This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2022/286A/01
European Agency for Safety and Health at Work (EU-OSHA) – Publication of a vacancy for the function of Executive Director (Temporary Agent – Grade AD 14) – COM/2022/20087
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) — Pubblikazzjoni ta’ post battal għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv (Aġent Temporanju — Grad AD 14) — COM/2022/20087
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) — Pubblikazzjoni ta’ post battal għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv (Aġent Temporanju — Grad AD 14) — COM/2022/20087
PUB/2022/746
ĠU C 286A, 27.7.2022, pp. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 286/1 |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
Pubblikazzjoni ta’ post battal għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv
(Aġent Temporanju — Grad AD 14)
COM/2022/20087
(2022/C 286 A/01)
Min aħna
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (“l-Aġenzija” — “EU-OSHA”) hija aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni Ewropea (UE), li nħolqot fl-1994 u tinsab f’Bilbao, Spanja. Hija rregolata bir-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
L-objettiv tal-EU-OSHA huwa li tipprovdi lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni, lill-Istati Membri, lis-sħab soċjali u lil atturi oħra involuti fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol bl-informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika rilevanti u l-għarfien espert kwalifikat f’dak il-qasam sabiex ittejjeb l-ambjent tax-xogħol fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.
Għal dak il-għan, l-EU-OSHA għandha ssaħħaħ u xxerred l-għarfien, tipprovdi evidenza u servizzi għat-tfassil tal-politika, fosthom konklużjonijiet abbażi tar-riċerka, u għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien fost u bejn l-Unjoni u l-atturi nazzjonali.
Għal aktar informazzjoni kkonsulta s-sit web tal-Aġenzija: https://osha.europa.eu/mt
X’qegħdin nipproponu
Il-funzjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.
Id-Direttur Eżekuttiv huwa/hija responsabbli mill-ġestjoni kumplessiva tal-EU-OSHA f’konformità mat-tmexxija strateġika stabbilita mill-Bord Maniġerjali. Id-Direttur Eżekuttiv huwa/hija r-rappreżentant(a) legali tal-EU-OSHA, u għandu/ha jkun/tkun indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu/dmirijietha u jkun/tkun responsabbli mill-attivitajiet tiegħu/tagħha fil-konfront tal-Bord Maniġerjali. Ir-rwol u r-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv jinkludu dan li ġej:
|
— |
l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-EU-OSHA; |
|
— |
it-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi umani fl-EU-OSHA; |
|
— |
il-kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet relatati mal-attivitajiet tal-EU-OSHA u tal-ġestjoni baġitarja soda u t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-istrutturi interni tal-EU-OSHA; |
|
— |
it-tħejjija u l-preżentazzjoni tad-dokument ta’ programmazzjoni għall-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv, wara li ssir konsultazzjoni mal-Kummissjoni; |
|
— |
l-implimentazzjoni tad-dokument ta’ programmazzjoni u r-rappurtar lill-Bord Maniġerjali dwar l-implimentazzjoni tiegħu; |
|
— |
it-tħejjija tar-rapport konsolidat annwali tal-attivitajiet tal-EU-OSHA u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord Maniġerjali li jivvalutah u jadottah; |
|
— |
il-ħolqien ta’ sistema ta’ monitoraġġ effettiva li tippermetti evalwazzjonijiet regolari tal-programmi u tal-attivitajiet tal-EU-OSHA; |
|
— |
it-tħejjija tal-abbozz tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-EU-OSHA; |
|
— |
it-tħejjija tal-abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-EU-OSHA u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-EU-OSHA; |
|
— |
it-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni bħala segwitu tal-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u tal-evalwazzjonijiet, kif ukoll tal-investigazzjonijiet tal-OLAF u r-rapportar dwar il-progress lill-Kummissjoni u lill-Bord Maniġerjali u lill-Bord Eżekuttiv; |
|
— |
l-għan li jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi fi ħdan l-EU-OSHA; |
|
— |
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
|
— |
it-tħejjija ta’ strateġija kontra l-frodi tal-EU-OSHA; |
|
— |
fejn rilevanti, il-kooperazzjoni ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni magħhom. |
Għal aktar informazzjoni agħti ħarsa lejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.
