqien konġunt tal-kontenut u l-pubblikazzjonijiet tal-web.
Fil-qasam tal-produzzjoni awdjoviżwali, il-manwali tal-hardware u tas-software użati fl-istituzzjonijiet spiss ikunu disponibbli biss bl-Ingliż. Kważi l-lingwi kollha tal-ipprogrammar u s-sistemi tal-metadata tal-pubblikazzjoni fuq il-web jinkitbu bl-Ingliż.
Il-korsijiet ta’ taħriġ minn fornituri esterni jingħataw bl-Ingliż kif isir ukoll it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol. Fl-aħħar nett, l-Ingliż huwa wkoll il-lingwa ta’ komunikazzjoni interna dominanti fid-dipartimenti kkonċernati.
Għar-raġunijiet elenkati hawn fuq, ir-rekluti l-ġodda jeħtieġ li jkollhom għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż sabiex ikunu operattivi immedjatament. Għalhekk dan jiddetermina l-għażla tal-lingwa tat-testijiet (ara t-Taqsima 4.2.2 hawn taħt).
4.2.2. Il-lingwi tal-applikazzjoni u tat-testijiet
Fil-fażijiet differenti tal-kompetizzjoni, il-lingwi jintużaw kif ġej:
|
Fażi tal-kompetizzjoni |
Testijiet |
Lingwa |
|
Applikazzjoni |
— |
Kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE |
|
Preselezzjoni |
Testijiet ta’ raġunament |
Lingwa uffiċjali tal-UE għajr l-Ingliż |
|
Ċentru ta’ evalwazzjoni |
Studju tal-każ |
Ingliż |
|
Intervista sitwazzjonali bbażata fuq il-kompetenzi |
Ingliż |
|
|
Intervista relatata mal-qasam |
Ingliż |
4.2.3. Il-lingwi ta’ komunikazzjoni
Fil-komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-EPSO, japplika dan li ġej:
|
(a) |
Fil-komunikazzjoni – permezz tal-kont EPSO jew bl-email – bejn l-EPSO u l-kandidat li ppreżenta applikazzjoni valida, l-EPSO jindirizza lill-kandidat ikkonċernat b’waħda mil-lingwi li l-kandidat ikun iddikjara li għandu għarfien fil-livell B2 jew ogħla fit-Taqsima “Ability to read” (Abilità ta’ qari) fil-formola tal-applikazzjoni. |
|
(b) |
Fil-każijiet ta’ talbiet u lmenti msemmija fil-punti 4.2.1 u 4.2.2 tar-Regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali (fl-Anness III ta’ dan l-avviż), il-kandidati huma mħeġġa jippreżentaw it-talbiet jew l-ilmenti tagħhom bl-Ingliż jew bil-Franċiż. L-EPSO jwieġeb kif iddikjarat fil-punt (a). |
|
(c) |
Għall-mistoqsijiet l-oħra kollha tal-kandidati lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online, kandidat jista’ jindirizza lill-EPSO bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE u l-EPSO jwieġeb lill-kandidat ikkonċernat b’waħda mil-lingwi li l-kandidat ikun indika li lest li jirċievi tweġiba biha. |
4.3. Il-fażijiet tal-kompetizzjoni
4.3.1. Applikazzjoni
Biex japplikaw, il-kandidati jrid ikollhom profil tal-EPSO. Il-kandidati li għad ma għandhomx profil tal-EPSO, ikun jeħtiġilhom joħolqu wieħed. Jista’ jinħoloq kont wieħed biss għall-applikazzjonijiet tal-EPSO kollha ta’ kandidat partikolari.
Il-kandidati jridu japplikaw online fuq is-sit web tal-EPSO https://epso.europa.eu/mt/job-opportunities/open-for-application sal-
25 ta’ Ottubru 2022 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Permezz tal-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”. Ladarba l-kandidati jivvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom, ma jkunux jistgħu jagħmlu aktar tibdil. Hija r-responsabbiltà tagħhom li jiżguraw li jimlew u jivvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza.
Il-kandidati se jkollhom itellgħu – fil-kont tal-EPSO tagħhom – kopji skenjati tad-dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu pprovduti mill-EPSO.
4.3.2. Preselezzjoni: testijiet ta’ raġunament
Il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza se jiġu mistiedna jagħmlu testijiet ta’ preselezzjoni f’format ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla, f’lingwa uffiċjali tal-UE li mhijiex l-Ingliż.
