Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2021/031/07

    Sejħa għall-proposti 2021 Programmi multipli Għotjiet għal miżuri ta’ għoti informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2021/C 31/07

    PUB/2021/48

    ĠU C 31, 28.1.2021, p. 27–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/27


    SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2021

    PROGRAMMI MULTIPLI

    Għotjiet għal miżuri ta’ għoti informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (2021/C 31/07)

    Werrej

    0.

    Introduzzjoni 29

    1.

    Il-kuntest 30

    2.

    Objettivi — Temi u prijoritajiet — Attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati — Impatt mistenni 30
    AGRIP-MULTI-2021-IM 30
    Objettivi 30
    AGRIP-MULTI-2021-IM-ORGANIC 31
    Objettivi 31
    AGRIP-MULTI-2021-IM-SUSTAINABLE 31
    Objettivi 31
    AGRIP-MULTI-2021-IM-PROPER-DIET 32
    Objettivi 32
    AGRIP-MULTI-2021-TC-ALL 32
    Objettivi 32
    AGRIP-MULTI-2021-TC-ORGANIC 32
    Objettivi 32
    Attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati 32
    L-impatt mistenni 32

    3.

    Baġit disponibbli 33

    4.

    Skeda ta’ żmien u skadenzi 34

    5.

    Ammissibbiltà 34

    6.

    Eliġibbiltà 35
    Parteċipanti eliġibbli 35
    Il-kompożizzjoni tal-konsorzju 37
    Attivitajiet eliġibbli 37
    Lokalità ġeografika (pajjiżi fil-mira) 39
    Tul ta’ żmien 39

    7.

    Il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali u l-esklużjoni 39
    Kapaċità finanzjarja 39
    Kapaċità operazzjonali 39
    Esklużjoni 40

    8.

    Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ għoti 41

    9.

    Kriterji għall-għoti 41

    10.

    L-istabbiliment legali u finanzjarju tal-Ftehimiet ta’ Għotja 42
    Data tal-bidu u tul ta’ żmien tal-proġett 42
    Riżultati tanġibbli 43
    Il-forma tal-għotja, ir-rata ta’ finanzjament u l-ammont massimu tal-għotja 43
    Il-kategoriji tal-baġit u r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet 43
    Arranġamenti ta’ rapportar u ta’ ħlas 44
    Ċertifikati 44
    Sistema ta’ responsabbiltà għall-irkupri 44
    Garanziji ta’ prefinanzjament 44
    Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-proġett 45
    In-nonkonformità u l-ksur tal-kuntratt 45

    11.

    Għajnuna 45

    12.

    Importanti 46

    0.   Introduzzjoni

    Din hija sejħa għal għotjiet għal azzjoni tal-UE fil-qasam tal-Azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli Ewropej (il-Programm AGRIP) implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi permezz ta’ programmi multipli.

    Il-qafas regolatorju għal dan il-Programm ta’ Finanzjament tal-UE huwa stabbilit:

    fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (Regolament Finanzjarju tal-UE),

    l-att bażiku (ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)),

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 (3) u

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 (4)

    Is-sejħa hija mnedija skont il-Programm ta’ Ħidma għall-2021 (5) u se tiġi ġestita mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (CHAFEA) inkarigata mill-Kummissjoni Ewropea bil-ġestjoni tal-politika ta’ promozzjoni.

    Is-sejħa tkopri l-erba’ suġġetti li ġejjin fis-suq intern:

    AGRIP-MULTI-2021-IM (Suġġett 1) — Is-Suq Intern

    AGRIP-MULTI-2021-IM-ORGANIC (Suġġett 2) — Is-Suq Intern

    AGRIP-MULTI-2021-IM-SUSTAINABLE (Suġġett 3) — Is-Suq Intern

    AGRIP-MULTI-2021-IM-PROPER-DIET (Suġġett 4) — Is-Suq Intern

    Barra minn hekk, tkopri ż-żewġ suġġetti li ġejjin f’pajjiżi terzi:

    AGRIP-MULTI-2021-TC-ALL (Suġġett 5) — Pajjiżi Terzi

    AGRIP-MULTI-2021-TC-ORGANIC (Suġġett 6) — Pajjiżi Terzi

    Nistednuk taqra b’attenzjoni d-dokumentazzjoni tas-sejħa fuq il-paġna tas-Suġġett tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti, u b’mod partikolari dan id-Dokument tas-Sejħa, il-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja, il-Manwal Online tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti tal-UE, il-Gwida tal-Programm AGRIP u l-AGA tal-Għotjiet tal-UE — Ftehim ta’ Għotja Annotat.

    Dawn id-dokumenti jipprovdu kjarifiki u tweġibiet għall-mistoqsijiet li jista’ jkollok meta tkun qed tħejji l-applikazzjoni tiegħek:

    id-Dokument tas-Sejħa jiddeskrivi:

    l-isfond, l-objettivi, il-kamp ta’ applikazzjoni, l-attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati u r-riżultati mistennija (taqsimiet 1 u 2)

    l-iskeda ta’ żmien u l-baġit disponibbli (taqsimiet 3 u 4)

    l-ammissibbiltà u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, il-kriterji għall-kapaċità finanzjarja u operazzjonali u l-esklużjoni (taqsimiet 5, 6 u 7)

    il-proċedura ta’ evalwazzjoni u għoti (taqsima 8)

    il-kriterji għall-għoti (taqsima 9)

    l-istabbiliment legali u finanzjarju tal-Ftehimiet ta’ Għotja (taqsima 10)

    il-Manwal Online u l-Gwida tal-Programm AGRIP jiddeskrivu:

    il-proċeduri għar-reġistrazzjoni u għas-sottomissjoni ta’ proposti online permezz tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti tal-UE (il-“Portal”)

    ir-rakkomandazzjonijiet għat-tħejjija tal-applikazzjoni

    l-AGA — Ftehim ta’ Għotja Annotat jinkludi:

    annotazzjonijiet dettaljati fuq id-dispożizzjonijiet kollha fil-Ftehim ta’ Għotja li inti trid tiffirma sabiex tikseb l-għotja (inkluż l-eliġibbiltà tal-ispejjeż, l-iskeda tal-ħlas, l-obbligi aċċessorji, eċċ.).

    Inti mħeġġeġ ukoll iżżur il-Portal għall-Promozzjoni tal-Prodotti Agrikoli biex tikkonsulta l-lista ta’ proġetti ffinanzjati preċedentement.

    1.   Il-kuntest

    L-objettiv ġenerali tal-Programm AGRIP huwa li jżid il-kompetittività tas-settur agrikolu tal-UE.

    L-objettivi speċifiċi ta’ dan il-Programm huma li:

    (a)

    iżid is-sensibilizzazzjoni tal-merti dwar il-prodotti agrikoli tal-UE u dwar l-istandards għoljin applikabbli għall-metodi ta’ produzzjoni fl-Unjoni

    (b)

    iżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti tal-ikel tal-UE u li jgħolli l-profil tagħhom kemm ġewwa kif ukoll barra mill-UE

    (c)

    iżid is-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-UE

    (d)

    iżid is-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli tal-UE u ta’ ċerti prodotti tal-ikel, billi jiffoka b’mod speċifiku fuq dawk is-swieq f’pajjiżi terzi li għandhom l-akbar potenzjal ta’ tkabbir

    (e)

    jerġa’ jistabbilixxi kundizzjonijiet normali tas-suq fil-każ ta’ disturb serju fis-suq, telf tal-fiduċja tal-konsumaturi jew problemi speċifiċi oħra.

    2.   Objettivi — Temi u prijoritajiet — Attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati — Impatt mistenni

    AGRIP-MULTI-2021-IM

    Objettivi

    Għal programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni bl-għan li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, l-objettiv huwa li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximenti tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni, jiġifieri:

    (a)

    skemi ta’ kwalità: denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP), indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), speċjalità tradizzjonali garantita (STG) u termini fakultattivi tal-kwalità;

    (b)

    il-logo għal prodotti agrikoli ta’ kwalità speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

    Wieħed mir-riżultati mistennija huwa li jiżdiedu l-livelli ta’ rikonoxximent tal-logo assoċjati mal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej. Skont Ewrobarometru speċjali (Nru 504), 14 % biss tal-konsumaturi Ewropej jirrikonoxxu l-logos ta’ prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO), 20 % jirrikonoxxu indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), u 14 % jirrikonoxxu speċjalità tradizzjonali garantita, li dawn huma l-iskemi ewlenin tal-kwalità tal-Unjoni.

    L-impatt finali mistenni huwa li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni u li jitjiebu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni rreġistrati taħt skema ta’ kwalità tal-Unjoni, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq.

    JEW

    Għal programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċjali tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agroalimentari u l-iskemi ta’ kwalità tal-UE msemmija fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

    L-objettiv huwa li tiġi enfasizzata mill-inqas waħda mill-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi ta’ produzzjoni agrikola fl-Unjoni, b’mod partikolari f’termini tas-sikurezza tal-ikel, it-traċċabbiltà, l-awtentiċità, it-tikkettar, l-aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa (inklużi prattiki tad-dieta xierqa u konsum responsabbli tax-xarbiet alkoħoliċi eliġibbli), it-trattament xieraq tal-annimali u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u dawk tal-ikel, b’mod partikolari f’termini tal-kwalità, it-togħma, id-diversità jew it-tradizzjonijiet tagħhom.

    L-impatt mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-merti tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej u li titjieb il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq u l-ikel agroalimentari.

    AGRIP-MULTI-2021-IM-ORGANIC

    Objettivi

    L-objettiv huwa li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika.

