This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2022/048A/01
Innovative Health Initiative Joint Undertaking (IHI JU) – Publication of a vacancy for the function of Executive Director of the Innovative Health Initiative Joint Undertaking (IHI JU) (Temporary Agent — Grade AD 14) – COM/2022/20075
Impriża Konġunta “Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva” (IHI JU) — Il-pubblikazzjoni ta’ post vakanti għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta “Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva” (IHI JU) (Aġent Temporanju — Grad AD 14) — COM/2022/20075
Impriża Konġunta “Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva” (IHI JU) — Il-pubblikazzjoni ta’ post vakanti għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta “Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva” (IHI JU) (Aġent Temporanju — Grad AD 14) — COM/2022/20075
PUB/2021/1041
ĠU C 48A, 31.1.2022, pp. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
31.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 48/1 |
Impriża Konġunta “Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva” (IHI JU)
Il-pubblikazzjoni ta’ post vakanti għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta “Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva” (IHI JU)
(Aġent Temporanju — Grad AD 14)
COM/2022/20075
(2022/C 48 A/01)
Min aħna
L-Impriża Konġunta “Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva” (IHI Ju), stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 (1), hija sħubija pubblika-privata bejn l-UE u diversi assoċjazzjonijiet tal-industrija tas-saħħa li jirrappreżentaw setturi kumplimentari fl-industrija tax-xjenzi tal-ħajja, li għandha l-għan li tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni prekompettitivi u transsettorjali fil-qasam tas-saħħa, prinċipalment permezz ta’ għotjiet. L-IHI JU hija s-suċċessur u tissostitwixxi l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (IMI2 JU, Innovative Medicines Initiative 2 Joint Undertaking), l-akbar sħubija pubblika-privata fid-dinja fix-xjenzi tal-ħajja, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 (2).
L-IHI JU biħsiebha:
|
— |
tgħin biex tinħoloq ekosistema ta’ riċerka u innovazzjoni marbuta mas-saħħa fl-UE kollha li tiffaċilita t-trasformazzjoni tal-għarfien xjentifiku f’innovazzjoni; |
|
— |
trawwem l-iżvilupp ta’ innovazzjonijiet sikuri, effettivi, iffukati fuq in-nies u kosteffikaċi li jirrispondu għall-ħtiġijiet strateġiċi tas-saħħa pubblika mhux issodisfati; |
|
— |
tixpruna l-innovazzjoni tas-saħħa transsettorjali għal industrija tas-saħħa Ewropea kompetittiva globalment. |
L-IHI JU se timmobilizza riżorsi sinifikanti tas-settur pubbliku u privat li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha peress li se timplimenta baġit ta’ madwar EUR 2,4 biljun, u għandha uffiċċju tal-programmi b’madwar 50 membru tal-persunal. Aktar informazzjoni dwar l-IHI JU tinstab fir-Regolament (UE) 2021/2085, b’mod partikolari fl-Artikoli 115-125 tiegħu, kif ukoll fuq is-sit web https://www.ihi.europa.eu tal-IHI JU.
X’qegħdin nipproponu
Id-Direttur Eżekuttiv jkun l-eżekuttiv prinċipali responsabbli mill-ġestjoni ta’ kull jum tal-Impriża Konġunta kif ukoll ikun ir-rappreżentant ġuridiku tagħha. Huwa/hija għandu/ha j/tkun indipendenti fil-qadi ta’ dmirijietu/ha u għandu/ha j/tagħti rendikont tal-attivitajiet tiegħu/tagħha lill-Bord tat-Tmexxija magħmul minn rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet tal-industrija li jkunu membri u tal-Kummissjoni Ewropea.
Id-Direttur Eżekuttiv jkollu rwol ċentrali fit-tmexxija tal-Impriża Konġunta. Huwa/hija j/tkun responsabbli mill-ħolqien u l-ġestjoni tal-miżuri amministrattivi, operattivi u finanzjarji meħtieġa għall-operat xieraq tagħha.