(a) Testijiet ta’ raġunament għall-oqsma 1 u 2
Il-kandidati għall-oqsma 1 u 2 se jagħmlu testijiet ta’ raġunament organizzati kif ġej:
|
Testijiet |
Nru ta’ mistoqsijiet |
Tul |
Għoti ta’ punteġġ |
Punteġġ minimu |
|
Raġunament numeriku |
15 |
30 minuta |
0 sa 15 |
8/15 |
|
Raġunament verbali |
15 |
27 minuta |
0 sa 15 |
Raġunament verbali u astratt flimkien: 12/25 |
|
Raġunament astratt |
10 |
10 minuti |
0 sa 10 |
Il-kandidati li jiksbu kemm il-punteġġi minimi meħtieġa kif ukoll wieħed mill-ogħla punteġġi fit-test tar-raġunament numeriku se jkollhom l-applikazzjoni tagħhom iċċekkjata għall-eliġibilità kif speċifikat fit-taqsima 4.3.3.
Il-punteġġi li wieħed iġib f’dawn it-testijiet ma jingħaddux mal-punteġġ globali finali (ara t-taqsima 4.3.5).
(b) Testijiet ta’ raġunament għall-oqsma 3-6
Il-kandidati għall-oqsma 3-6 se jagħmlu testijiet ta’ raġunament organizzati kif ġej:
|
Testijiet |
Nru ta’ mistoqsijiet |
Tul |
Għoti ta’ punteġġ |
Punteġġ minimu |
|
Raġunament verbali |
20 |
35 minuta |
0 sa 20 |
10/20 |
|
Raġunament numeriku |
10 |
20 minuta |
0 sa 10 |
Raġunament numeriku u astratt flimkien: 10/20 |
|
Raġunament astratt |
10 |
10 minuti |
0 sa 10 |
Il-kandidati li jiksbu kemm il-punteġġi minima kif ukoll wieħed mill-ogħla punteġġi fit-test tar-raġunament verbali se jkollhom l-applikazzjoni tagħhom iċċekkjata għall-eliġibilità kif speċifikat fit-taqsima 4.3.3.
Il-punteġġi miksuba f’dawn it-testijiet ma jgħoddux għall-punteġġ globali finali (ara t-taqsima 4.3.5).
4.3.3. Kontroll tal-eliġibbiltà
Il-kontroll tal-eliġibbiltà jinvolvi l-verifika tal-konformità mal-kontrolli tal-eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima 3 (“Jien eliġibbli biex napplika?”) ta’ dan l-avviż. Dan se jsir abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati li jsiru fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom, soġġett għall-verifika sussegwenti tad-dokumenti ta’ sostenn. Id-dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet tal-kandidati rigward l-eliġibbiltà tagħhom se jiġu vverifikati mill-Bord tas-Selezzjoni f’fażi aktar tard tal-kompetizzjoni (ara t-taqsima 4.3.5.).
Huma biss il-files tal-kandidati li kisbu l-punteġġi minimi meħtieġa u wieħed mill-ogħla punteġġi fit-test rilevanti ta’ raġunament tal-preselezzjoni – kif indikat fit-taqsima preċedenti – li jgħaddu mill-verifika tal-eliġibbiltà. Il-kontrolli tal-eliġibbiltà se jitwettqu fl-ordni dixxendenti tal-punteġġi tal-kandidati miksuba jew fit-test tar-raġunament numeriku (ara t-taqsima 4.3.2a) jew fit-test tar-raġunament verbali (ara t-taqsima 4.3.2b). Il-files jiġu ċċekkjati sakemm l-għadd ta’ kandidati meqjusa eliġibbli jilħaq massimu ta’ tliet darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull qasam. Il-kandidati li jkunu kisbu l-istess punteġġ għall-aħħar post disponibbli jkollhom ukoll il-files tagħhom iċċekkjati. Il-files tal-kandidati l-oħra ma jiġux ivverifikati.
Il-kandidati meqjusa bħala eliġibbli bħala riżultat ta’ din il-verifika jiġu mistiedna għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.
4.3.4. Ċentru ta’ evalwazzjoni
Sa massimu ta’ tliet darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull qasam (flimkien mal-kandidati li jiksbu l-istess punteġġ għall-aħħar post disponibbli) se jiġu mistiedna għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.
It-tir taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni huwa li jiġu evalwati l-kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi relatati mal-qasam tal-kandidati.
Il-kandidati li jiksbu l-punteġġi minimi kollha meħtieġa kif ukoll wieħed mill-ogħla punteġġi ġenerali fit-testijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni se jkollhom id-dokumenti ta’ sostenn tagħhom iċċekkjati kif speċifikat fit-taqsima 4.3.5.
