This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2019/249/04
Call for contributions No IX-2020/01 — ‘CONTRIBUTIONS TO EUROPEAN POLITICAL PARTIES’
Sejħa għal kontribuzzjonijiet Nru IX-2020/01 — “KONTRIBUZZJONIJIET LILL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ”
Sejħa għal kontribuzzjonijiet Nru IX-2020/01 — “KONTRIBUZZJONIJIET LILL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ”
ĠU C 249, 25.7.2019, pp. 48–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/48 |
Sejħa għal kontribuzzjonijiet Nru IX-2020/01
“KONTRIBUZZJONIJIET LILL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ”
(2019/C 249/04)
Werrej
|
A. |
INTRODUZZJONI U QAFAS ĠURIDIKU | 48 |
|
B. |
GĦAN TAS-SEJĦA | 49 |
|
C. |
L-ISKOP, IL-KATEGORIJA U L-FORMA TA’ FINANZJAMENT | 49 |
|
D. |
IL-BAĠIT DISPONIBBLI | 49 |
|
E. |
REKWIŻITI TA’ AMMISSIBBILTÀ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT | 49 |
|
F. |
KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT | 50 |
|
F.1 |
Kriterji ta’ esklużjoni | 50 |
|
F.2 |
Kriterji ta’ eliġibbiltà | 50 |
|
F.3 |
Kriterji li fuqhom tittieħed id-deċiżjoni u d-distribuzzjoni ta’ finanzjament | 50 |
|
G. |
KONTROLL KONDIVIŻ MILL-PARLAMENT EWROPEW U L-AWTORITÀ | 51 |
|
H. |
TERMINI U KUNDIZZJONIJIET | 51 |
|
I. |
KALENDARJU | 51 |
|
J. |
ŻVELAR U PPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI | 51 |
|
K. |
INFORMAZZJONI OĦRA | 52 |
A. INTRODUZZJONI U QAFAS ĠURIDIKU
|
1. |
Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”. |
|
2. |
Skont l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regolamenti li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom. Ir-regoli huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), kif emendat sussegwentement. |
|
3. |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, partit politiku Ewropew li jkun irreġistrat skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tar-Regolament u rrappreżentat fil-Parlament Ewropew b’minn tal-inqas wieħed mill-membri tiegħu, u li ma jkunx f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament Finanzjarju, jista’ japplika għall-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet ippubblikati mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew f’sejħa għal kontribuzzjonijiet. |
|
4. |
Għaldaqstant, il-Parlament Ewropew qed ivara din is-sejħa għal kontribuzzjonijiet bil-ħsieb li jagħti kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej (“is-sejħa”). |
|
5. |
Il-qafas ġuridiku ta’ bażi huwa definit f’dawn l-atti ġuridiċi:
|
B. GĦAN TAS-SEJĦA
|
6. |
L-għan ta’ din is-sejħa huwa li partiti politiċi reġistrati Ewropej jiġu mistiedna jressqu applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni (“applikazzjonijiet għal finanzjament”). |
C. L-ISKOP, IL-KATEGORIJA U L-FORMA TA’ FINANZJAMENT
|
7. |
L-iskop tal-finanzjament huwa li jappoġġa l-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-partit politiku Ewropew għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni li għandu jiġi konkluż bejn il-partit politiku Ewropew benefiċjarju u l-Parlament Ewropew. |
|
8. |
Il-kategorija tal-finanzjament hija l-kontribuzzjoni lill-partiti politiċi Ewropej, skont it-Titolu XI tar-Regolament Finanzjarju (“il-kontribuzzjoni”). Il-kontribuzzjoni tieħu l-forma ta’ rimborż ta’ perċentwal tan-nefqa rimborżabbli li tkun saret. |
|
9. |
L-ammont massimu mħallas lill-benefiċjarju mill-Parlament Ewropew ma jistax jeċċedi d-90 % tan-nefqa rimborżabbli indikata fil-baġit stmat jew 90 % tan-nefqa rimborżabbli mġarrba. |
D. IL-BAĠIT DISPONIBBLI
|
10. |
Il-finanzjament previst għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 402 tal-baġit tal-Parlament “Finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej” jammonta għal EUR 42 000 000. L-approprjazzjonijiet finali disponibbli huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità baġitarja. |
E. REKWIŻITI TA’ AMMISSIBBILTÀ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT
|
11. |
L-applikazzjonijiet għal finanzjament se jkunu ammissibbli jekk