    Il-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar l-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni dwar il-metodu ta’ produzzjoni organika għandhom ikunu prijorità ewlenija fis-suq intern billi din l-iskema tipprovdi lill-konsumaturi b’assigurazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà, il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott u l-proċess ta’ produzzjoni li jintuża, il-benefiċċji ambjentali li jiġġeneraw, jiksbu valur miżjud għall-prodotti kkonċernati u jtejbu l-opportunitajiet tagħhom fis-suq.

    Wieħed mir-riżultati mistennija huwa li jkomplu jiżdiedu l-livelli ta’ rikonoxximent tal-logo tal-UE dwar il-prodotti organiċi mill-konsumaturi Ewropej. Skont l-Ewrobarometru speċjali (Nru 504), is-sensibilizzazzjoni dwar il-logo tal-biedja organika żdiedet b’29 punt perċentwali mill-2017 b’56 % tal-konsumaturi Ewropej li jirrikonoxxu l-logo tal-UE tal-biedja organika.

    L-impatt finali mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti organiċi, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq.

    AGRIP-MULTI-2021-IM-SUSTAINABLE

    Objettivi

    L-azzjonijiet għandhom jenfasizzaw is-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-UE, billi jisħqu fuq ir-rwol ta’ benefiċċju tagħha għall azzjoni klimatika u għall-ambjent.

    L-azzjonijiet għandhom jindirizzaw kif il-prodott(i) promossi u l-metodu/metodi tal-produzzjoni tagħhom jikkontribwixxu għal:

    (a)

    il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (eż. it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra) u/jew l-adattament (eż. l-iffrankar tal-ilma, l-għelejjel reżistenti għall-klima u l-varjetajiet tal-għelejjel) u

    (b)

    mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

    (i)

    il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali (eż. l-organiżmi selvaġġi, il-pajsaġġ u r-riżorsi ġenetiċi);

    (ii)

    il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma (eż. l-effiċjenza fl-użu tal-ilma, it-tnaqqis tan-nutrijenti jew it-tagħbija tal-pestiċidi);

    (iii)

    il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija (eż. il-kontroll tal-erożjoni; il-bilanċ tan-nutrijenti; il-prevenzjoni tal-aċidifikazzjoni, is-salinizzazzjoni, it-tnaqqis tal-pestiċidi);

    (iv)

    metodi sostenibbli u effiċjenti fl-emissjonijiet tal-karbonju mill-produzzjoni tal-bhejjem;

    (v)

    tnaqqis fl-użu tal-antimikrobiċi;

    (vi)

    tnaqqis fit-telf tal-ikel u l-ħela tal-ikel;

    (vii)

    konsum sostenibbli;

    (viii)

    it-trattament xieraq tal-annimali.

    AGRIP-MULTI-2021-IM-PROPER-DIET

    Objettivi

    Il-Kummissjoni hija impenjata li tippromwovi prattiki tal-ikel xierqa, f’konformità mal-white paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar strateġija dwar kwistjonijiet ta’ saħħa li jirrigwardaw in-nutrizzjoni, il-piż żejjed u l-obeżità (6). L-azzjonijiet għandhom jenfasizzaw il-benefiċċji tal-konsum tal-frott u tal-ħaxix frisk f’dieta bilanċjata. Il-messaġġ jista’ jiffoka primarjament fuq l-għan li jkun hemm mill-inqas ħames porzjonijiet ta’ varjetà ta’ frott u ħaxix kuljum; il-post tal-frott u tal-ħaxix fil-piramida tal-ikel, l-impatt ta’ benefiċċju fuq is-saħħa, eċċ.

    L-objettiv huwa li jiżdied il-konsum tal-frott u tal-ħaxix frisk tal-UE billi l-konsumaturi jiġu infurmati dwar prattiki tad-dieta bilanċjati u xierqa.

    L-impatt finali mistenni huwa li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-frott u l-ħxejjex ikkonċernati tal-UE, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq.

    AGRIP-MULTI-2021-TC-ALL

    Objettivi

    Il-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għandhom jimmiraw pajjiż terz wieħed jew diversi pajjiżi terzi.

    L-objettivi ta’ dawn il-programmi għandhom jikkonformaw mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 u l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 u jenfasizzaw b’mod partikolari l-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi ta’ produzzjoni agrikola fl-Unjoni, b’mod partikolari f’termini tas-sikurezza tal-ikel, it-traċċabbiltà, l-awtentiċità, it-tikkettar, l-aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa, it-trattament xieraq tal-annimali, ir-rispett għall-ambjent u s-sostenibbiltà, u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u tal-ikel, b’mod partikolari f’termini tal-kwalità, it-togħma, id-diversità jew it-tradizzjonijiet tagħhom.

    L-impatt finali mistenni għandu jżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem tagħhom mis-suq f’dawn il-pajjiżi mmirati.

    AGRIP-MULTI-2021-TC-ORGANIC

    Objettivi

    L-objettiv huwa li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika fi kwalunkwe pajjiż terz.

    Il-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar l-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni dwar il-metodu ta’ produzzjoni organika għandhom ikunu prijorità ewlenija billi din l-iskema tipprovdi lill-konsumaturi b’assigurazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà, il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott u l-proċess ta’ produzzjoni li jintuża u l-benefiċċji ambjentali li jiġġeneraw, jiksbu valur miżjud għall-prodotti kkonċernati u jtejbu l-opportunitajiet tagħhom fis-suq.

    L-impatt finali mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti organiċi, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq.

    Attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati

    L-attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati skont din is-sejħa huma kampanji ta’ informazzjoni u promozzjoni li jkopru prodotti u skemi elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. Aktar dettalji fit-taqsima 6 dwar “Attivitajiet eliġibbli”.

    L-impatt mistenni

    L-impatt finali mistenni ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-UE u/jew li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwarl-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq fil-pajjiżi fil-mira.

    Image 1 Għal aktar informazzjoni dwar il-Promozzjoni ta’ prodotti agrikoli, ara https://ec.europa.eu/chafea/agri/en

    3.   Baġit disponibbli

    Il-baġit disponibbli għas-sejħa huwa ta’ EUR 82 400 000.

    Dan il-baġit jista’ jiżdied b’massimu ta’ 20 %.

    Informazzjoni speċifika dwar il-baġit għal kull suġġett tista’ tinstab fit-tabella ta’ hawn taħt.

    Suq intern

    Suġġett

    Baġit għas-suġġett

    Dettalji dwar is-suġġett

    1 — AGRIP-MULTI-2021-IM

    EUR 4 200 000

    Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li għandhom l-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

    JEW

    Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċjali tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agroalimentari u l-iskemi ta’ kwalità tal-UE msemmija fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

    2 — AGRIP-MULTI-2021-IM-ORGANIC

    EUR 17 000 000

    Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li għandhom l-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni dwar il-metodu ta’ produzzjoni organika ddefinit fl-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

    3 — AGRIP-MULTI-2021-IM-SUSTAINABLE

    EUR 12 000 000

    Programmi li jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar l-agrikoltura sostenibbli tal-Unjoni u r-rwol tas-settur agroalimentari għall-azzjoni klimatika u l-ambjent

    4 — AGRIP-MULTI-2021-IM-PROPER DIET

    EUR 10 000 000

    Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li għandhom l-għan li jżidu l-konsum tal-frott u tal-ħaxix frisk fis-suq intern fil-kuntest ta’ prattiki tal-ikel bilanċjati u xierqa  (*1).

    Il-prodotti eliġibbli taħt dan is-suġġett huma dawk elenkati fil-Parti IX u l-banana friska fil-Parti XI tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Il-pajjiżi terzi

    Suġġett

    Baġit għas-suġġett

    Dettalji dwar is-suġġett

    5 — AGRIP-MULTI-2021-TC-ALL

    EUR 25 200 000

    Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn kwalunkwe pajjiż(i) terz(i)  (*2)

    6 — AGRIP-MULTI-2021-TC-ORGANIC

    EUR 14 000 000

    Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar il-prodotti organiċi li jaqgħu taħt l-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni definita fl-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 fi kwalunkwe pajjiż(i) terz(i)  (*3)

    Id-disponibbiltà tal-baġit għas-sejħa għadha tiddependi mill-adozzjoni tal-baġit 2021 mill-awtorità baġitarja tal-UE.

    Aħna nirriservaw id-dritt li ma nagħtux il-fondi disponibbli kollha jew li nqassmuhom mill-ġdid bejn il-prijoritajiet ta’ sejħa, skont il-proposti riċevuti u r-riżultati tal-evalwazzjoni.

    Jekk għal suġġett partikolari ma jkunx hemm biżżejjed proposti fuq il-lista bi klassifikazzjoni biex jiġi eżawrit l-ammont kollu previst, l-ammont li jifdal jista’ jiġi allokat mill-ġdid lil suġġetti oħra skont il-kriterji li ġejjin:

    (a)

    it-total tal-ammont previst li jifdal għall-erba’ suġġetti għas-suq intern se jiġi allokat għall-proġetti li jimmiraw is-suq intern bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mis-suġġett li applikaw għalih

    (b)

    se jittieħed l-istess approċċ għaż-żewġ suġġetti għal pajjiżi terzi

    (c)

    jekk l-ammont previst jibqa’ ma jiġix eżawrit, l-ammonti li jifdal kemm għas-suq intern kif ukoll għall-pajjiżi terzi se jingħaqdu u jiġu assenjati għall-proġetti bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mill-prijorità u mis-suġġett li għalih ikunu applikaw.

    4.   Skeda ta’ żmien u skadenzi

    Skeda ta’ żmien u skadenzi

    Ftuħ tas-sejħa:

    28 ta’ Jannar 2021

    Data ta’ għeluq għas-sottomissjoni:

    28 ta’ April 2021 – 17:00:00 CET (Brussell)

    Evalwazzjoni:

    April – Settembru 2021

    Informazzjoni dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni:

    Settembru 2021

    Firma tal-GA:

    < Jannar 2022

    5.   Ammissibbiltà

    Il-proposti jridu jiġu sottomessi qabel id-data tal-għeluq tas-sejħa (ara l-iskeda ta’ żmien taqsima 3).