Id-Direttur Eżekuttiv jkun responsabbli mill-ġestjoni ta’ kull jum tal-Impriża Konġunta, billi b’mod partikolari:
|
— |
jipparteċipa fid-dibattitu strateġiku u politiku dwar l-Impriża Konġunta bħala s-sħubija pubblika-privata ewlenija fid-dinja fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa, filwaqt li jiżgura li l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta jwieġbu għall-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika, |
|
— |
jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ ħidma effiċjenti mal-partijiet ikkonċernati involuti fil-kura tas-saħħa, b’mod partikolari ċ-ċittadini, inklużi l-pazjenti, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, il-fornituri, il-pagaturi u r-regolaturi, b’mod partikolari permezz ta’ interazzjoni produttiva mal-Bord tax-Xjenza u l-Innovazzjoni u l-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati, |
|
— |
jikkomunika l-kisbiet tal-IHI JU u jattira applikanti tal-ogħla kalibru xjentifiku għas-sejħiet tal-IHI JU, |
|
— |
jipprovdi appoġġ lill-Bord tat-Tmexxija tal-IHI JU, lill-Bord tax-Xjenza u l-Innovazzjoni, lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati u lil korpi oħra tal-Impriża Konġunta li jistgħu jinħolqu għall-funzjonament effiċjenti u effettiv tagħha, |
|
— |
jaħtar u jissorvelja l-persunal tal-IHI JU filwaqt li jrawwem spirtu ta’ tim u ta’ ambjent tax-xogħol tajjeb, |
|
— |
jipprepara u jimplimenta l-pjan baġitarju u ta’ ħidma annwali, jipprepara u jeżegwixxi l-baġit filwaqt li jiżgura li jiġi ġestit b’mod effiċjenti f’konformità mar-Regoli Finanzjarji tal-IHI JU, jelabora r-rapporti annwali meħtieġa dwar l-attivitajiet tal-IHI JU kif ukoll dwar il-kontijiet u l-karti bilanċjali annwali tagħha; |
|
— |
jissorvelja l-proċessi ta’ sejħa u ta’ immaniġġjar ta’ proġetti, b’mod partikolari: l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tas-sejħiet għal proposti u l-proċessi ta’ evalwazzjoni, in-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ għotja għall-proposti magħżula, u l-monitoraġġ u s-segwitu perjodiċi sussegwenti ta’ proġetti ffinanzjati; |
Deskrizzjoni aktar iddettaljata tal-kompiti previsti tinsab fir-Regolament (UE) 2021/2085. L-IHI JU ħadet post u ħadet f’idejha l-attivitajiet tal-predeċessur tagħha l-IMI2 JU fit-30 ta’ Novembru 2021 u għalhekk, il-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv tal-IHI JU se jkopru wkoll l-attivitajiet li għadhom għaddejjin tal-IMI2 JU.
Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Bord tat-Tmexxija li jinkludi rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-assoċjazzjonijiet tal-industrija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jassumi r-responsabbiltà sħiħa tal-kompiti fdati lill-Impriża Konġunta u għandu jkun soġġett għall-proċedura ta’ kwittanza annwali mill-Parlament Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit.