|
|
12. |
L-applikazzjonijiet li jitqiesu mhux kompluti jaf jiġu rrifjutati. |
F. KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT
F.1 Kriterji ta’ esklużjoni
|
13. |
L-applikanti għandhom jiġu esklużi mill-proċedura ta’ finanzjament jekk:
|
F.2 Kriterji ta’ eliġibbiltà
|
14. |
Sabiex ikun eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, l-applikanti jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġifieri li l-applikant
|
|
15. |
Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, sħubija ta’ Membru tal-Parlament Ewropew f’diversi partiti politiċi Ewropej se tirriżulta fil-kunsiderazzjoni tal-Membru kkonċernat bħala membru ta’ partit politiku Ewropew wieħed biss, li, fejn rilevanti, għandu jkun dak li l-partit politiku nazzjonali jew reġjonali tiegħu jkun affiljat miegħu fid-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament. |
|
16. |
Il-partiti membri tal-partiti politiċi Ewropej huma mħeġġa jinkludu informazzjoni dwar il-bilanċ bejn is-sessi fuq is-siti web tagħhom. |
F.3 Kriterji li fuqhom tittieħed id-deċiżjoni u d-distribuzzjoni ta’ finanzjament
|
17. |
Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-approprjazzjonijiet disponibbli rispettivi għandhom jitqassmu kull sena. Dawn għandhom jitqassmu fost il-partiti politiċi Ewropej li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-finanzjament ikunu ġew approvati fid-dawl tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ esklużjoni, abbażi tal-formula ta’ distribuzzjoni segwenti:
|
G. KONTROLL KONDIVIŻ MILL-PARLAMENT EWROPEW U L-AWTORITÀ
|
18. |
L-Artikolu 24(1) u (2) (9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedu kontroll kondiviż bejn il-Parlament Ewropew u l-Awtorità. |
|
19. |
Fejn, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-Awtorità għandha l-kompetenza li tiċċekkja l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew għandu jibgħat id-dokumentazzjoni rilevanti lill-Awtorità. L-Awtorità għandha tikkomunika r-riżultat tal-kontrolli u l-verifiki tagħha lill-Parlament Ewropew. |
H. TERMINI U KUNDIZZJONIJIET
|
20. |
L-applikanti huma obbligati li jinnotifikaw lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe bidla fir-rigward tad-dokumenti mressqa jew fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-applikazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn tali bidla. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-uffiċjal awtorizzanti jiddeċiedi abbażi tal-informazzjoni disponibbli, minkejja kwalunkwe informazzjoni pprovduta fi stadju iktar tard. |
|
21. |
Rigward il-kundizzjoni li applikant ikompli jissodisfa l-kriterji għall-finanzjament, l-oneru tal-prova jaqa’ fuq l-applikant. |
|
22. |
It-termini u l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-finanzjament tal-Unjoni li għandu jingħata taħt din is-sejħa huma stabbiliti fl-Anness 1a tad-Deċiżjoni tal-Bureau speċifikata fil-paragrafu 5(b) ta’ din is-sejħa. |
|
23. |
Kull applikant għandu jaċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 22 ta’ din is-sejħa, billi jiffirma l-formola ta’ dikjarazzjoni annessa ma’ din is-sejħa. Dawn it-termini u kundizzjonijiet jorbtu l-benefiċjarju li jingħatalu l-finanzjament u huma stabbiliti fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni.. |
I. KALENDARJU
|
24. |
L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament hija t-30 ta’ Settembru 2019. |
|
25. |
L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jadotta deċiżjoni fi żmien tliet xhur wara l-għeluq tas-sejħa għal kontribuzzjonijiet. |
|
26. |
Huwa previst li f’Jannar 2020, l-applikanti li jirnexxu se jirċievu l-abbozz ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni biex jiffirmawh, filwaqt li l-applikanti rifjutati se jiġu infurmati fl-istess żmien. Il-ħlas tal-finanzjament minn qabel għandu jsir fi żmien 30 ġurnata mill-iffirmar sussegwenti tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni f’isem il-Parlament Ewropew. |