    Il-proposti jridu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku permezz tas-Sistema ta’ Sottomissjoni Elettronika tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti (aċċessibbli permezz tal-paġna tas-Suġġett fit-taqsima Fittex Finanzjament u Offerti). MHUX possibbli li s-sottomissjonijiet isiru fuq il-karta.

    Il-proposti (inklużi l-annessi u d-dokumenti ta’ sostenn) iridu jiġu ppreżentati billi jintużaw il-formoli pprovduti fis-Sistema ta’ Sottomissjoni ( Image 2 MHUX id-dokumenti disponibbli fuq il-paġna tas-Suġġett — dawk qegħdin hemm biss għall-informazzjoni).

    Il-proposti jridu jitlestew u jkunu jinkludu l-partijiet kollha u l-annessi obbligatorji u d-dokumenti ta’ sostenn.

    Il-Formola tal-Applikazzjoni tikkonsisti minn:

    Parti A (li għandha timtela direttament online) — fiha informazzjoni amministrattiva dwar il-parteċipanti (il-koordinatur u l-benefiċjarji futuri) u l-baġit imqassar għall-proġett

    Parti B (li għandha titniżżel mis-Sistema ta’ Sottomissjoni tal-Portal, mimlija u mbagħad miġbura u mtella’ mill-ġdid bħala PDF fis-sistema) — fiha d-deskrizzjoni teknika tal-proġett

    l-annessi u d-dokumenti ta’ sostenn obbligatorji (li għandhom jittellgħu bħala fajls PDF).

    Fis-sottomissjoni tal-proposti, inti se jkollok tikkonferma li għandek il-mandat biex taġixxi għall-applikanti kollha. Barra minn hekk, se jkollok tikkonferma li l-informazzjoni fl-applikazzjoni hija korretta u kompluta u li l-parteċipanti jikkonformaw mal-kundizzjonijiet biex jirċievu finanzjament mill-UE (speċjalment l-eliġibbiltà, il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali, l-esklużjoni, eċċ.). Qabel ma jiffirma l-għotja, kull benefiċjarju jrid jerġa’ jikkonferma dan billi jiffirma dikjarazzjoni ta’ unur (DoH). Il-proposti mingħajr appoġġ sħiħ se jiġu rifjutati.

    L-applikazzjoni tiegħek trid tkun tista’ tinqara, aċċessibbli u tista’ tiġi stampata.

    Il-proposti huma limitati għal 70 paġna. L-evalwaturi mhu se jqisu l-ebda paġna addizzjonali.

    Tista’ tintalab dokumenti ulterjuri aktar tard (għall-validazzjoni tal-entità legali, il-kontroll tal-kapaċità finanzjarja, il-validazzjoni tal-kont bankarju, eċċ.).

    Annessi u dokumenti ta’ sostenn obbligatorji

    L-annessi u d-dokumenti ta’ sostenn obbligatorji (disponibbli direttament fis-Sistema ta’ Sottomissjoni) għal din is-sejħa huma:

    tabella dettaljata dwar il-baġit

    CVs tal-maniġer tal-proġett u eventwalment tat-tim tal-proġett

    rapporti tal-attività tas-sena preċedenti

    lista tal-proġetti kollha ffinanzjati mill-UE għall-aħħar 3 snin b’indikazzjoni tal-proġetti preċedenti li għalihom il-proposta hija kontinwazzjoni skont l-Artikolu 1.4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/1829

    dokumenti ta’ sostenn li juru li l-applikanti huma organizzazzjonijiet jew korpi kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għal kull applikant, dokumentazzjoni li turi li jissodisfa l-kriterji ta’ rappreżentattività stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/1829 (ara t-taqsima hawn taħt), flimkien mad-dokumenti tal-entità legali.

    Image 3 Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ sottomissjoni (inklużi aspetti tal-IT), ikkonsulta l-Manwal Online.

    6.   Eliġibbiltà

    Parteċipanti eliġibbli

    Sabiex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jkunu:

    entitajiet legali (korpi pubbliċi jew privati)

    stabbiliti fi Stat Membru tal-UE (inklużi pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE))

    organizzazzjonijiet jew korpi eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

    organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali stabbiliti fi Stat Membru u rappreżentanti tas-settur jew tas-setturi kkonċernat(i) f’dak l-Istat Membru, u b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet interprofessjonali kif imsemmi fl-Artikolu 157 tar-Regolament(UE) Nru 1308/2013 u l-gruppi kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, sakemm ikunu rappreżentattivi għall-isem protett skont ir-Regolament tal-aħħar u li huwa kopert b’dak il-programm

    organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali tal-Unjoni rappreżentattivi tas-settur jew setturi kkonċernat(i) fil-livell tal-Unjoni

    organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif imsemmi fl-Artikoli 152 u 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġew rikonoxxuti minn Stat Membru jew

    korpi tas-settur agroalimentari li l-objettiv u l-attività tagħhom huma li jipprovdu informazzjoni dwar, u li jippromwovu prodotti agrikoli u li jkunu ġew inkarigati, mill-Istat Membru kkonċernat, b’missjoni ta’ servizz pubbliku f’dan il-qasam iddefinita b’mod ċar; dawk il-korpi jridu jkunu ġew stabbiliti legalment fl-Istat Membru inkwistjoni tal-inqas sentejn qabel id-data tas-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(2).

    L-organizzazzjonijiet proponenti msemmija hawn fuq jistgħu jissottomettu proposta diment li jkunu rappreżentattivi wkoll tas-settur jew prodott ikkonċernat mill-proposta, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 1(1) jew 1(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829 tat-23 ta’ April 2015, prinċipalment:

    organizzazzjoni professjonali jew interprofessjonali, stabbilita fil-livell ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 rispettivament, titqies li tkun rappreżentattiva tas-settur ikkonċernat mill-programm:

    meta tkun tammonta għal mill-inqas 50 % bħala proporzjon tal-għadd ta’ produtturi, jew 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) jew is-settur ikkonċernat(i), fl-Istat Membru kkonċernat jew fil-livell tal-Unjoni, jew

    meta tkun organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 158 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jew mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

    grupp, kif iddefinit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u msemmi fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, jitqies li huwa rappreżentattiv tal-isem protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u kopert mill-programm, meta dan jammonta għal mill-inqas 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) li ismu/isimhom ikun(u) protett(i)

    organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 titqies li tkun rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i) mill-programm, fejn hija rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 154 jew 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

    korp fis-settur agroalimentari, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 jitqies li huwa rappreżentattiv tas-settur(i) ikkonċernat(i) mill-programm permezz ta’ rappreżentanti ta’ dak/dawk il-prodott(i) jew settur fost is-sħubiji tiegħu.

    Jistgħu jiġu aċċettati livelli limiti tar-rappreżentattività aktar baxxi minn 50 % jekk l-organizzazzjoni proponenti fil-proposta sottomessa turi li hemm ċirkostanzi speċifiċi, inkluża l-evidenza dwar l-istruttura tas-suq, li jiġġustifikaw it-trattament tal-organizzazzjoni proponenti bħala rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i).

    Il-benefiċjarji jridu jirreġistraw mar-Reġistru tal-Parteċipanti — qabel ma jissottomettu l-proposta – u se jiġu vvalidati mis-Servizz Ċentrali tal-Validazzjoni (Validazzjoni REA). Għall-validazzjoni, huma se jintalbu jtellgħu dokumenti li juru l-istatus legali u l-oriġini.

    Entitajiet oħra jistgħu jipparteċipaw fi rwoli oħra tal-konsorzju, bħal sħab assoċjati, sottokuntratturi, partijiet terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet mhux finanzjarja, eċċ (ara t-taqsima 12).

    Każijiet speċifiċi

    Entitajiet mingħajr personalità ġuridika — Entitajiet li ma għandhomx personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali tagħhom jistgħu fuq bażi eċċezzjonali jipparteċipaw, diment li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità jassumu obbligi legali f’isimhom, u li dawn joffru garanziji għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE li huma ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi (10).

    Assoċjazzjonijiet u gruppi ta’ interess — Entitajiet magħmula minn membri jistgħu jipparteċipaw bħala “benefiċjarji uniċi” jew “benefiċjarji mingħajr personalità ġuridika” (11).

    Image 4 Jekk jogħġbok innota li jekk l-azzjoni tiġi implimentata mill-membri, dawn għandhom jipparteċipaw ukoll (jew bħala benefiċjarji jew bħala riċevituri ta’ appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, inkella l-kostijiet tagħhom ma jistgħux jiġu koperti mill-azzjoni).

    Miżuri restrittivi tal-UE — Regoli speċjali japplikaw għal ċerti entitajiet (eż. entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (12) u entitajiet koperti mil-Linji Gwida tal-Kummissjoni Nru 2013/C 205/05 (13)). Tali entitajiet mhumiex eliġibbli li jipparteċipaw fi kwalunkwe kapaċità, inkluż bħala benefiċjarji, sħab assoċjati, partijiet terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji, sottokuntratturi jew riċevituri ta’ appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi (jekk ikun hemm).

    Image 5 Għal aktar informazzjoni, ara r- Regoli għall-Validazzjoni ta’ Entità Legali, il-Ħatra ta’ LEAR u l-Valutazzjoni tal-Kapaċità Finanzjarja.

    Il-kompożizzjoni tal-konsorzju

    Il-proposti jridu jiġu ppreżentati minn konsorzju li jkollu mill-inqas żewġ organizzazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, li jrid ikun minn tal-inqas żewġ Stati Membri u jrid jikkonforma mal-kundizzjonijiet dwar ir-rappreżentattività għall-prodott tas-settur promoss.