(a) Testijiet biex jiġu evalwati l-kompetenzi ġenerali
Il-kompetenzi ġenerali se jiġu vvalutati permezz ta’ żewġ testijiet, li jsiru bl-Ingliż, kif indikat fit-tabella li ġejja:
|
Kompetenza |
Test |
Għoti ta’ punteġġ |
Punteġġ minimu meħtieġ ikkombinat |
||
|
Studju tal-każ |
0 sa 10 |
35/70 |
||
|
Studju tal-każ |
0 sa 10 |
|||
|
Studju tal-każ |
0 sa 10 |
|||
|
Intervista sitwazzjonali bbażata fuq il-kompetenzi |
0 sa 10 |
|||
|
Studju tal-każ |
0 sa 10 |
|||
|
Intervista sitwazzjonali bbażata fuq il-kompetenzi |
0 sa 10 |
|||
|
Intervista sitwazzjonali bbażata fuq il-kompetenzi |
0 sa 10 |
M’hemm l-ebda punteġġ minimu meħtieġ għal kull kompetenza. Madankollu, il-kandidati jridu jilħqu punteġġ minimu meħtieġ ta’ mill-inqas 35/70 b’kollox għall-kompetenzi kollha kkombinati. Il-punteġġ miksub se jingħadd mal-punteġġ globali finali (ara t-taqsima 4.3.5.).
(b) Intervista relatata mal-qasam
Il-kompetenzi relatati mal-qasam se jiġu vvalutati permezz ta’ intervista relatata mal-qasam, imwettqa bl-Ingliż, u mmarkati kif ġej:
|
Test |
Għoti ta’ punteġġ |
Punteġġ minimu |
|
Intervista relatata mal-qasam |
0 sa 100 |
50/100 |
Il-punteġġ miksub se jingħadd mal-punteġġ globali finali (ara t-taqsima 4.3.5).
4.3.5. L-ivverifikar tad-dokumenti mehmuża u t-twaqqif ta’ lista ta’ riżerva
Il-Bord tas-Selezzjoni se jivverifika d-dokumenti mehmuża tal-kandidati wara l-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni u qabel ma jistabbilixxi l-listi ta’ riżerva. Huwa jieħu pożizzjoni finali dwar l-eliġibbiltà tal-kandidati billi jqabbel (i) id-dikjarazzjonijiet li l-kandidati jkunu għamlu fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom (inkluż fit-Taqsimiet “Edukazzjoni u Taħriġ” u “Esperjenza Professjonali”) ma’ (ii) id-dokumenti li l-kandidati jkunu tellgħu fil-kont tal-EPSO tagħhom biex jappoġġaw dawk id-dikjarazzjonijiet.
Għall-ħolqien tal-listi ta’ riżerva, il-Bord tas-Selezzjoni jivverifika l-files tal-kandidati bl-ogħla punteġġi, f’ordni dekrexxenti tal-punteġġi, sakemm jintlaħaq l-għadd mixtieq għal kull qasam tal-kandidati li jkunu rnexxew. Il-files tal-kandidati l-oħra ma jiġux ivverifikati.
Għalhekk, il-listi ta’ riżerva skont il-qasam se tinkludi biss l-ismijiet ta’ dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu ġabu l-punteġġi minimi meħtieġa fit-testijiet kollha, kif ukoll l-ogħla punteġġi globali, minn total ta’ 170, fit-testijiet għall-valutazzjoni tal-kompetenzi ġenerali u relatati mal-qasam. Hawnhekk, “170” jirrappreżenta s-somma tal-ogħla punteġġi possibbli fit-testijiet għall-valutazzjoni tal-kompetenzi ġenerali (70) u fl-intervista relatata mal-qasam (100).
L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku. Il-listi ta’ riżerva se jkunu disponibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ.
Il-kandidati kollha li jkunu għamlu t-testijiet fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jirċievu passaport ta’ kompetenza li jkun fih feedback kwalitattiv mill-Bord tas-Selezzjoni. Il-passaporti ta’ kompetenza tal-kandidati magħżula se jkunu disponibbli wkoll għas-servizzi ta’ reklutaġġ.
L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva mhijiex dritt jew garanzija li persuna tiġi rreklutata.
5. OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠEVOLAZZJONI RAĠONEVOLI
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs fil-konfront tal-kandidati kollha.
Il-kandidati li għandhom xi diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tagħhom li jagħmlu t-testijiet, għandhom jindikaw dan fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom u jimxu mal-proċedura biex jitolbu aġevolazzjoni raġonevoli kif deskritta fir-Regoli ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (ara l-Anness III, taħt it-Taqsima 1.3.). Wara li jeżamina t-talba tal-kandidati kif ukoll id-dokumenti mehmuża rilevanti, l-EPSO jista’ jikkonċedi aġevolazzjoni raġonevoli fejn jitqies neċessarju.