X’qegħdin infittxu (il-kriterji tal-għażla)
Il-kandidat ideali għandu jkun professjonist dinamiku u li jispikka, u jenħtieġ li jissodisfa l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
|
a) |
Ħiliet ta’ ġestjoni:
|
|
b) |
Ħiliet u esperjenza speċjalizzati:
|
|
c) |
Kwalitajiet personali:
|
Kondizzjonijiet essenzjali (ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà)
Il-kandidati se jiġu kkunsidrati biss għall-fażi tal-għażla abbażi tar-rekwiżiti formali li ġejjin, li jridu jiġu ssodisfati sal-iskadenza għall-applikazzjonijiet:
|
— |
Nazzjonalità: il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. |
|
— |
Lawrja jew diploma ta’ università: il-kandidati jrid ikollhom:
|
|
— |
Esperjenza professjonali: il-kandidati jrid ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza professjonali postgradwatorja (3) f’livell li għalih jagħtu aċċess il-kwalifiki msemmija hawn fuq. Mill-inqas ħames (5) snin minn din l-esperjenza professjonali trid tkun fil-qasam tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta. |
|
— |
Esperjenza maniġerjali: mill-anqas ħames snin mill-esperjenza professjonali postgradwatorja jridu jkunu nkisbu f’funzjoni maniġerjali (4) ta’ livell għoli f’qasam li huwa rilevanti għal din il-kariga. |
|
— |
Lingwi: il-kandidati jrid ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra minn dawn il-lingwi uffiċjali. Waqt l-intervista/i, il-bordijiet tas-selezzjoni se jivverifikaw jekk il-kandidati jikkonformawx mar-rekwiżit ta’ għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE. Dan jista’ jinkludi li l-intervista, jew parti minnha, issir f’din il-lingwa l-oħra. |
|
— |
Età massima: il-kandidati jridu jkunu jistgħu jlestu l-mandat kollu ta’ erba’ (4) snin qabel ma jilħqu l-età tal-irtirar, mill-mument tal-għeluq tal-applikazzjoni. Fil-każ tal-persunal temporanju tal-Unjoni Ewropea, l-età tal-irtirar hija definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq 66 sena (ara l-Artikolu 47 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (6)). |
Għażla u ħatra
Id-Direttur Eżekuttiv se jinħatar mill-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta abbażi ta’ lista ristretta pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea. Il-proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti tirrispetta l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Sabiex tistabbilixxi din il-lista ristretta, il-Kummissjoni Ewropea torganizza għażla skont il-proċeduri tal-għażla u tar-reklutaġġ tagħha (ara d-Dokument dwar il-Politika dwar Uffiċjali Għolja (7)).
Bħala parti minn din il-proċedura tal-għażla, il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi bord ta’ preselezzjoni li, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2085, jkun jinkludi rappreżentant maħtur minn kull tip ta’ membru għajr l-Unjoni (8) tal-Impriża Konġunta, u osservatur wieħed maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija. Dan il-bord ta’ preselezzjoni janalizza l-applikazzjonijiet kollha, jipproċedi bl-ewwel verifika tal-eliġibbiltà u jidentifika l-kandidati li jkollhom l-aħjar profil fid-dawl tal-kriterji tal-għażla msemmija hawn fuq, u li jkunu jistgħu jiġu mistiedna għal intervista mal-bord tal-preselezzjoni.
B’segwitu ta’ dawn l-intervisti, il-bord tal-preselezzjoni jfassal il-konklużjonijiet tiegħu u jipproponi lista ta’ kandidati għal intervisti oħra mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħatriet (CCA, Consultative Committee on Appointments) tal-Kummissjoni Ewropea. Is-CCA, filwaqt li jqis il-konklużjonijiet tal-bord tal-preselezzjoni, jiddeċiedi dwar il-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista.
Il-kandidati li jkunu msejħa għal intervista mas-CCA jipparteċipaw għal ġurnata sħiħa f’ċentru ta’ evalwazzjoni immexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni li jevalwaw il-ħiliet ta’ ġestjoni. Is-CCA, filwaqt li jqis ir-riżultati tal-intervista u r-rapport taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, jistabbilixxi lista ristretta ta’ kandidati li jikkunsidra xierqa biex jeżerċitaw il-funzjoni ta’ Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta.
Il-kandidati fuq il-lista ristretta tas-CCA jiġu intervistati mill-Membru/i tal-Kummissjoni responsabbli għad-Direttorat Ġenerali inkarigat/i mir-relazzjonijiet mal-Impriża Konġunta (9).
Wara dawn l-intervisti, il-Kummissjoni Ewropea tadotta lista ristretta tal-kandidati l-aktar xierqa, li tiġi kkomunikata lill-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta. Dan tal-aħħar jista’ jiddeċiedi li jintervista l-kandidati qabel jaħtar id-Direttur Eżekuttiv minn fost il-kandidati fuq il-lista ristretta tal-Kummissjoni. L-inklużjoni fuq il-lista ristretta ma tiggarantixxix il-ħatra.