    Proposti minn applikanti uniċi MHUMIEX permessi, ħlief fil-każijiet ta’ organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali tal-Unjoni li huma rappreżentattivi tal-prodott jew is-settur promoss fil-livell tal-Unjoni (il-punt (b) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014). F’dan il-każ, huma permessi applikazzjonijiet monobenefiċjarji.

    Attivitajiet eliġibbli

    L-attivitajiet eliġibbli huma dawk stabbiliti fit-Taqsima 2 ta’ hawn fuq.

    Il-kampanji ta’ informazzjoni u promozzjoni jistgħu jkopru l-attivitajiet li ġejjin:

    1.

    Ġestjoni tal-proġett

    2.

    Relazzjonijiet pubbliċi

    Attivitajiet ta’ PR

    Avvenimenti tal-istampa

    3.

    Sit web, midja soċjali

    Stabbiliment, aġġornament u manutenzjoni tas-sit web

    Midja soċjali (stabbiliment tal-kontijiet u ppowstjar regolari)

    Oħrajn (apps tal-mowbajl, pjattaformi ta’ tagħlim elettroniku, webinars, eċċ)

    4.

    Reklamar

    Mezzi Stampati

    TV

    Radju

    Online

    Fuq barra

    Ċinema

    5.

    Għodod ta’ komunikazzjoni

    Pubblikazzjonijiet, settijiet tal-midja, merkanzija promozzjonali

    Filmati promozzjonali

    6.

    Avvenimenti

    Stands fil-fieri kummerċjali

    Seminars, workshops, laqgħat B2B, sessjonijiet ta’ taħriġ għas-snajja’/koki, attivitajiet fl-iskejjel

    Ġimgħat tar-ristoranti

    Sponsorizzar tal-avvenimenti

    Vjaġġi ta’ studju fl-Ewropa

    7.

    Promozzjoni fil-punt tal-bejgħ (POS)

    Jiem tad-dewqan

    Oħrajn: promozzjoni fil-pubblikazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut, reklamar fil-POS

    Image 6 Id-dewqan u d-distribuzzjoni tal-kampjuni mhumiex permessi fil-kuntest tal-kampanji dwar ix-xorb responsabbli implimentati fis-suq intern; madankollu, dawn l-attivitajiet jiġu aċċettati jekk ikunu anċillari għall-għoti ta’ miżuri ta’ informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kwalità u l-metodu tal-produzzjoni organika u jappoġġjawhom.

    L-attivitajiet għandhom ikunu komplementari għall-attivitajiet iffinanzjati permezz tal-Politika Agrikola Komuni u/jew permezz tal-fondi jew l-istrumenti tal-Istati Membri differenti li jappoġġjaw il-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli fil-livell nazzjonali, u m’għandhomx jikkoinċidu magħhom. Il-proġetti jridu jitfasslu biex jikkomplementaw attivitajiet privati jew pubbliċi oħra implimentati mill-organizzazzjoni(jiet) proponenti fis-swieq immirati; iridu jiġu żgurati sinerġiji ma’ tali attivitajiet.

    Il-proġetti għandhom iqisu r-riżultati ta’ kampanji kofinanzjati preċedenti li jiddeskrivu b’mod ċar l-impatt tagħhom u r-raġunijiet għal sottomissjoni mill-ġdid.

    Il-komplementarjetajiet iridu jiġu deskritti fil-proposta tal-proġett (il-Parti B tal-Formola tal-Applikazzjoni).

    Il-proġetti jridu jikkonformaw mal-interessi u l-prijoritajiet tal-politika tal-UE (bħall-politika soċjali, tal-ambjent, tal-klima, tal-iżvilupp u tal-kummerċ, eċċ.).

    Il-proposti jridu:

    a)

    jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni li jirregola l-prodotti kkonċernati u l-kummerċjabbiltà tagħhom u jkollhom dimensjoni tal-Unjoni

    b)

    għal proposti fis-suq intern li jkopru skema waħda jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014: jiffokaw fuq din/dawn l-iskema/i fil-messaġġ ewlieni tagħhom tal-Unjoni. Meta f’dan il-programm, prodott wieħed jew diversi prodotti juri/juru din/dawn l-iskema/skemi, dan/dawn irid(u) jidher/jidhru bħala messaġġ sekondarju fir-rigward tal-messaġġ ewlieni tal-Unjoni

    c)

    għal messaġġi li jintbagħtu minn programm multiplu li fih informazzjoni dwar l-impatt fuq is-saħħa:

    fis-suq intern: jikkonformaw mal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), jew jiġu aċċettati mill-awtorità nazzjonali responsabbli għas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-operazzjonijiet

    f’pajjiżi terzi: jiġu aċċettati mill-awtorità nazzjonali responsabbli għas-saħħa pubblika fil-pajjiż fejn jitwettqu l-operazzjonijiet

    d)

    għal proposti li jipproponu li jsemmu l-oriġini jew marki kummerċjali: jikkonformaw mar-regoli kif imsemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831

    Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-attivitajiet, trid tingħata l-informazzjoni li ġejja:

    għal proposti li jkopru skemi ta’ kwalità nazzjonali: dokumentazzjoni jew referenza għas-sorsi disponibbli għall-pubbliku li juru li l-iskema ta’ kwalità hija rikonoxxuta b’mod uffiċjali mill-Istat Membru

    għal proposti li għandhom fil-mira tagħhom is-suq intern u li jgħaddu messaġġ dwar il-prattiki tad-dieta xierqa jew dwar il-konsum responsabbli tal-alkoħol: deskrizzjoni dwar kif il-programm propost u l-messaġġ(i) tiegħu huma konformi mar-regoli nazzjonali rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn se jitwettaq il-programm (inkluż referenzi u dokumentazzjoni b’appoġġ għal din l-indikazzjoni)

    għal proposti li jippromwovu prodotti jew metodi sostenibbli: dokumentazzjoni jew referenza għas-sorsi disponibbli għall-pubbliku li juru li l-prodott/il-metodu huwa ċċertifikat bħala sostenibbli.

    Huwa permess appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi għal għotjiet taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    l-appoġġ finanzjarju jingħata biss lil entitajiet li huma marbuta mal-benefiċjarju (15) u li diġà ġew identifikati fil-proposta tal-proġett

    il-proġett jispeċifika l-ammont massimu ta’ appoġġ finanzjarju għal kull parti terza u l-kriterji u l-proċeduri għall-għoti tal-appoġġ finanzjarju

    il-benefiċjarji jiżguraw li l-kostijiet imposti fuq l-azzjoni jkunu limitati għall-ispejjeż li fil-fatt ikunu ġew imġarrba minn dawk il-partijiet terzi u li l-entitajiet jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u jżommu rekords dwar il-kostijiet tagħhom.

    Lokalità ġeografika (pajjiżi fil-mira)

    L-applikazzjonijiet iridu jkunu relatati ma’ attivitajiet li għandhom pajjiż wieħed jew diversi pajjiżi fil-mira koperti mis-suġġett magħżul tas-sejħa.

    Tul ta’ żmien

    Il-proġetti għandu jkollhom tul ta’ żmien minimu ta’ 12-il xahar u tul ta’ żmien massimu ta’ 36 xahar.

    Il-proposti għandhom jispeċifikaw it-tul ta’ żmien tal-azzjoni.

    7.   Il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali u l-esklużjoni

    Kapaċità finanzjarja

    L-applikanti jrid ikollhom riżorsi stabbli u suffiċjenti biex jimplimentaw b’suċċess il-proġett u biex jikkontribwixxu s-sehem tagħhom. Organizzazzjonijiet li jipparteċipaw f’diversi proġetti jrid ikollhom biżżejjed kapaċità biex jimplimentaw dawn il-proġetti kollha.

    Il-kontroll tal-kapaċità finanzjarja se jitwettaq abbażi tad-dokumenti li se tintalab ittella’ fir-Reġistru tal-Parteċipanti matul it-tħejjija tal-għotja (eż. rapport tal-introjtu, pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, rapport tal-awditjar prodott minn awditur estern approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja magħluqa, eċċ.). L-analiżi se tkun ibbażata fuq indikaturi finanzjarji newtrali, iżda se tqis ukoll aspetti oħra, bħad-dipendenza mill-finanzjament tal-UE kif ukoll id-defiċit u d-dħul fis-snin preċedenti.

    Il-kontroll normalment isir għall-applikanti kollha, ħlief:

    għal korpi pubbliċi (entitajiet stabbiliti bħala korp pubbliku skont il-liġi nazzjonali, inklużi awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali) jew organizzazzjonijiet internazzjonali

    jekk l-ammont tal-għotja mitlub mill-individwu ma jkunx ta’ aktar minn EUR 60 000.

    Jekk nikkunsidraw li l-kapaċità finanzjarja tiegħek mhijiex sodisfaċenti, nistgħu nirrikjedu:

    aktar informazzjoni

    sistema mtejba ta’ responsabbiltà finanzjarja, jiġifieri responsabbiltà in solidum għall-benefiċjarji kollha (ara hawn taħt, taqsima 10)

    garanzija (waħda jew aktar) fuq il-prefinanzjament (ara hawn taħt, taqsima 10)

    jew

    talba li tiġi sostitwit jew, jekk meħtieġ, tirrifjuta l-proposta kollha.

    Image 7 Għal aktar informazzjoni, ara r- Regoli għall-Validazzjoni ta’ Entità Legali, il-Ħatra ta’ LEAR u l-Valutazzjoni tal-Kapaċità Finanzjarja.

    Kapaċità operazzjonali

    L-applikanti jrid ikollhom in-know-how, il-kwalifiki u r-riżorsi biex jimplimentaw b’suċċess il-proġetti u jikkontribwixxu s-sehem tagħhom (inkluż esperjenza suffiċjenti fi proġetti ta’ daqs u natura komparabbli).