Fuq is-sit web tal-EPSO, wieħed isib aktar informazzjoni dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tal-EPSO u kif tista’ tintalab aġevolazzjoni raġonevoli.
ANNESS I
DMIRIJIET TIPIĊI
Qasam 1 — ġestjoni finanzjarja
(a) Dmirijiet komuni għall-istituzzjonijiet kollha
|
1. |
L-assistenza fit-tħejjija, l-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ tal-baġit annwali; |
|
2. |
L-istabbiliment ta’ dossiers finanzjarji u l-verifika tad-dokumentazzjoni finanzjarja skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli; |
|
3. |
L-assistenza fil-monitoraġġ finanzjarju ta’ kuntratti, ftehimiet ta’ għotja, u ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz; |
|
4. |
Il-bidu jew il-verifika ex ante tat-tranżazzjonijiet baġitarji u finanzjarji; |
|
5. |
L-assistenza fil-verifika ex post biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba; |
|
6. |
L-assistenza fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistemi finanzjarji tal-kontabbiltà u tal-IT inklużi l-għodod ta’ rappurtar u l-ġestjoni tal-bażi tad-data; |
|
7. |
L-assistenza fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni/rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn awditi interni, awditi mwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew minn każijiet oħra ta’ awditjar; L-assistenza fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni finanzjarja mill-OLAF jew fl-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tal-awtorità baġitarja; |
|
8. |
L-assistenza u l-għoti ta’ pariri lill-unitajiet operattivi fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet baġitarji u finanzjarji; |
|
9. |
L-assistenza fl-iżvilupp jew it-twettiq ta’ korsijiet ta’ taħriġ dwar kwistjonijiet finanzjarji; |
|
10. |
L-assistenza fit-tfassil ta’ rapporti/statistika finanzjarji. |
(b) Dmirijiet speċifiċi għall-Parlament Ewropew
|
1. |
L-assistenza fil-kontroll u l-ipproċessar ta’ talbiet finanzjarji mressqa mill-Membri tal-Parlament Ewropew (MPE) jew l-ex Membri tal-PE, f’konformità mar-regoli applikabbli; |
|
2. |
L-assistenza u l-għoti ta’ pariri lill-MEPs dwar kwistjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-allowances finanzjarji tagħhom. |
Qasam 2 — kontabbiltà u teżor
Taħt is-superviżjoni tal-uffiċjal tal-kontabbiltà ta’ kull istituzzjoni, l-assistenti tal-kontabbiltà u tat-teżor huma responsabbli għal dan li ġej:
|
1. |
L-assistenza fil-verifika tad-data ewlenija tal-entitajiet legali u l-kontijiet bankarji tagħhom u r-reġistrazzjoni tagħhom fis-sistema kontabilistika; |
|
2. |
L-assistenza fl-introduzzjoni, il-verifika u l-validazzjoni ta’ fatturi u noti ta’ kreditu; |
|
3. |
L-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ tal-pagamenti awtorizzati wara kontrolli ta’ konformità minn qabel u tpaċija b’noti ta’ kreditu; |
|
4. |
L-assistenza fl-irkupru ta’ ammonti riċevibbli u l-produzzjoni ta’ entrati kontabilistiċi relatati; |
|
5. |
L-assistenza fil-ġestjoni tal-assi, id-deprezzament u l-inventarji; |
|
6. |
L-assistenza fl-irkupri tal-VAT; |
|
7. |
It-twettiq ta’ rikonċiljazzjonijiet finanzjarji u kontabilistiċi regolari (kontijiet ġenerali tar-reġistru inklużi kontijiet baġitarji u mhux baġitarji, kontijiet bankarji, kontijiet bejjiegħa/klijenti, tranżazzjonijiet bejn il-kumpaniji, eċċ.); |
|
8. |
It-twettiq ta’ kontrolli regolari tad-data finanzjarja u kontabilistika li jiżguraw korrezzjonijiet f’waqthom jekk ikun meħtieġ; |
|
9. |
Il-kontribuzzjoni għall-ġestjoni tat-teżor: l-eżekuzzjoni ta’ pagamenti awtorizzati, trasferimenti ta’ flus ta’ kuljum, rappurtar u tbassir ta’ flus kontanti ta’ kull ġimgħa u ta’ kull xahar, parametrizzazzjoni tal-messaġġi ta’ pagament SAP u SWIFT, segwitu ta’ pagamenti rritornati u talbiet ta’ konformità, segwitu tal-imposti u l-imgħaxijiet bankarji; |
|
10. |
It-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, il-kontribuzzjoni għall-għeluq annwali u l-produzzjoni ta’ diversi rapporti finanzjarji u ta’ ġestjoni tal-inventarju; |
|
11. |
L-għoti ta’ taħriġ, gwida, appoġġ lis-servizzi operattivi fir-rigward tar-regoli u l-proċeduri tal-kontabbiltà; |
|
12. |
Il-kontribuzzjoni għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-imprest. |
Qasam 3 — akkwist pubbliku
|
1. |
Il-kontribut għall-ipprogrammar tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku billi jiġu definiti l-ħtiġijiet, tintagħżel il-proċedura xierqa, jitħejjew dokumenti relatati, jiġu stabbiliti skedi ta’ żmien għal dawn il-proċeduri u tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħhom; |
|
2. |
L-assistenza fit-tħejjija jew l-aġġornament ta’ mudelli ta’ dokumenti tal-akkwist, inklużi mudelli ta’ kuntratti; |
|
3. |
L-assistenza fl-organizzazzjoni u t-tmexxija ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku (il-bidu ta’ dokumenti ta’ akkwist, is-segwitu tal-proċeduri, il-prepazzjoni, il-parteċipazzjoni fi u s-segwitu tal-kumitati tal-ftuħ u tal-evalwazzjoni, l-abbozzar ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni tal-offerti, it-tħejjija tal-għoti ta’ kuntratti, l-abbozzar ta’ kuntratti u dokumenti amministrattivi, eċċ.); |