Il-kandidati jistgħu jintalbu jagħmlu iktar intervisti u/jew testijiet minbarra dawk indikati hawn fuq. Jistgħu jkunu meħtieġa wkoll li jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) relevanti tal-Parlament Ewropew.
Opportunitajiet indaqs
Il-Kummissjoni Ewropea u l-IHI JU japplikaw politika ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ nondiskriminazzjoni f’konformità mal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal (10). Jintlaqgħu applikazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għal aktar diversità, ugwaljanza bejn il-ġeneri u bilanċ ġeografiku ġenerali. Ir-Regolament (UE) 2021/2085 jistipula speċifikament li l-proċedura tirrispetta l-prinċipju tal-bilanċ bejn il-ġeneri, u l-applikazzjonijiet minn kandidati nisa huma b’mod partikolari mħeġġa.
Kondizzjonijiet tal-impjieg
Is-salarji u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg huma stipulati fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra.
Il-kandidat li jirnexxi jiġi impjegat mill-Impriża Konġunta bħala Aġent Temporanju fil-grad ta’ AD 14. Il-kandidat(a) li j/tintgħażel j/tiġi kklassifikat(a) skont it-tul ta’ żmien tal-esperjenza professjonali preċedenti tiegħu/tagħha fl-iskala 1 jew fl-iskala 2 ta’ dak il-grad.
Il-kandidat magħżul jinħatar għal perijodu inizjali ta’ erba’ snin, bil-possibilità ta’ estensjoni ta’ tliet snin l-aktar.
L-applikanti għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jwettqu b’suċċess perjodu ta’ prova ta’ disa’ xhur, skont il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra applikabbli għall-persunal il-ġdid kollu.
Il-post tal-impjieg huwa fi Brussell, il-Belġju, fejn hija bbażata l-IHI JU.
Il-kariga hija disponibbli mis-16 ta’ Settembru 2022.
Indipendenza u d-dikjarazzjoni tal-interessi
Qabel jibda jaqdi dmirijietu, id-Direttur Eżekuttiv jintalab jagħmel dikjarazzjoni ta’ impenn li jaġixxi b’mod indipendenti fl-interess pubbliku u li jiddikjara kull interess li jista’ jitqies bħala li jippreġudika l-indipendenza tiegħu.
Proċedura tal-applikazzjoni
Qabel tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, jenħtieġ li tivverifika b’attenzjoni jekk tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà kollha (il-“Kondizzjonijiet essenzjali”), b’mod partikolari fir-rigward tat-tipi ta’ diplomi, l-esperjenza professjonali ta’ livell għoli kif ukoll il-kapaċità lingwistika meħtieġa. Jekk ma tissodisfax xi wieħed mir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà, dan ikun ifisser li se tiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tal-għażla.
Jekk tkun trid tapplika, trid tirreġistra permezz tal-Internet fuq is-sit web li ġej u ssegwi l-istruzzjonijiet li jirrigwardaw id-diversi stadji tal-proċedura:
https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/
Irid ikollok indirizz tal-posta elettronika validu. Dan se jintuża biex tiġi kkonfermata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex jibqa’ jsir kuntatt miegħek waqt l-istadji differenti tal-proċedura. Għaldaqstant nitolbuk iżżomm lill-Kummissjoni Ewropea informata bi kwalunkwe bidla fl-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.
Biex timla l-applikazzjoni tiegħek, trid ittella’ CV f’format ta’ PDF, preferibbilment fil-format tal-Europass CV (11) u trid tikteb ittra ta’ motivazzjoni online (massimu ta’ 8 000 karattru). Is-CV u l-ittra ta’ motivazzjoni tiegħek jistgħu jintbagħtu bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ladarba tkun lestejt ir-reġistrazzjoni online tiegħek, se tirċievi ittra elettronika li tikkonferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet irreġistrata. Jekk ma tirċevix ittra elettronika ta’ konferma, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!
Jekk jogħġbok innota li mhuwiex possibbli li ssegwi l-progress tal-applikazzjoni tiegħek online. Il-Kummissjoni Ewropea tikkuntattjak direttament rigward l-istat tal-applikazzjoni tiegħek.