X’qegħdin infittxu (il-kriterji tal-għażla)
Il-kandidati jenħtieġ li jkollhom:
Ħiliet ta’ ġestjoni:
|
— |
Ħiliet maniġerjali ppruvati, kemm fil-livell strateġiku kif ukoll fil-livell operazzjonali; |
|
— |
Kapaċità eċċellenti ta’ żvilupp u implimentazzjoni ta’ viżjoni strateġika, stipular ta’ objettivi u ta’ motivazzjoni u tmexxija tan-nies f’ambjent multikulturali u multilingwi; |
|
— |
Ħiliet ippruvati fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluża l-kapaċità ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet f’ambjent politiku kumpless u f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
|
— |
Esperjenza prattika fil-ġestjoni baġitarja, finanzjarja u tar-riżorsi umani f’kuntest nazzjonali, Ewropew u/jew internazzjonali. |
Ħiliet u esperjenza speċjalizzati:
|
— |
Għarfien tajjeb ħafna tal-politiki Ewropew u l-politiki nazzjonali tas-sigurtà u tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol; |
|
— |
Abbiltà ta’ interazzjoni u negozjar fl-ogħla livell ta’ maniġment mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kif ukoll ma’ awtoritajiet pubbliċi u sħab soċjali; |
|
— |
Għarfien tajjeb ħafna tal-istituzzjonijiet tal-UE u ta’ kif joperaw u jinteraġixxu, kif ukoll tal-proċeduri amministrattivi u finanzjarji tal-UE, tal-politiki tal-UE u tal-attivitajiet internazzjonali ta’ rilevanza għall-attivitajiet tal-EU-OSHA. |
Kwalitajiet personali:
|
— |
Ħila ta’ komunikazzjoni b’mod effiċjenti u mexxej mal-partijiet ikkonċernati u mal-pubbliku għar-rappreżentanza tal-Aġenzija f’fora internazzjonali u għall-interazzjoni mal-partijiet ikkonċernati; |
|
— |
Komunikazzjoni eċċellenti bil-miktub u orali u ħiliet ta’ negozjar; |
|
— |
Esperjenza miksuba f’ambjent multikulturali u kapaċità ta’ adattament għall-prijoritajiet politiċi li qed jevolvu fil-livell tal-UE jkunu ta’ vantaġġ. |
Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni (ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà)
Il-kandidati se jiġu kkunsidrati għall-fażi tal-għażla abbażi tar-rekwiżiti formali li ġejjin, li jridu jiġu ssodisfati sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:
|
— |
Nazzjonalità: il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. |
|
— |
Lawrja jew diploma universitarja: il-kandidati jrid ikollhom:
|
|
— |
Esperjenza professjonali: il-kandidati jrid ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza professjonali (2) wara l-gradwazzjoni f’livell li għalih jagħtu aċċess il-kwalifiki msemmija hawn fuq. Mill-inqas 5 snin minn din l-esperjenza professjonali trid tkun fil-qasam tal-attivitajiet tal-Aġenzija. |
|
— |
Esperjenza maniġerjali: mill-anqas 5 snin mill-esperjenza professjonali postgradwatorja jridu jkunu nkisbu f’funzjoni maniġerjali ta’ livell għoli (3), f’qasam li huwa rilevanti għal din il-kariga. |
|
— |
Lingwi: il-kandidati jrid ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra minn dawn il-lingwi uffiċjali. Matul l-intervista/i, il-bordijiet tal-għażla se jivverifikaw jekk il-kandidati jikkonformawx mar-rekwiżit ta’ għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE. Dan jista’ jinkludi li l-intervista (jew parti minnha) issir f’din il-lingwa l-oħra. |
|
— |
Limitu tal-età: il-kandidati jridu jkunu jistgħu jlestu l-mandat sħiħ ta’ 5 snin qabel ma jilħqu l-età tal-irtirar, mill-mument tal-għeluq tal-applikazzjoni. Fil-każ tal-persunal temporanju tal-Unjoni Ewropea, l-età tal-irtirar hija definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq 66 sena (ara l-Artikolu 47 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (5)). |
Għażla u ħatra
Id-Direttur Eżekuttiv se jinħatar mill-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija abbażi ta’ lista qasira pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea.
Sabiex tistabbilixxi din il-lista qasira, il-Kummissjoni Ewropea torganizza għażla skont il-proċeduri tal-għażla u tar-reklutaġġ tagħha (ara d-Dokument dwar il-Politika dwar Uffiċjali Għolja (6)).
Bħala parti minn din il-proċedura tal-għażla, il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi bord tal-preselezzjoni. Dan il-bord janalizza l-applikazzjonijiet kollha, jipproċedi bl-ewwel verifika tal-eliġibbiltà u jidentifika l-kandidati li jkollhom l-aħjar profil fid-dawl tal-kriterji tal-għażla msemmijin hawn fuq, u li jkunu jistgħu jiġu mistiedna għal intervista mal-bord tal-preselezzjoni.
B’segwitu ta’ dawn l-intervisti, il-bord tal-preselezzjoni jfassal il-konklużjonijiet tiegħu u jipproponi lista ta’ kandidati għal intervisti ulterjuri mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħatriet (Consultative Committee on Appointments, CCA) tal-Kummissjoni Ewropea. Is-CCA, filwaqt li jqis il-konklużjonijiet tal-bord tal-preselezzjoni, jiddeċiedi dwar il-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista.