|
4. |
L-assistenza fl-abbozzar tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet, l-abbozzar ta’ talbiet għal informazzjoni jew kjarifika dwar il-parteċipazzjoni tal-offerenti, l-abbozzar ta’ ittri li jħabbru l-għoti/in-nuqqas ta’ għoti ta’ kuntratt u t-tweġibiet għal talbiet minn offerenti miċħuda għal informazzjoni addizzjonali; |
|
5. |
L-assistenza fil-monitoraġġ legali u finanzjarju tal-kuntratti; |
|
6. |
L-għoti ta’ taħriġ, gwida, appoġġ lis-servizzi operazzjonali fir-rigward tar-regoli tal-akkwist pubbliku u l-aħjar prattiki u/jew il-ġestjoni tal-kuntratti. |
|
7. |
L-assistenza fit-tfassil, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-akkwist elettroniku; |
|
8. |
F’xi istituzzjonijiet, l-assistenti tal-akkwist pubbliku huma involuti wkoll fl-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ għotjiet (sejħa għal proposti, kumitati ta’ evalwazzjoni, deċiżjonijiet ta’ għoti, eċċ.). |
Qasam 4 — disinn grafiku u produzzjoni ta’ kontenut viżwali
|
1. |
L-iżgurar tad-disinn grafiku (mill-kunċett sat-tlestija) ta’ prodotti ta’ komunikazzjoni, grafika, infografika u elementi viżwali oħra ta’ kwalità għolja, fuq firxa wiesgħa ta’ stazzjonijiet stampati u diġitali, media u lingwi, kemm f’formati statiċi kif ukoll f’dawk ta’ moviment; |
|
2. |
It-trasformazzjoni ta’ data kumplessa fi graffs, mapep u formati ta’ viżwalizzazzjoni oħra ċari u konċiżi; |
|
3. |
L-applikazzjoni tal-linji gwida istituzzjonali eżistenti dwar l-identità viżwali u l-komunikazzjoni u l-verifika tal-applikazzjoni korretta tagħhom minn oħrajn; |
|
4. |
Id-definizzjoni tad-data teknika u grafika tal-pubblikazzjonijiet, ir-reviżjoni u l-korezzjoni tat-tqassim ta’ brochures, posters, eċċ. u l-iżgurar tal-ġestjoni u s-segwitu tal-proċess tal-produzzjoni; |
|
5. |
Il-monitoraġġ tal-iżviluppi u x-xejriet teknoloġiċi rilevanti fit-tfassil tal-komunikazzjoni; |
|
6. |
L-assistenza fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u proġetti speċjali relatati ma’ politiċi ewlenin u okkażjonijiet korporattivi; |
|
7. |
L-għoti ta’ konsultazzjoni lill-klijenti (tipikament servizzi fi ħdan l-istituzzjonijiet) u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ komunikazzjoni tagħhom; |
|
8. |
L-użu ta’ applikazzjonijiet bħal dawk f’Adobe Creative Cloud, b’mod partikolari Illustrator, Photoshop, InDesign u After Effects; |
|
9. |
Is-sejbien, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, il-validazzjoni tad-data għall-viżwalizzazzjoni fuq firxa varjata ta’ suġġetti; |
|
10. |
Il-kollaborazzjoni ma’ esperti tal-IT biex ikunu jistgħu jsiru aġġornamenti dinamiċi minn sorsi tad-data; |
|
11. |
Il-kontribut għall-kondiviżjoni interna tal-għarfien u aktar professjonalizzazzjoni tal-assistenti tad-disinn grafiku u tal-produzzjoni tal-kontenut viżwali. |
Qasam 5 — media soċjali u diġitali
|
1. |
L-istabbiliment, il-monitoraġġ, u l-kejl ta’ kampanji organiċi u mħallsa fuq il-media soċjali; |
|
2. |
It-tħejjija ta’ pjan tal-media soċjali li jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-assi, il-pjattaforma, il-kalendarju, eċċ.; |
|
3. |
It-traċċar tal-prestazzjoni u l-assistenza fl-awditi tal-media soċjali; |
|
4. |
Il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-kampanji ta’ komunikazzjoni fuq il-media soċjali permezz tal-produzzjoni ta’ rapporti ad hoc u regolari; |
|
5. |
Ħidma mill-qrib mal-edituri, it-timijiet tal-media soċjali, il-vidjografi, u d-disinjaturi grafiċi; |
|
6. |
It-tiftix ta’ ideat fuq suġġett u l-għażla ta’ suġġetti għal vidjos, il-kitba ta’ skripts u titli, u l-kitba ta’ nota għat-tim awdjoviżwali; |
|
7. |
Il-produzzjoni ta’ kontenut ta’ awdjo soċjali u vidjo soċjali biex jintuża online; |
|
8. |
Il-komunikazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati oħra tal-produzzjoni u tal-proġett biex jinbena materjal awdjo/viżwali interessanti li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti u l-għanijiet tal-produzzjoni; |
|
9. |
Il-ġestjoni komunitarja, il-bini ta’ relazzjonijiet biex jiġi żgurat li l-komunitajiet fuq il-pjattaformi tal-media soċjali qed jitrawmu u jiġu mwieġba; |
|
10. |
Il-kontribut għall-ġestjoni tan-networks interni u l-organizzazzjoni tal-laqgħat tagħhom; |
|
11. |
It-tħejjija tal-ġenerazzjoni tal-kontenut, l-istazzjonar, ir-ritratti, il-filmati, il-grafika, ir-rakkontar tal-istejjer, u l-kampanji; |
|
12. |
Il-parteċipazzjoni fl-ippjanar tal-kontenut bil-ħsieb li jiġu mmirati l-gruppi u l-istrateġija tal-media soċjali; |
|
13. |
L-għoti ta’ gwida u kkowċjar lill-membri u lill-persunal dwar l-użu ta’ għodod online u l-media soċjali; |
|
14. |
L-użu ta’ għodod bħal Emplifi, Talkwalker, eċċ. |
Qasam 6 — webmaster
|
1. |
Il-ħolqien, il-ġestjoni, l-aġġornament u l-monitoraġġ tas-siti web, l-intranets u s-sottositi tal-istituzzjoni billi jinġabru, jiġu editjati u adattati l-kontenut u l-elementi multimedjali (immaġni, vidjo, awdjo u test); |
|
2. |