    L-applikanti jridu juru li mill-inqas persuna fiżika waħda li taħdem taħt kuntratt ta’ impjieg mal-applikant (jew assenjata għall-azzjoni abbażi ta’ att ta’ ħatra ekwivalenti, sekondata b’pagament jew abbażi ta’ tipi oħrajn ta’ kuntratti diretti, eż. li jkopru l-għoti ta’ servizzi) se tinħatar bħala maniġer tal-proġetti. Il-maniġer tal-proġetti jrid ikollu mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza fil-ġestjoni tal-proġetti.

    Il-kapaċità operazzjonali se tiġi vvalutata bħala parti mill-kriterju għall-għoti tal-“Kwalità” abbażi tal-kompetenza u l-esperjenza tal-applikanti u t-timijiet tal-proġetti tagħhom, inklużi r-riżorsi operazzjonali (umani, tekniċi u oħrajn) jew, fuq bażi eċċezzjonali, il-miżuri proposti biex tinkiseb sa meta tibda l-implimentazzjoni tal-kompitu.

    Jekk l-evalwazzjoni tal-kriterju għall-għoti tkun pożittiva, l-applikanti jitqiesu li għandhom kapaċità operazzjonali suffiċjenti.

    L-applikanti se jkollhom juru l-kapaċità tagħhom permezz tal-informazzjoni li ġejja fil-Formola tal-Applikazzjoni (Parti B):

    profili ġenerali (kwalifiki u esperjenzi) tal-persunal responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett (eż. CV tal-maniġer tal-proġetti, CVs tat-tim tal-proġetti ewlieni, eċċ.)

    rapporti ta’ attività tal-applikanti tas-sena l-oħra

    lista ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE għall-aħħar 3 snin.

    Jistgħu jintalbu dokumenti ta’ sostenn addizzjonali, jekk dawn ikunu meħtieġa biex tiġi kkonfermata l-kapaċità operazzjonali ta’ xi applikant.

    Esklużjoni

    L-applikanti li huma soġġetti għal sanzjonijiet amministrattivi tal-UE (jiġifieri deċiżjoni dwar esklużjoni jew dwar penali finanzjarja) (16) jew f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni li jeskluduhom milli jirċievu finanzjament tal-UE ma JISTGĦUX jipparteċipaw:

    falliment, likwidazzjoni, assi amministrati mill-qrati, arranġament ma’ kredituri, sospensjoni ta’ attivitajiet kummerċjali jew proċeduri simili oħra (inklużi proċeduri għal persuni b’responsabbiltà illimitata għad-djun tal-applikant)

    fi ksur tal-obbligi tas-sigurtà soċjali jew fiskali (inkluż jekk dan ikun sar minn persuni b’responsabbiltà illimitata għad-djun tal-applikant)

    instabu ħatja ta’ mġiba professjonali serja ħażina (17) (inkluż jekk dan ikun sar minn persuni b’setgħat ta’ rappreżentanza, ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kontroll, minn sidien benefiċjarji jew minn persuni li huma essenzjali għall-għoti/implimentazzjoni tal-għotja)

    wettqu frodi, korruzzjoni, rabtiet ma’ organizzazzjoni kriminali, ħasil tal-flus, reati relatati mat-terroriżmu (inkluż il-finanzjament tat-terroriżmu), tħaddim tat-tfal jew traffikar tal-bnedmin (inkluż jekk dan ikun sar minn persuni b’setgħat ta’ rappreżentanza, ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kontroll, minn sidien benefiċjarji jew minn persuni li huma essenzjali għall-għoti/implimentazzjoni tal-għotja)

    urew nuqqasijiet sinifikanti fil-konformità mal-obbligi ewlenin ta’ kuntratt ta’ akkwist tal-UE, ta’ ftehim ta’ għotja, premju, kuntratt espert, jew simili (inkluż jekk dan ikun sar minn persuni b’setgħat ta’ rappreżentanza, ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kontroll, minn sidien benefiċjarji jew minn persuni fiżiċi li huma essenzjali għall-għoti/implimentazzjoni tal-għotja)

    instabu ħatja ta’ irregolaritajiet fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 (inkluż jekk dan ikun sar minn persuni b’setgħat ta’ rappreżentanza, ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kontroll, minn sidien benefiċjarji jew minn persuni li huma essenzjali għall-għoti/implimentazzjoni tal-għotja)

    inħolqu taħt ġurisdizzjoni differenti bl-intenzjoni li jevitaw l-obbligi fiskali, soċjali jew obbligi legali oħra fil-pajjiż tal-oriġini jew ħolqu entità oħra b’dan il-għan (inkluż jekk dan ikun sar minn persuni b’setgħat ta’ rappreżentanza, ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kontroll, minn sidien benefiċjarji jew minn persuni li huma essenzjali għall-għoti/implimentazzjoni tal-għotja).

    L-applikanti jiġu miċħuda wkoll jekk jirriżulta li (18):

    matul il-proċedura tal-għoti, huma rrappreżentaw ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni jew naqsu milli jipprovdu dik l-informazzjoni

    kienu preċedentement involuti fit-tħejjija tas-sejħa u din tinkludi tfixkil tal-kompetizzjoni li ma tistax tiġi rimedjata b’mod ieħor (kunflitt ta’ interess).

    8.   Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ għoti

    Il-proposti se jkollhom isegwu l-proċedura standard ta’ sottomissjoni u ta’ evalwazzjoni (sottomissjoni fi stadju wieħed + evalwazzjoni fi stadju wieħed).

    L-ewwel, il-proposti se jiġu vverifikati għar-rekwiżiti formali (l-ammissibbiltà u l-eliġibbiltà) u mbagħad jiġu evalwati (għal kull suġġett separatament) minn kumitat ta’ evalwazzjoni (assistit minn esperti esterni indipendenti) għall-kapaċità operazzjonali u l-kriterji għall-għoti (ara t-taqsimiet 7 u 9) u mbagħad jiġu kklassifikati skont il-punteġġ tal-kwalità tagħhom.

    Għal proposti bl-istess punteġġ (fl-istess suġġett) għandha tiġi ddeterminata ordni ta’ prijorità skont l-approċċ li ġej:

    Għal kull grupp ta’ proposti ex aequo, bil-grupp bl-ogħla punteġġ bħala l-ewwel wieħed, u li jkomplu f’ordni dixxendenti, se jingħataw prijorità proposti li jippermettu d-diversifikazzjoni f’termini ta’ prodotti jew swieq immirati.

    Dan ifisser li, bejn l-applikazzjonijiet ex aequo fl-istess suġġett, se tingħata prijorità lill-applikazzjonijiet li għadhom mhumiex irrappreżentati fil-proposti ta’ kwalità superjuri, l-ewwel f’termini ta’ prodotti, it-tieni f’termini ta’ suq immirat.

    Jekk dawn il-kriterji ma jkunux jistgħu jiġu applikati, imbagħad jintgħażlu proġetti bl-ogħla punteġġ għall-kriterji għall-għoti individwali.

    L-ewwel se nqabblu l-punteġġi tal-proġetti għall-kriterju għall-għoti “Rilevanza”. Meta dawn il-punteġġi jkunu ndaqs, il-prijorità tkun ibbażata fuq il-punteġġi għall-kriterju “Impatt”. Meta dawn il-punteġġi jkunu ndaqs, il-prijorità tkun ibbażata fuq il-punteġġi għall-kriterju “Kwalità”.

    L-ordni tal-listi kklassifikati se tiġi segwita b’mod strett.

    Il-proposti kollha se jiġu infurmati dwar ir-riżultat tal-evalwazzjoni (ittra tar-riżultat tal-evalwazzjoni). Proposti li jiksbu suċċess se jiġu mistiedna għat-tħejjija tal-għotjiet; oħrajn se jitqiegħdu fil-lista ta’ riżerva jew jiġu rrifjutati.

    Image 8 L-ebda impenn għall-finanzjament — L-istedina għat-tħejjija tal-għotja MA tikkostitwix impenn formali għall-finanzjament. Xorta jkun għad fadlilna nagħmlu diversi kontrolli legali qabel tingħata l-għotja: validazzjoni tal-entità legali, kapaċità finanzjarja, kontroll ta’ esklużjoni, eċċ.

    Jekk taħseb li l-proċedura ta’ evalwazzjoni kienet difettuża, tista’ tressaq ilment (wara d-dati ta’ għeluq u l-proċeduri stabbiliti fl-ittra tar-riżultat tal-evalwazzjoni). Jekk jogħġbok kun af li n-notifiki li ma nfetħux fi żmien 10 ijiem wara li jintbagħtu huma kkunsidrati li ġew aċċessati u li d-dati ta’ għeluq se jingħaddu mill-ftuħ/aċċess (ara wkoll it- Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti).

    It-tħejjija tal-għotja tinvolvi djalogu sabiex jiġu rfinuti l-aspetti tekniċi jew finanzjarji tal-proġett u tista’ tirrikjedi informazzjoni addizzjonali min-naħa tiegħek. Dan jista’ jinkludi wkoll aġġustamenti għall-proposta biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat ta’ evalwazzjoni jew xi tħassib ieħor. Il-konformità hija prekundizzjoni biex tiġi ffirmata l-għotja.

    9.   Kriterji għall-għoti

    Il-kriterji għall-għoti għal din is-sejħa huma kif ġej:

    Rilevanza (25 punt):

    Ir-rilevanza tal-azzjoni proposta għall-objettivi ġenerali u speċifiċi elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 tal-istess Regolament, kif ukoll għall-prijoritajiet, għall-objettivi u għar-riżultati mistennija mħabbra taħt il-prijorità tematika rilevanti tas-sejħa.