J. ŻVELAR U PPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
|
27. |
Il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għandhom jippubblikaw, inkluż fuq l-Internet, informazzjoni skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. |
|
28. |
Kwalunkwe data personali miġbura fil-kuntest ta’ din is-sejħa għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (10) u skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. |
|
29. |
Tali data għandha tkun ipproċessata għall-fini ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament u ta’ salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ din id-data lill-entitajiet responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ verifika u awditjar skont il-liġi tal-Unjoni, bħas-servizzi tal-awditjar intern tal-Parlament Ewropew, l-Awtorità, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF). |
|
30. |
Abbażi ta’ talba bil-miktub, kwalunkwe persuna fiżika relatata mal-benefiċjarju tista’ tingħata aċċess għad-data personali tagħha u tikkoreġi kwalunkwe data żbaljata jew mhux kompluta. It-talba li tirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tista’ tiġi mressqa lid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew. Il-persuna konċernata tista’, f’kull ħin, tilmenta mal-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tad-Data dwar dak li jirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tagħha. |
|
31. |
Id-data personali jaf tiġi reġistrata fis-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija mill-Parlament Ewropew, jekk il-benefiċjarju jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 136(1) u 141 tar-Regolament Finanzjarju. |
K. INFORMAZZJONI OĦRA
|
32. |
Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għandha tintbagħat b’email, filwaqt li tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, lill-indirizz li ġej: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu |
|
33. |
Il-leġiżlazzjoni bażika speċifikata fil-paragrafu 5(b) ta’ din is-sejħa u l-formola ta’ applikazzjoni għal finanzjament annessi ma’ din is-sejħa huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Parlament Ewropew (http://www.europarl.europa.eu/tenders/invitations.htm). |
Anness: Formola ta’ applikazzjoni għal finanzjament, inkluża l-formola ta’ identifikazzjoni finanzjarja, id-dikjarazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet kif ukoll il-kriterji ta’ esklużjoni, u l-mudell ta’ baġit stmat
(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1. Ġew ippubblikati żewġ emendi fil-ĠU L 114, I, 4.5.2018, p. 1, u fil-ĠU L 85, I, 27.3.2019, p. 7.
(2) Ara paġna 2 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.
(5) ĠU L 318, 4.12.2015, p. 28.
(6) Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew ta’ Marzu 2019.
(7) stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1141/2014;
(8) Sakemm l-applikant ma jkunx soġġett għall-kontroll taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (pereżempju: għadu kemm inħoloq, eċċ.)
(9) L-Artikolu 24(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - Regoli ġenerali dwar il-kontroll:
|
“1. |
Il-kontroll tal-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati, f’kooperazzjoni, mill-Awtorità, mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri kompetenti. |
|
2. |
L-Awtorità għandha tikkontrolla l-konformità tal-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (d) sa (f) tal-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (e) u (g) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 9(5) u (6), u l-Artikoli 20, 21 u 22. |
L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jikkontrolla l-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tal-obbligi relatati mal-finanzjament mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament skont ir-Regolament Finanzjarju. Fit-twettiq ta’ tali kontrolli, il-Parlament Ewropew għandu jieħu l-miżuri meħtieġa fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-frodi u tal-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.”