L-aġġornament u l-iżgurar tal-konsistenza tal-istruttura, il-metodi tan-navigazzjoni, u l-kontenut tas-siti web, sabiex tiġi pprovduta esperjenza sinifikanti u rilevanti lill-utenti; |
|
3. |
It-tfassil ta’ kontenut fuq il-web u t-tqegħid tiegħu fil-forma korretta, filwaqt li jitqiesu l-istandards ta’ aċċessibbiltà u l-multilingwiżmu; |
|
4. |
L-iżgurar li l-kontenut, l-istruttura u n-navigazzjoni jkunu kompatibbli mal-browsers, it-tagħmir, is-software u t-teknoloġiji ta’ assistenza attwali u futuri; |
|
5. |
It-titjib tal-kwalità u l-kwantità tat-traffiku tas-sit web mill-magni tat-tiftix (ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix); |
|
6. |
Il-produzzjoni ta’ rapporti analitiċi tal-web preċiżi u l-iżgurar li t-traffiku tal-Internet jiġi traċċat; |
|
7. |
L-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-individwazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ traċċar fil-pjattaformi ta’ komunikazzjoni diġitali bħal siti web; |
|
8. |
Il-ġestjoni tas-servizzi tekniċi bħal pjattaformi ta’ abbonament għall-posta elettronika u sistemi tal-ġestjoni tal-kontenut; |
|
9. |
It-traduzzjoni tal-ħtiġijiet tan-negozju f’rekwiżiti tekniċi għal min jiżviluppa u l-produzzjoni tad-dokumenti tal-ispeċifikazzjoni; |
|
10. |
Il-kontribut għall-ippjanar taċ-ċikli tar-rilaxx għal karatteristiċi ġodda, bidliet fil-pjattaformi u bug-fixing u l-iżgurar tal-kunsinna fil-ħin; |
|
11. |
L-iżgurar tal-monitoraġġ tal-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam ikkonċernat; |
|
12. |
Il-kollegament mas-servizzi rilevanti għall-forniment tal-kontenut u l-għoti ta’ kkowċjar u appoġġ lill-kontributuri tal-intranet/tal-web. |
Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT L-ISTAT MEMBRU U R-RENJU UNIT U SKONT IL-GRADI LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONI
Agħfas hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji
|
PAJJIŻ |
Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6 Minn AST 1 sa AST 7 |
Minn AST 3 sa AST 11 |
Minn AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
|
Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja) |
Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (mill-anqas tliet snin) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (erba’ snin jew aktar) |
|||||||||||||
|
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d’enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature/Kandidaat Graduat/Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d’études approfondies (DEA) Diplôme d’études spécialisées (DES) Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
|
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
|
Česko |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
|
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA eller BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
|
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master Magister Artium/Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
|
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
|
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta/National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile/University degree Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht/Doctorate |
||||||||||||
|
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
|
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
|
France |
Baccalauréat Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d’études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d’ingénieur Doctorat |
||||||||||||
|
Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
|
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea — L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
|
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
|
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu) |
Bakalaura diploms (160 kredītpunktu) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
|
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
|
Luxembourg |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d’ingénieur technicien |
Master Diplôme d’ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
|
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
|
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 À Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
|
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma’s) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of «Ingenieur» |
HBO/WO Master’s degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
|
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom Fachhochschuldiplom Magister/Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
|
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat/Inżynier |
Magister/Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
|
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
|
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (colegiu universitar) Învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
|
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma Magisterij Specializacija Doktorat |
||||||||||||