Il-kandidati li jkunu msejħa għal intervista mas-CCA jipparteċipaw għal ġurnata sħiħa f’ċentru ta’ evalwazzjoni tal-maniġment immexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni. Filwaqt li jqis ir-riżultati tal-intervista u r-rapport taċ-ċentru ta’ valutazzjoni, is-CCA jistabbilixxi lista qasira ta’ kandidati li jikkunsidra adatti biex jeżerċitaw il-funzjoni ta’ Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.
Il-kandidati fuq il-lista qasira tas-CCA jiġu intervistati mill-Membru(i) tal-Kummissjoni responsabbli għad-Direttorat Ġenerali inkarigat mir-relazzjonijiet mal-Aġenzija (7).
Wara dawn l-intervisti, il-Kummissjoni Ewropea tadotta lista qasira tal-kandidati l-aktar xierqa, li tiġi kkomunikata lill-Bord Amministrattiv tal-EU-OSHA. Dan tal-aħħar jista’ jiddeċiedi li jintervista l-kandidati qabel jaħtar id-Direttur Eżekuttiv minn fost il-kandidati fuq il-lista qasira tal-Kummissjoni. L-inklużjoni fuq il-lista qasira ma tiggarantixxix il-ħatra.
Il-kandidati jistgħu jkunu meħtieġa jagħmlu iktar intervisti u/jew testijiet minbarra dawk indikati hawn fuq.
Il-kandidat magħżul għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet mill-Membri tal-Parlament.
Opportunitajiet indaqs
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija japplikaw politika ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ nondiskriminazzjoni f’konformità mal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal (8).
Il-Kummissjoni u l-Aġenzija jimpenjaw ruħhom li jilqgħu u jiġġestixxu d-diversità, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-inklużjoni, u jilqgħu applikazzjonijiet mill-kandidati kollha indipendentement mis-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, inkluż minn kandidati b’diżabilità.
Kundizzjonijiet tal-impjieg
Is-salarji u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg huma stipulati fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.
Il-kandidat magħżul jiġi impjegat mill-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija bħala Aġent Temporanju fil-grad ta’ AD14 (9). Il-kandidat jiġi kklassifikat skont it-tul tal-esperjenza professjonali preċedenti tiegħu fil-pass 1 jew il-pass 2 f’dan il-grad.
Il-kandidat jiġi maħtur għal mandat inizjali ta’ 5 snin, li possibbilment jista’ jiġi estiż għal perjodu massimu ta’ 5 snin f’konformità mar-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija kif applikabbli fi żmien il-ħatra.
L-applikanti għandhom jinnotaw ir-rekwiżit, skont il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għall-persunal il-ġdid kollu, li jwettqu b’suċċess perjodu ta’ prova ta’ 9 xhur.
Il-post tal-impjieg huwa Bilbao, Spanja.
Informazzjoni importanti għall-kandidati
Il-kandidati huma mfakkra li x-xogħol tal-bordijiet tal-għażla differenti huwa kunfidenzjali. Huwa pprojbit li l-kandidati jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-membri individwali tagħhom, inklużi l-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-EU-OSHA, li huwa l-awtorità tal-ħatra, jew li xi ħadd jagħmel dan f’isimhom. Il-mistoqsijiet kollha għandhom jiġu indirizzati lis-segretarjat tal-bord rilevanti.
Protezzjoni ta’ data personali
Il-Kummissjoni se tiżgura li d-data personali tal-kandidati tkun ipproċessata kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Dan japplika b’mod partikolari għall-kunfidenzjalità u għas-sigurtà ta’ tali data.
Indipendenza u dikjarazzjoni tal-interessi
Qabel jibda jaqdi dmirijietu, id-Direttur Eżekuttiv jintalab jagħmel dikjarazzjoni ta’ impenn li jaġixxi b’mod indipendenti fl-interess pubbliku u li jiddikjara kull interess li jista’ jitqies bħala li jippreġudika l-indipendenza tiegħu.
Proċedura ta’ applikazzjoni
Qabel tibgħat l-applikazzjoni tiegħek, għandek tivverifika b’attenzjoni jekk tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà kollha (“Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni”), b’mod partikolari fir-rigward tat-tipi ta’ diplomi, l-esperjenza professjonali ta’ livell għoli kif ukoll il-kapaċità lingwistika meħtieġa. Jekk ma tissodisfax xi wieħed mir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà, dan ikun ifisser li tiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tal-għażla.