Anness a
FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL FINANZJAMENT
KONTRIBUZZJONIJIET (1) LILL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ
GĦAS-SENA FINANZJAJRJA [DAĦĦAL IS-SENA]
FIEX TIKKONSISTI L-APPLIKAZZJONI GĦALL-FINANZJAMENT
Il-lista li ġejja hi maħsuba biex tgħinek fil-preparazzjoni tal-applikazzjoni għall-finanzjament tiegħek. Din tista’ tintuża bħala checklist biex tiżgura li tkun inkludejt id-dokumenti meħtieġa kollha.
FORMOLA TA’ IDENTIFIKAZZJONI FINANZJARJA
DIKJARAZZJONI DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET U T-TERMINI ĠENERALI KIF UKOLL IL-KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI
Jiena, hawn taħt iffirmat, ir-rappreżentant legali ta’ [daħħal l-isem tal-applikant], niċċertifika li:
|
— |
qrajt, u naqbel, mal-Kundizzjonijiet u t-Termini Ġenerali kif stipulat fil-mudell tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni; |
|
— |
l-applikant ma jinsabx f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 136(1) (*1) u 141 (*1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“Ir-Regolament Finanzjarju”); |
|
— |
l-applikant mhux suġġett għal kwalunkwe sanzjoni prevista fl-Artikolu 27(1) (*1) u fil-punti (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2)(a) (*1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
|
— |
l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni kif ukoll fl-annessi tagħha hija preċiża u ebda informazzjoni, kollha jew parti minnha, ma nżammet moħbija mill-Parlament Ewropew: |
Firma awtorizzata:
|
Titlu (Sa, Sur, Prof …), kunjom u isem: |
|
|
Funzjoni fl-organizzazzjoni li qed tapplika għal finanzjament: |
|
|
Post/Data: |
|
|
Firma: |
|
(1) Il-kategorija tal-finanzjament hija l-kontribuzzjoni lill-partiti politiċi Ewropej, skont it-Titolu XI tar-Regolament Finanzjarju (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(*1) L-Artikoli elenkati hawn fuq hemm referenza għalihom hawn taħt:
Artikolu 136(1) tar-Regolament Finanzjarju
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 135(2) milli tieħu sehem fi proċeduri ta’ għoti rregolati minn dan ir-Regolament jew milli tingħażel sabiex timplimenta fondi tal-Unjoni fejn dik il-persuna jew entità tkun tinsab f’waħda jew iżjed mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni:
|
(a) |
il-persuna jew l-entità tkun falliet, tkun soġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ stralċ, ikollha l-assi tagħha qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, tkun tinsab fi ftehim ma’ kredituri, ikollha l-attivitajiet kummerċjali tagħha sospiżi, jew tkun qiegħda fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista taħt il-liġi tal-Unjoni jew taħt il-liġi nazzjonali; |
|
(b) |
ikun ġie stabbilit b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun qiegħda tikser l-obbligi tagħha relatati mal-pagament tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi applikabbli; |
|
(c) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità hija ħatja ta’ mġiba professjonali ħażina serja billi tkun kisret il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni li tappartjeni għaliha l-persuna jew l-entità, jew billi tkun involuta fi kwalunkwe aġir illegali li għandu impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tagħha fejn dan it-tip ta’ aġir jindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, fosthom, b’mod partikolari, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
(d) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali li l-persuna tkun ħatja ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
|
(e) |
il-persuna jew l-entità tkun uriet nuqqasijiet sinifikanti ta’ konformità mal-obbligi ewlenin fl-implimentazzjoni ta’ impenn legali iffinanzjat mill-baġit, li jkunu:
|
|
(f) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun wettqet irregolarità fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95; |
|
(g) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew entità ħolqot entità f’ġurisdizzjoni differenti bil-ħsieb li jiġu evitati obbligazzjonijiet fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligazzjoni legali oħra fil-ġurisdizzjoni tal-uffiċċju rreġistrat, amministrazzjoni ċentrali jew post prinċipali tan-negozju tagħha; |
|
(h) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li entità tkun inħolqot bil-ħsieb imsemmi fil-punt (g). |
Artikolu 141(1) tar-Regolament Finanzjarju:
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiċħad minn proċedura ta’ għoti lil parteċipant li:
|
(a) |
ikun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 136; |
|
(b) |
ikun irrappreżenta b’mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqas milli jipprovdi din l-informazzjoni; |
|
(c) |
qabel kien involut fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċedura ta’ għoti fejn dan ikun jinvolvi ksur tal-prinċipju ta’ trattament indaqs, inkluża distorsjoni tal-kompetizzjoni li ma tistax tiġi rimedjata b’xi mod ieħor. |
Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-applikant ma jistax ikun soġġett għal xi waħda mis-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(1) u fil-punti (a)(v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2).