|
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor) |
Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
|
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, À level (VCE À level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
||||||||||||
|
NOTE: UK diplomas awarded in 2020 (until 31 December 2020) are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State. |
||||||||||||||||
Tmiem l-ANNESS II, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali
ANNESS III
REGOLI ĠENERALI APPLIKABBLI GĦALL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.
Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.
Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.
1. MIN JISTA’ JAPPLIKA?
1.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi
Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli?”.
Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jenħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli?” ta’ dan l-Avviż li tkun rilevanti għad-dmirijiet .
|
(a) |
Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru għall-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. Il-Bord tas-Selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni. Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija. |
|
(b) |
L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u tkun:
|
1.2. Dokumenti ta’ prova
Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:
|
— |
dokumenti minn impjegatur(i) tal-passat u impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew |
|
— |
il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa; |
|
— |
(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti; |
|
— |
(għall-interpreti tal-konferenzi, meta l-esperjenza professjonali tkun meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ ġranet, u minn liema u lejn liema lingwi seħħet l-interpretazzjoni, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni tal-konferenzi. |
B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.
Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ prova għandek bżonn tipprovdi u meta.
1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti raġonevoli
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustament raġonevoli li għandek bżonn. Jekk diżabbiltà jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.
Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ prova tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-aġġustament raġonevoli jista’ jsir meta dan ikun meħtieġ.
Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO:
|
— |
posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); jew |
|
— |
posta:
|
2. MINN MIN NIĠI VVALUTAT?
Jiġi maħtur Bord tas-Selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Avviż tal-Kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom fuq il-bażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-Bord tas-Selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.
Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.
L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-Bordijiet tas-Selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).
L-ismijiet tal-membri tal-Bord tas-Selezzjoni jkunu ppubblikati fil-websajt tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt) qabel il-bidu taċ-ċentru/tal-fażi ta’ valutazzjoni.
3. KOMUNIKAZZJONI
3.1. Komunikazzjoni mal-EPSO
Jenħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category).
L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-Avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.
F’kull korrispondenza relatata ma’ xi applikazzjoni, semmi ismek kif jidher fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
L-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrilevanti).
3.2. Aċċess għall-informazzjoni
Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personalment, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.
Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.
Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.
3.2.1. Żvelar awtomatiku
Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:
|
— |
It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż b’mod espliċitu; |
|
— |
eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati; |
|
— |
Talent screener: ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek; |
|
— |
testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek; |
|
— |
testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss; |
|
— |
fażi/ċentru ta’ evalwazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-Bord tas-Selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ evalwazzjoni. |
Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunika lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, billi dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:
|
— |
it-testijiet ikunu tlestew; |
|
— |
ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll |
|
— |
it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. |
3.2.2. Informazzjoni wara talba
Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.
Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni u ma jiġux żvelati.
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.
Kull talba għal informazzjoni jenħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category) fi żmien 10 ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.
4. ILMENTI U KWISTJONIJIET
4.1. Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi
Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO, esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category).
F’kull korrispondenza, indika ismek (kif jidher fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
Jekk il-problema tinqala’ f’ċentru tat-testijiet jew waqt ittestjar mill-bogħod:
|
— |
avża minnufih lill-inviġilaturi sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll |
|
— |
ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category) b’deskrizzjoni qasira tal-problema. |
Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category).
Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.
4.2. Proċeduri ta’ reviżjoni interna
4.2.1. Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)
Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-Bordijiet tas-Selezzjoni.
Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-Bord tas-Selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).
B’din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-Avviż tal-Kompetizzjoni.
L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category); |
|
— |
id-data ta’ skadenza: fi żmien 3 ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun. |
Ma jiġux ikkunsidrati lmenti li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.
B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.
L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.
4.2.2. Talbiet għal rieżami
Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.
It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:
|
— |
irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew |
|
— |
nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-Avviż tal-Kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza. |
Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-Bord tas-Selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, tal-esperjenza u/jew tal-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li dan huwa prova ta’ żball min-naħa tiegħu. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.
L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category); |
|
— |
id-data ta’ skadenza: fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata tkun ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-Bord tas-Selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.
Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.
4.3. Forom oħra ta’ kontestazzjoni
4.3.1. Ilmenti amministrattivi
Bħala kandidat f’kompetizzjoni miftuħa, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.
Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn Bord tas-Selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).
L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category); |
|
— |
id-data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li d-deċiżjoni kellha tittieħed qabilha; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
L-ilmenti li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
4.3.2. Appelli ġudizzjarji
Bħala kandidat f’kompetizzjoni miftuħa, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tas-selezzjoni.
L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:
|
— |
proċedura: jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit web tal-Qorti Ġenerali (https://curia.europa.eu/jcms/). |
4.3.3. Ombudsman Ewropew
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.
Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).
L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.
L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkonsulta s-sit tal-Ombudsman Ewropew (https://www.ombudsman.europa.eu/mt/home). |
4.4. Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni
Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li:
|
— |
ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed; |
|
— |
applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli; |
|
— |
ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà; |
|
— |
għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa; |
|
— |
ma weġibx għal xi waħda mill-mistoqsijiet tat-Talent Screener; |
|
— |
ma kkonformajtx mat-termini u l-kundizzjonijiet għat-testijiet organizzati mill-bogħod; |
|
— |
ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek; |
|
— |
qarraqt waqt it-testijiet; |
|
— |
ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi; |
|
— |
ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat; |
|
— |
inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni; |
|
— |
bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-Avviż tal-Kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ prova jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew |
|
— |
iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi. |
Barra minn hekk, jekk ma ħadtx sehem fil-prova tal-konnettività iżda sussegwentement ħadt sehem f’testijiet mill-bogħod u esperjenzajt problemi ta’ konnettività, l-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtikx ħin ieħor għat-test.
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.
5. APPROVAZZJONI TAS-SIGURTÀ
Il-persunal li jittratta informazzjoni sensittiva u klassifikata li teħtieġ livell għoli ta’ kunfidenzjalità (informazzjoni “klassifikata tal-UE”) għandu jkollu l-livell xieraq ta’ awtorizzazzjoni ta’ sigurtà.
Konsegwentement, il-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni jistgħu jintalbu, għal ċerti karigi, li jkollhom jew ikunu f’pożizzjoni li jiksbu, fi żmien debitu, ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal.
Dan jista’ jimplika li, bħala prerekwiżit għar-reklutaġġ f’ċerti karigi, il-kandidati magħżula jistgħu jkunu meħtieġa jgħaddu mill-proċedura ta’ approvazzjoni tas-sigurtà li titwettaq mill-awtorità nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom.
Qabel ma japplikaw għal din l-għażla, nagħtu parir li l-kandidati jinfurmaw ruħhom dwar din il-kompetizzjoni.
Rekwiżiti bħal dawn se jiġu indikati b’mod ċar fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti għall-pożizzjoni kkonċernata.
6. PROTEZZJONI TAD-DATA
Id-data personali tiegħek tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Ara wkoll id-Dikjarazzjoni speċifika ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa (2).
Tmiem l-ANNESS III, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(2) https://epso.europa.eu/mt/protection-your-personal-data.