Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2022/145/08

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni 2022/C 145/08

PUB/2022/231

ĠU C 145, 1.4.2022, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/9


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 145/08)

Image 1

Wiċċ nazzjonali għall-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Ġermanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Serje tal-Bundeslander - Thuringia

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-Kastell ta’ Wartburg, l-ewwel kastell Ġermaniż li ġie elenkat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-parti ta’ ġewwa fiha wkoll l-isem “THÜRINGEN” u l-kodiċi fil-qiegħ “D” tal-pajjiż li ħariġha, il-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”) kif ukoll il-marka tal-inċiżur fuq il-lemin u s-sena “2022” fuq ix-xellug. L-artist: Olaf Stoy (Rabenau).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 30 000 000

Id-data tal-ħruġ: Fil-25 ta’ Jannar 2022


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, pp. 1 għan-naħat nazzjonali tal-muniti kollha maħruġa fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top