    Il-kontribut tal-proġett propost ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni fir-rigward tal-objettivi tal-ambizzjoni tal-klima u l-ambjent tal-PAK, il-Patt Ekoloġiku u l-istrateġiji mill-Għalqa sal-Platt, b’mod partikolari fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-produzzjoni u l-konsum.

    Il-kwalità u r-rilevanza tal-analiżi tas-suq.

    Il-koerenza tal-istrateġija ta’ azzjoni, tal-objettivi speċifiċi, tal-gruppi fil-mira u tal-messaġġi ewlenin.

    Il-messaġġ tal-UE tal-kampanja.

    Kwalità (50 punt):

    Għażla xierqa ta’ attivitajiet fir-rigward tal-objettivi u tal-istrateġija ta’ azzjoni, taħlita ta’ komunikazzjoni adegwata, sinerġija bejn l-attivitajiet.

    Deskrizzjoni konċiża tal-attivitajiet u tar-riżultati.

    Il-kwalità tal-metodi u tal-indikaturi proposti għall-evalwazzjoni.

    Allokazzjoni xierqa tal-baġit fir-rigward tal-objettivi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet.

    Deskrizzjoni ċara tal-ispejjeż stmati u tal-preċiżjoni tal-baġit.

    Il-konsistenza bejn il-kostijiet stmati u r-riżultati.

    L-organizzazzjoni tal-proġett u l-istruttura tal-ġestjoni.

    Il-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u l-ġestjoni tar-riskju

    Impatt (25 punt):

    L-impatt tal-proġett fil-livell tal-UE.

    Ġustifikazzjoni tal-livell ġenerali tal-investiment.

    Kriterji għall-għoti

    Punteġġ minimu meħtieġ

    Punteġġ massimu

    Rilevanza

    15

    25

    Kwalità

    30

    50

    Kwalità

    15

    25

    Punteġġi globali (meħtieġ)

    60

    100

    Punti massimi: 100 punt.

    Livelli limiti individwali għal kull kriterju: 15/25 u 30/50 punt.

    Livell limitu globali: 60 punt.

    Il-proposti li jissodisfaw il-livell limitu individwali U l-livell limitu globali jiġu kkunsidrati għal finanzjament — fil-limiti tal-baġit disponibbli għas-sejħa. Proposti oħra se jiġu rrifjutati.

    10.   L-istabbiliment legali u finanzjarju tal-Ftehimiet ta’ Għotja

    Jekk tgħaddi mill-evalwazzjoni, il-proġett tiegħek jiġi mistieden għat-tħejjija tal-għotja, fejn se tintalab tipprepara l-Ftehim ta’ Għotja flimkien mal-Uffiċjal tal-Proġett tal-UE.

    Dan il-Ftehim ta’ Għotja se jistabbilixxi l-qafas għall-għotja tiegħek kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet tagħha, b’mod partikolari rigward ir-riżultati tanġibbli, ir-rapportar u l-pagamenti.

    Il-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja li se jintuża (u l-mudelli rilevanti l-oħra kollha u d-dokumenti ta’ gwida) jinsabu fuq id-Dokumenti ta’ Referenza tal-Portal.

    Data tal-bidu u tul ta’ żmien tal-proġett

    Id-data tal-bidu u t-tul ta’ żmien tal-proġett se jiġu stabbiliti fil-Ftehim ta’ Għotja (Skeda tad-Data, punt 1). Normalment id-data tal-bidu tkun wara l-iffirmar tal-għotja. Ma għandhiex tkun aktar tard minn 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ għotja. F’każijiet eċċezzjonali tista’ ssir konċessjoni għal applikazzjoni retroattiva f’każ ta’ raġunijiet debitament ġustifikati — iżda qatt qabel id-data tas-sottomissjoni tal-proposta.

    Tul ta’ żmien tal-proġett: minimu ta’ 12-il xahar, massimu ta’ 36 xahar.

    Riżultati tanġibbli

    Ir-riżultati tanġibbli għal kull proġett se jiġu ġestiti permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Għotjiet tal-Portal u se jiġu riflessi fl-Anness 1 tal-Ftehim ta’ Għotja.

    Il-forma tal-għotja, ir-rata ta’ finanzjament u l-ammont massimu tal-għotja

    Il-parametri tal-għotja (l-ammont massimu tal-għotja, ir-rata ta’ finanzjament, il-kostijiet eliġibbli totali, eċċ.) se jiġu stabbiliti fil-Ftehim ta’ Għotja (Skeda tad-Data, il-punt 3 u l-Art. 5).

    Baġit tal-proġett: L-ebda limitu. L-għotja li tingħata tista’ tkun inqas mill-ammont mitlub.

    L-għotja se tkun għotja bbażata fuq il-baġit mħallta mal-kostijiet attwali. Dan ifisser li se tirrimborża BISS ċerti tipi ta’ kostijiet (kostijiet eliġibbli) u dawk il-kostijiet BISS li verament ġarrabt għall-proġett tiegħek (MHUX il-kostijiet ibbaġitjati).

    Il-kostijiet se jiġu rimborżati bir-rata ta’ finanzjament stabbilita fil-Ftehim ta’ Għotja (85 % għall-benefiċjarji li huma stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE li jirċievu assistenza finanzjarja u 80 % għall-benefiċjarji minn pajjiżi oħra).

    Ir-regola li tipprojbixxi l-profitt tapplika għall-organizzazzjonijiet bi skop ta’ qligħ li japplikaw skont din is-sejħa. L-għotja tal-UE MA TISTAX tipproduċi profitt. Jekk ikun hemm profitt (jiġifieri surplus tad-dħul + l-għotja tal-UE fuq il-kostijiet), aħna nnaqqsuh mill-ammont finali tal-għotja tiegħek.

    Barra minn hekk, jekk jogħġbok kun af li l-ammont finali tal-għotja jista’ jitnaqqas f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Ftehim ta’ Għotja (eż. implimentazzjoni mhux xierqa, ksur tal-obbligi, eċċ.).

    Il-kategoriji tal-baġit u r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet

    Il-kategoriji tal-baġit u r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet huma stabbiliti fil-Ftehim ta’ Għotja (Skeda tad-Data, il-punt 3 u l-Art. 6).

    Il-kategoriji tal-baġit għal din is-sejħa:

    A. Spejjeż tal-persunal

    A.1 Impjegati, A.2 Persuni fiżiċi taħt kuntratt dirett, A.3 Persuni sekondati

    A.4 sidien ta’ SMEs u benefiċjarji ta’ persuni fiżiċi

    B. Spejjeż ta’ sottokuntrattar

    C. Spejjeż tax-xiri

    C.1 Vjaġġar u sussistenza

    C.2 Tagħmir

    C.3 Prodotti, xogħlijiet u servizzi oħra

    D. Kategoriji oħra ta’ kostijiet

    D.1 Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

    E. Spejjeż indiretti

    Kundizzjonijiet speċifiċi għall-eliġibbiltà tal-kostijiet għal din is-sejħa:

    il-kostijiet tal-persunal:

    pagamenti supplimentari: standard

    Il-kost ta’ unità tas-sid ta’ SME/persuna fiżika: Iva

    kostijiet tal-voluntiera: Le

    kostijiet tal-ivvjaġġar u ta’ sussistenza: kostijiet attwali

    kostijiet tat-tagħmir: deprezzament

    kategoriji oħra ta’ kostijiet:

    kostijiet għal appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi: permessi għal għotjiet; ammont massimu għal kull parti terza ta’ EUR 60 000, sakemm ma jkunx meħtieġ ammont ogħla minħabba li l-objettiv tal-azzjoni jkun inkella impossibbli jew diffiċli wisq biex jinkiseb u dan huwa ġustifikat kif xieraq fil-Formola tal-Applikazzjoni

    rata fissa tal-kost indirett: 4 % tal-ispejjeż diretti eliġibbli tal-persunal (kategorija A)

    VAT: VAT mhux deduċibbli huwa eliġibbli (iżda jekk jogħġbok innota li mill-2013 il-VAT imħallas minn benefiċjarji li huma korpi pubbliċi li jaġixxu bħala awtorità pubblika MHUX eliġibbli)

    diversi:

    kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji mingħajr ħlas huma permessi, iżda newtrali f’termini tal-kostijiet, jiġifieri ma jistgħux jiġu ddikjarati bħala kostijiet

    il-laqgħa tal-bidu: il-kostijiet għal-laqgħa tal-bidu organizzata mill-awtorità awtorizzanti huma eliġibbli (il-kostijiet tal-ivvjaġġar għal massimu ta’ 2 persuni, il-biljett tar-ritorn lejn Brussell u l-akkomodazzjoni għal lejl wieħed) biss jekk il-laqgħa ssir wara d-data tal-bidu tal-proġett stabbilita fil-Ftehim ta’ Għotja; id-data tal-bidu tista’ tinbidel permezz ta’ emenda, jekk ikun meħtieġ

    kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija minn partijiet terzi, speċifikament biex jintużaw għall-ispejjeż li huma eliġibbli taħt l-azzjoni mhumiex permessi, ħlief jekk mogħtija mill-membri tal-organizzazzjoni tal-benefiċjarju.

    Arranġamenti ta’ rapportar u ta’ ħlas

    L-arranġamenti ta’ rapportar u ta’ ħlas huma stabbiliti fil-Ftehim ta’ Għotja (Skeda tad-Data, il-punt 4 u l-Art. 21 u 22).

    Wara l-firma tal-għotja, normalment tirċievi prefinanzjament biex tibda taħdem fuq il-proġett (likwidità li normalment tkun 20 % tal-ammont massimu tal-għotja).

    Il-prefinanzjament jitħallas sa 30 jum mid-dħul fis-seħħ/10 ijiem qabel id-data tal-bidu/il-garanzija finanzjarja (jekk ikun meħtieġ) — skont liema minnhom ikun l-aħħar.