Jekk tkun trid tapplika, trid tirreġistra permezz tal-Internet fis-sit web li ġej u ssegwi l-istruzzjonijiet li jirrigwardaw id-diversi stadji tal-proċedura:
https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/
Irid ikollok indirizz tal-posta elettronika validu. Dan jintuża biex tiġi kkonfermata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex jinżamm kuntatt miegħek matul l-istadji differenti tal-proċedura. Għaldaqstant nitolbuk iżżomm lill-Kummissjoni Ewropea informata bi kwalunkwe bidla fl-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.
Biex timla l-applikazzjoni tiegħek trid ittella’ CV f’format PDF, preferibbilment fil-format tas-CV tal-Europass (11), u timla ittra ta’ motivazzjoni online (massimu ta’ 8 000 karattru). Is-CV u l-ittra ta’ motivazzjoni tiegħek jistgħu jintbagħtu bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa fl-interess tiegħek li tiżgura li l-applikazzjoni tiegħek tkun preċiża, dettaljata u veritiera.
Ladarba tkun lestejt ir-reġistrazzjoni online tiegħek, tirċievi ittra elettronika li tikkonferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet irreġistrata. Jekk ma tirċevix ittra elettronika ta’ konferma, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!
Jekk jogħġbok innota li mhuwiex possibbli li ssegwi l-progress tal-applikazzjoni tiegħek online. Il-Kummissjoni Ewropea tikkuntattjak direttament rigward l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek.
L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati. Jekk tkun teħtieġ iktar informazzjoni u/jew tiltaqa’ ma’ problemi tekniċi, ibgħat ittra elettronika lil:
HR-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu.
Hija r-responsabbiltà tiegħek li timla r-reġistrazzjoni online tiegħek fil-ħin. Nagħtuk parir biex ma tħallix għall-aħħar jiem biex tapplika, peress li jekk ikun hemm traffiku tal-internet qawwi jew xi problema fil-konnessjoni tal-internet tiegħek dan jista’ jwassal biex ir-reġistrazzjoni online tiegħek tiġi tterminata qabel ma tilħaq tlestiha, u b’hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba tagħlaq id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet, inti ma tkunx tista’ tintroduċi iktar data. Ir-reġistrazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux aċċettati.
Data tal-għeluq
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija s-26 ta’ Settembru 2022, 12:00 nofsinhar, ħin ta’ Brussell, u wara ma jkunx iktar possibbli li tirreġistra.
(1) Ir-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58).
(2) L-esperjenza professjonali titqies biss jekk tkun tirrappreżenta relazzjoni ta’ ħidma konkreta li tkun definita bħala ħidma reali u ġenwina, bi ħlas u bħala impjegat (kull tip ta’ kuntratt) jew fornitur ta’ servizz. L-attivitajiet professjonali li jkunu saru fuq bażi part-time għandhom jiġu kkalkulati pro rata, abbażi tal-perċentwal iċċertifikat ta’ sigħat full-time li jkunu nħadmu. Il-leave tal-maternità / parentali / għall-adozzjoni jitqies jekk ikun fil-qafas ta’ kuntratt ta’ xogħol. Il-PhDs jiġu assimilati mal-esperjenza professjonali, anki meta mhux bi ħlas, iżda għal perjodu ta’ mhux aktar minn 3 snin, dment li l-PhD ikun tlesta b’riżultat pożittiv. Perjodu partikolari jista’ jingħadd darba biss.
(3) Għas-snin kollha li matulhom inkisbet l-esperjenza maniġerjali, jenħtieġ li l-kandidati, fil-curriculum vitae tagħhom, jindikaw b’mod ċar: (1) it-titolu u r-rwol tal-karigi maniġerjali li kellhom; (2) l-għadd ta’ persunal taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’dawn il-karigi; (3) id-daqs tal-baġits ġestiti; (4) l-għadd ta’ livelli ġerarkiċi ta’ fuqhom u ta’ taħthom; kif ukoll (5) l-għadd ta’ kollegi fl-istess livell.
(4) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01958R0001-20130701
(5) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01962R0031-20140701
(6) https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/compilation-of-the-senior-official-policy-at-the-european-commission_en.pdf (jeżisti bl-Ingliż biss)
(7) Sakemm il-Membru tal-Kummissjoni kkonċernat, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 (PV(2007 1811) u tat-30 ta’ Settembru 2020 (PV(2020) 2351), ma jkunx iddelega dan il-kompitu.
(8) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01962R0031-20140701
(9) Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjoni u għall-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea għal Spanja huwa stabbilit għal 96,3 % mill-1 ta’ Lulju 2021. Dan il-koeffiċjent huwa suġġett għal reviżjoni annwali.
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(11) Tista’ ssib informazzjoni dwar kif toħloq is-CV tal-Europass tiegħek online fl-indirizz: https://europa.eu/europass/mt/create-europass-cv