Jekk tkun teħtieġ iktar informazzjoni u/jew tiltaqa’ ma’ problemi tekniċi jekk jogħġbok ibgħat ittra elettronika lil: HR-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu
Data tal-għeluq
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija it-28 ta’ Frar 2022, 12.00 p.m. (nofsinhar), ħin ta’ Brussell, u wara din id-data ma jkunx iktar possibbli li tirreġistra.
Hija r-responsabbiltà tiegħek li timla r-reġistrazzjoni online fil-ħin. Nagħtuk parir li ma tħallix għall-aħħar jiem biex tapplika, minħabba li traffiku tal-internet qawwi jew xi problema fil-konnessjoni tal-internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni online tieqaf ħesrem qabel ma tkun lestejtha, u b’hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba jiskadi ż-żmien għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet, l-ebda data ma tkun tista’ tiddaħħal. Ir-reġistrazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux aċċettati.
Informazzjoni importanti għall-kandidati
Il-kandidati huma mfakkra li x-xogħol tal-bordijiet differenti tas-selezzjoni huwa kunfidenzjali. Il-kandidati ma jistgħux jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-membri individwali tagħhom u dan lanqas ma jista’ jsir f’isimhom minn ħaddieħor. Il-mistoqsijiet kollha għandhom jiġu indirizzati lis-segretarjat tal-bord rilevanti.
Il-protezzjoni tad-data personali
Il-Kummissjoni se tiżgura li d-data personali tal-kandidati tkun ipproċessata kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Dan b’mod partikolari japplika għall-kunfidenzjalità u għas-sigurtà ta’ tali data.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54).
(3) L-esperjenza professjonali titqies biss jekk tkun tirrappreżenta relazzjoni ta’ ħidma konkreta li tkun definita bħala ħidma reali u ġenwina, bi ħlas u bħala impjegat (kull tip ta’ kuntratt) jew fornitur ta’ servizz. L-attivitajiet professjonali li jkunu saru fuq bażi part-time għandhom jiġu kkalkulati pro rata, abbażi tal-perċentwal iċċertifikat ta’ sigħat full-time li jkunu nħadmu. Il-leave tal-maternità / parentali / għall-adozzjoni jitqies jekk ikun fil-qafas ta’ kuntratt ta’ xogħol. Id-dottorati (PhD) huma ttrattati bħala esperjenza professjonali, anki meta mhux bi ħlas, iżda għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin, dment li d-dottorat (PhD) ikun tlesta b’suċċess. Perjodu partikolari jista’ jingħadd darba biss.
(4) Għas-snin kollha li matulhom tkun inkisbet l-esperjenza maniġerjali, jenħtieġ li l-kandidati, fil-curriculum vitae tagħhom, jindikaw b’mod ċar: (1) il-kariga u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kellhom; (2) l-għadd ta’ persunal taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’dawn il-pożizzjonijiet; (3) il-kobor tal-baġits ġestiti; (4) l-għadd ta’ livelli ġerarkiċi superjuri u inferjuri; kif ukoll (5) l-għadd ta’ kollegi fl-istess livell.
(5) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A01958R0001-20130701
(6) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A01962R0031-20140701
(7) https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/compilation-of-the-senior-official-policy-at-the-european-commission_en.pdf (teisti biss bl-Ingliż).
(8) “Membri għajr l-Unjoni” tfisser “kwalunkwe stat parteċipanti, membru privat jew organizzazzjoni internazzjonali li hija membru ta’ impriża konġunta”.
(9) Dment li l-Membru tal-Kummissjoni kkonċernat, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 (PV(2007) 1811) u tat-30 ta’ Settembru 2020 (PV(2020) 2351), ma jkunx iddelega dan il-kompitu.
(10) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A01962R0031-20140701
(11) Tista’ ssib informazzjoni dwar kif toħloq is-CV tal-Europass tiegħek online fuq: https://europa.eu/europass/mt/create-europass-cv
(12) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE, (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).