    Se jkun hemm pagament interim (b’rapportar dettaljat tal-kostijiet) fl-aħħar ta’ kull sena ta’ implimentazzjoni kompluta tal-azzjoni.

    Fi tmiem il-proġett, aħna se nikkalkulaw l-ammont finali tal-għotja tiegħek. Jekk it-total tal-pagamenti preċedenti jkun ogħla mill-ammont tal-għotja finali, aħna se nitolbu lill-koordinatur iħallas lura d-differenza (irkupru).

    Il-pagamenti kollha se jsiru lill-koordinatur.

    Ċertifikati

    Skont it-tip ta’ azzjoni, id-daqs tal-ammont tal-għotja u t-tip ta’ benefiċjarji, tista’ tintalab tissottometti ċertifikati differenti. It-tipi, l-iskedi u l-livelli limiti għal kull ċertifikat huma stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja (Skeda tad-Data, il-punt 4 u l-Art. 24).

    Sistema ta’ responsabbiltà għall-irkupri

    Ir-reġim tal-obbligu għall-irkupri se jiġi stabbilit fil-Ftehim ta’ Għotja (Skeda tad-Data punt 4.4 u Art. 22).

    Għall-benefiċjarji, hija waħda minn dawn li ġejjin:

    obbligazzjoni in solidum limitata b’limiti individwali — kull benefiċjarju sal-ammont massimu tal-għotja tiegħu

    obbligazzjoni in solidum mhux kondizzjonata — kull benefiċjarju sal-ammont massimu tal-għotja għall-azzjoni

    jew

    responsabbiltà finanzjarja individwali — kull benefiċjarju għad-djun tiegħu biss.

    Garanziji ta’ prefinanzjament

    Jekk tkun meħtieġa garanzija ta’ prefinanzjament, din tiġi stabbilita fil-Ftehim ta’ Għotja (Skeda tad-Data, punt 4). L-ammont jiġi stabbilit matul it-tħejjija tal-għotja u normalment ikun daqs jew inqas mill-prefinanzjament għall-għotja tiegħek.

    Il-garanzija għandha tkun f’Euro u maħruġa minn bank/istituzzjoni finanzjarja approvata stabbilita fi Stat Membru tal-UE.

    Ammonti li jkunu marbutin f’kontijiet il-bank MHUX SE jiġu aċċettati bħala garanziji finanzjarji.

    Il-garanziji ta’ prefinanzjament MHUMIEX formalment marbuta ma’ membri individwali tal-konsorzju, li jfisser li inti liberu li torganizza kif tipprovdi l-ammont tal-garanzija (minn benefiċjarju wieħed jew aktar, għall-ammont globali jew diversi garanziji għal ammonti parzjali, mill-benefiċjarju kkonċernat jew minn benefiċjarju ieħor, eċċ.). Madankollu huwa importanti li l-ammont mitlub ikun kopert u li l-garanzija/garanziji tintbagħat/jintbagħtu lilna fil-ħin biex nagħmlu l-prefinanzjament (kopja skennjata permezz tal-Portal U oriġinali bil-posta).

    Jekk ikun hemm qbil magħna, il-garanzija bankarja tista’ tiġi sostitwita b’garanzija minn parti terza.

    Il-garanzija tiġi rilaxxata fi tmiem l-għotja, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ Għotja.

    Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-proġett

    Regoli tas-sigurtà: ara l-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja (Art. 13)

    Regoli tal-etika : ara l-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja (Art. 14)

    Regoli tad-DPI : ara l-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja (Art. 16 u Anness 5)

    lista tal-isfond: Iva

    id-drittijiet għall-użu tar-riżultati: Iva

    Komunikazzjoni, disseminazzjoni u viżibbiltà tal-finanzjament: ara l-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja (Art. 17 u l-Anness 5)

    attivitajiet addizzjonali ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni Iva

    logo speċjali: Iva

    Regoli speċifiċi għat-twettiq tal-azzjoni : ara l-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja (Art. 18 u l-Anness 5)

    regoli speċifiċi għal kampanji ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli

    regoli speċifiċi għall-appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi.

    In-nonkonformità u l-ksur tal-kuntratt

    Il-Ftehim ta’ Għotja (il-kapitolu 5) jipprevedi l-miżuri li nistgħu nieħdu f’każ ta’ ksur tal-kuntratt (u kwistjonijiet oħra ta’ nonkonformità).

    Image 9 Għal aktar informazzjoni , ara l-AGA — Ftehim tal-Għotja Annotat.

    11.   Għajnuna

    Kemm jista’ jkun possibbli, jekk jogħġbok ipprova sib it-tweġibiet li teħtieġ inti stess, f’din id-dokumentazzjoni u f’dokumentazzjoni oħra (għandna riżorsi limitati għat-trattament ta’ mistoqsijiet diretti):

    Manwal Online

    FAQs fuq il-Paġna tas-Suġġett (għal mistoqsijiet speċifiċi dwar is-sejħa)

    Portal tal-FAQ (għal mistoqsijiet ġenerali)

    FAQs speċifiċi dwar il-Politika ta’ promozzjoni (https://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html)

    Jekk jogħġbok ikkonsulta wkoll il-paġna tas-Suġġett regolarment, peress li se nużawha biex nippubblikaw aġġornamenti dwar is-sejħa.

    Kuntatt

    Għal mistoqsijiet individwali dwar is-Sistema ta’ Sottomissjoni tal-Portal, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-IT.

    Mistoqsijiet mhux relatati mal-IT għandhom jintbagħtu fl-indirizz elettroniku li ġej: CHAFEA-AGRI-CALLS@ec.europa.eu

    Jekk jogħġbok indika b’mod ċar ir-referenza tas-sejħa u s-suġġett li hija marbuta magħha l-mistoqsija tiegħek (ara l-qoxra ta’ quddiem).

    12.   Importanti

    Image 10 IMPORTANTI

    Tistennix sal-aħħar — Lesti l-applikazzjoni tiegħek sew qabel id-data ta’ għeluq biex tiġi evitata kwalunkwe problema teknika tal-aħħar minuta. Problemi li jinqalgħu minħabba sottomissjonijiet fl-aħħar minuta (eż. konġestjoni, eċċ.) se jkunu kompletament għar-riskju tiegħek. Id-dati ta’ għeluq tas-sejħa MA JISTGĦUX jiġu estiżi.

    Ikkonsulta l-Paġna tas-Suġġett b’mod regolari. Din se nużawha biex nippubblikaw aġġornamenti u informazzjoni addizzjonali dwar is-sejħa (aġġornamenti dwar is-sejħa u s-suġġett).

    Is-Sistema ta’ Skambju Elettroniku tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti— Permezz tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, il-parteċipanti kollha jaċċettaw li jużaw is-sistema ta’ skambju elettroniku f’konformità mat-Termini u Kundizzjonijiet tal-Portal.

    Reġistrazzjoni — Qabel ma jissottomettu l-applikazzjoni, il-benefiċjarji kollha jridu jkunu reġistrati mar-Reġistru tal-Parteċipanti. Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-parteċipant (PIC) (wieħed għal kull parteċipant) huwa obbligatorju għall-Formola tal-Applikazzjoni. Is-sħab assoċjati jistgħu jirreġistraw aktar tard (mhux aktar tard mit-tħejjija tal-għotja).

    Ir-rwoli tal-konsorzju — Meta tkun qed tistabbilixxi l-konsorzju tiegħek, għandek taħseb dwar l-organizzazzjonijiet li jgħinuk tilħaq l-objettivi u ssolvi l-problemi.

    Ir-rwoli għandhom jiġu attribwiti skont il-livell ta’ parteċipazzjoni fil-proġett. Il-parteċipanti ewlenin għandhom jipparteċipaw bħala benefiċjarji; entitajiet oħra jistgħu jipparteċipaw bħala sħab assoċjati, sottokuntratturi, partijiet terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji. Sħab assoċjati u partijiet terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji għandhom iġarrbu l-kostijiet tagħhom stess (mhux se jsiru riċevituri formali tal-finanzjament tal-UE). Is-sottokuntrattar irid isir minn partijiet terzi (mhux minn wieħed mill-benefiċjarji).

    Koordinatur — F’għotjiet b’diversi benefiċjarji, il-benefiċjarji jipparteċipaw bħala konsorzju (grupp ta’ benefiċjarji). Huma se jkollhom jagħżlu koordinatur, li se jieħu ħsieb il-ġestjoni u l-koordinazzjoni tal-proġetti u se jirrappreżenta l-konsorzju quddiem l-awtorità awtorizzanti. F’għotjiet monobenefiċjarji, il-benefiċjarju uniku se jkun awtomatikament il-koordinatur.

    Sħab assoċjati — L-applikanti jistgħu jipparteċipaw ma’ sħab assoċjati (jiġifieri organizzazzjonijiet sħab li jipparteċipaw fl-azzjoni iżda mingħajr id-dritt li jingħataw flus tal-għotja). Huma jipparteċipaw mingħajr finanzjament u għalhekk ma jeħtiġux li jiġu vvalidati.

    Ftehim ta’ konsorzju — Għal raġunijiet prattiċi u legali huwa rrakkomandat li jiġu stabbiliti arranġamenti interni li jippermettulek tittratta ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux previsti (fil-każijiet kollha, anke jekk mhux obbligatorji skont il-Ftehim ta’ Għotja). Il-ftehim ta’ konsorzju jagħtik ukoll il-possibbiltà li tagħmel ridistribuzzjoni tal-flus tal-għotja skont il-prinċipji u l-parametri interni tal-konsorzju tiegħek stess (pereżempju, benefiċjarju wieħed jista’ jattribwixxi mill-ġdid il-flus tal-għotja tiegħu lil benefiċjarju ieħor). Il-ftehim ta’ konsorzju għalhekk jippermettilek li tippersonalizza l-għotja tal-UE skont il-ħtiġijiet li għandu l-konsorzju tiegħek u jista’ jgħin ukoll biex jipproteġik f’każ ta’ tilwim.

    Baġit ibbilanċjat tal-proġett — L-applikazzjonijiet għall-għotja jridu jiżguraw baġit ibbilanċjat tal-proġett u riżorsi oħra suffiċjenti biex jimplimentaw il-proġett b’suċċess (eż. kontribuzzjonijiet proprji, introjtu ġġenerat mill-azzjoni, kontribuzzjonijiet finanzjarji minn partijiet terzi, eċċ.). Inti tista’ tintalab tnaqqas l-istima tal-kostijiet tiegħek, jekk dawn ma jkunux eliġibbli (inkluż eċċessivi).

    Regola li tipprojbixxi l-profitt — L-għotjiet MA JISTGĦUX jipproduċu profitt (jiġifieri surplus tad-dħul + l-għotja tal-UE fuq il-kostijiet). Dan jiġi ċċekkjat minna fi tmiem il-proġett.

    L-ebda finanzjament doppju — Hemm projbizzjoni stretta ta’ finanzjament doppju mill-baġit tal-UE (ħlief taħt sejħiet għas-Sinerġiji tal-UE). Barra minn tali sejħiet għas-Sinerġiji, kull azzjoni partikolari tista’ tirċievi għotja WAĦDA biss mill-baġit tal-UE u l-elementi ta’ kost fl-EBDA ċirkostanza ma jistgħu jiġu ddikjarati għal żewġ azzjonijiet differenti tal-UE.

    Proġetti lesti/li għadhom għaddejjin — Proposti għal proġetti li diġà tlestew se jiġu miċħuda; il-proposti għal proġetti li diġà bdew jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ (f’dan il-każ, l-ebda kost ma jista’ jiġi rimborżat għal attivitajiet li seħħew qabel id-data tal-bidu tal-proġett/sottomissjoni tal-proposta).

    Kombinazzjoni ma’ għotjiet operattivi tal-UE — Il-kombinazzjoni ma’ għotjiet operattivi tal-UE hija possibbli jekk il-proġett jibqa’ barra mill-programm ta’ ħidma tal-għotja operattiva u tiżgura li l-elementi ta’ kost huma separati b’mod ċar fil-kont tiegħek u MA JIĠUX iddikjarati darbtejn (ara l-AGA — Ftehim tal-Għotja Annotat, Art. 6.2.E).

    Proposti multipli — L-applikanti jistgħu jissottomettu aktar minn proposta waħda għal proġetti differenti taħt l-istess sejħa (u jingħataw finanzjament għalihom).

    L-organizzazzjonijiet jistgħu jipparteċipaw f’diversi proposti.

    IMMA: jekk ikun hemm diversi proposti għall-istess proġett/proġett simili ħafna, applikazzjoni waħda biss tiġi aċċettata u evalwata; l-applikanti jintalbu jirtiraw waħda minnhom (jew tiġi miċħuda).

    Sottomissjoni mill-ġdid — Il-proposti jistgħu jiġu mibdula u sottomessi mill-ġdid sad-data ta’ għeluq għas-sottomissjoni.

    Rifjut — Billi jissottomettu l-applikazzjoni, l-applikanti kollha jaċċettaw il-kundizzjonijiet tas-sejħa stabbiliti f’dan id-Dokument tas-Sejħa (u d-dokumenti li jirreferi għalihom). Il-proposti li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet kollha tas-sejħa jiġu miċħuda. Dan japplika wkoll għall-applikanti: L-applikanti kollha jridu jissodisfaw il-kriterji; jekk xi wieħed minnhom ma jissodisfahomx, irid jiġi sostitwit jew il-proposta kollha tiġi miċħuda.

    Kanċellazzjoni — Jista’ jkun hemm ċirkostanzi li jistgħu jirrikjedu li s-sejħa tiġi kkanċellata. F’dan il-każ, tiġi infurmat permezz ta’ aġġornament dwar is-sejħa jew is-suġġett. Jekk jogħġbok innota li l-kanċellazzjonijiet ma tagħtix lok għal dritt għal kumpens.

    Lingwa — Tista’ tissottometti l-proposta tiegħek fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Madankollu, għal raġunijiet ta’ effiċjenza, aħna nirrakkomandaw ħafna li tuża l-Ingliż. Jekk ikollok bżonn id-dokumentazzjoni dwar is-sejħa f’lingwa uffiċjali oħra tal-UE, jekk jogħġbok issottometti talba fi żmien 10 ijiem mill-pubblikazzjoni tas-sejħa (għall-informazzjoni ta’ kuntatt, ara t-taqsima 11).

    Trasparenza — F’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE, l-informazzjoni dwar l-għotjiet tal-UE mogħtija tiġi ppubblikata kull sena fuq is-sit web tal-Europa.

    Din tinkludi:

    isem il-benefiċjarji

    l-indirizzi tal-benefiċjarji

    l-iskop li għalih ingħatat l-għotja

    l-ammont massimu li ngħata.

    F’każijiet eċċezzjonali (fuq talba motivata u debitament sostanzjata), l-informazzjoni tista’ ma tiġix ippubblikata, jekk ikun hemm riskju li l-iżvelar jista’ jipperikola d-drittijiet u l-libertajiet tiegħek skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jew jagħmel ħsara lill-interessi kummerċjali tiegħek.

    Il-protezzjoni tad-data — Is-sottomissjoni ta’ proposta skont din is-sejħa tinvolvi l-ġbir, l-użu u l-ipproċessar tad-data personali. Din id-data tiġi pproċessata f’konformità mal-qafas legali applikabbli. Din tiġi pproċessata biss għall-fini tal-evalwazzjoni tal-proposta tiegħek, il-ġestjoni sussegwenti tal-għotja tiegħek u, jekk meħtieġ, għall-monitoraġġ tal-programm, għall-evalwazzjoni u għall-komunikazzjoni. Id-dettalji huma spjegati fl-Istqarrija ta’ Privatezza tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.


    (1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta’ April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi, ĠU L 266, 13.10.2015, p. 3–8.

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 tas-7 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi, ĠU L 266, 13.10.2015, p. 14–26.

    (5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8835 final tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2021 u d-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Promozzjoni ta’ Prodotti agrikoli.

    (6)  COM(2007) 279 final, 30.5.2007.

    (*1)  Proposti ta’ programmi multipli dwar “Frott u ħxejjex” għas-suq intern huma eliġibbli wkoll taħt is-suġġett AGRIP-MULTI-2021-IM. F’dak il-każ, il-messaġġ ta’ kampanji dwar frott u ħxejjex taħt is-suġġett AGRIP-MULTI-2021-IM għandu jkun differenti milli jenfasizza l-benefiċċji tal-konsum ta’ frott u ħaxix f’dieta tajba (ħlief jekk il-frott u l-ħxejjex huma assoċjati ma’ prodott(i) ieħor/oħrajn)).

    (*2)  Il-programmi li għandhom fil-mira l-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDC) skont il-lista tan-NU disponibbli fuq https://www.un.org/development/desa/dpad/wp-content/uploads/sites/45/publication/ldc_list.pdf għandhom ikunu koerenti mal-objettivi tal-iżvilupp tal-UE. L-applikanti se jintalbu jissottomettu l-valutazzjoni tagħhom stess fejn jispjegaw għaliex il-programm ta’ promozzjoni propost mhux se jaffettwa b’mod negattiv l-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp tal-UE fil-pajjiż l-anqas żviluppat fil-mira tal-programm ta’ promozzjoni.

    (*3)  Il-programmi multipli li jippromwovu l-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi għandhom japplikaw taħt is-suġġett AGRIP- MULTI-2021-TC-ORGANIC. Ma jistgħux japplikaw taħt is-suġġett AGRIP-MULTI-2021-TC-AL, ħlief jekk il-prodotti organiċi huma kkombinati ma’ prodotti oħrajn.

    (7)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (8)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1.

    (9)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (10)  Ara l-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE 2018/1046.

    (11)  Għad-definizzjonijiet, ara l-Artikolu 187(2) u 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE 2018/1046.

    (12)  Jekk jogħġbok innota li Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE jinkludi l-lista uffiċjali u, f’każ ta’ kunflitt, il-kontenut tiegħu jipprevali fuq dak tal-Mappa tas-Sanzjonijiet tal-UE.

    (13)  Il-linji gwida tal-Kummissjoni Nru 2013/C 205/05 dwar l-eliġibbiltà ta’ entitajiet Iżraeljani u l-attivitajiet tagħhom fit-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967 għal għotjiet, premjijiet u strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-UE mill-2014 ’il quddiem (ĠU C 205, 19.7.2013, p. 9).

    (14)  Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).

    (15)  “Entitajiet marbutin” huma entitajiet li jkollhom rabta mal-benefiċjarju, b’mod partikolari, rabta legali jew kapitali, li la tkun limitata għall-azzjoni u lanqas stabbilita għall-iskop biss tal-implimentazzjoni tagħha.

    (16)  Ara l-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE 2018/1046.

    (17)  Imġiba professjonali ħażina tinkludi: ksur tal-istandards etiċi tal-professjoni, imġiba ħażina b’impatt fuq il-kredibbiltà professjonali, dikjarazzjonijiet foloz/rappreżentazzjoni falza ta’ informazzjoni, parteċipazzjoni f’kartell jew ftehim ieħor li jfixkel il-kompetizzjoni, ksur tad-DPI, tentattiv biex jiġu influwenzati l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew biex tikseb informazzjoni kunfidenzjali mill-awtoritajiet pubbliċi biex jinkiseb vantaġġ.

    (18)  Ara l-Artikolu 141 Ir-Regolament Finanzjarju tal-UE 2018/1046.


    Top