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 — L-Artikolu 27(1):
Skont l-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tiddeċiedi li tneħħi partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea mir-Reġistru bħala sanzjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-partit jew il-fondazzjoni in kwistjoni jkunu nstabu permezz ta’ sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata li ingaġġaw f’attivitajiet illegali ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(b) |
meta jiġi stabbilit, skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 10(2) sa (5), li ma jkunux għadhom jissodisfaw waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3(1) jew 3(2); |
|
(ba) |
meta d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni tal-partit jew tal-fondazzjoni inkwistjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni żbaljata jew żvijanti li għaliha jkun responsabbli l-applikant, jew meta tali deċiżjoni tkun inkisbet b’qerq; jew |
|
(c) |
meta talba ta’ Stat Membru li jsir qtugħ mir-reġistru għal raġunijiet ta’ nuqqas serju li jitwettqu l-obbligi skont il-liġi nazzjonali tkun tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 16(3). |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - Artikolu 27(2)(a)(v), (vi) u (vii):
L-Awtorità għandha timponi sanzjonijiet finanzjarji fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ksur mhux kwantifikabbli:
|
Anness b
STIMA TA’ BAĠIT
|
Nefqa |
||||||||||||||||
|
Nefqa rimborżabbli |
Baġit |
Attwali |
||||||||||||||
|
A.1: Spejjeż tal-persunal
|
|
|
||||||||||||||
|
A.2: Spejjeż tal-infrastruttura u tal-operat
|
|
|
||||||||||||||
|
A.3: Spejjeż amministrattivi
|
|
|
||||||||||||||
|
A.4: Spejjeż ta’ laqgħat u ta’ rappreżentanza
|
|
|
||||||||||||||
|
A.5: Spejjeż marbuta ma’ informazzjoni u pubblikazzjoni
|
|
|
||||||||||||||
|
A. TOTAL TAN-NEFQA RIMBORŻABBLI |
|
|
||||||||||||||
|
Nefqa mhux rimborżabbli
|
|
|
||||||||||||||
|
B. TOTAL TAN-NEFQA MHUX RIMBORŻABBLI |
|
|
||||||||||||||
|
C. NEFQA TOTALI |
|
|
||||||||||||||
|
Dħul |
||||||
|
|
Baġit |
Attwali |
||||
|
D.1-1. Finanzjament tal-Parlament Ewropew riportat mis-sena N-1 |
mhux applikabbli |
|
||||
|
D.1-2. Finanzjament tal-Parlament Ewropew allokat għas-sena N |
|
|
||||
|
|
|
|
||||
|
D.1. Finanzjament tal-Parlament Ewropew użat biex ikopri 90 % tan-nefqa rimborżabbli fis-sena N |
|
|
||||
|
D.2 Kontribuzzjonijiet tal-membri |
|
|
||||
|
|
|
||||
|
D.3 Donazzjonijiet |
|
|
||||
|
|
|
|
||||
|
D.4 Riżorsi proprji oħra |
|
|
||||
|
(li jridu jiġu speċifikati) |
|
|
||||
|
D.5 Kontribuzzjonijiet in natura |
|
|
||||
|
D: DĦUL TOTALI |
|
|
||||
|
E. profitt/telf (D-C) |
|
|
||||
|
F. Allokazzjoni ta’ riżorsi proprji għall-kont ta’ riserva |
|
|
|
G. Profitt/telf biex tiġi vverifikata l-osservanza tar-regola ta’ ebda profitt (E-F) |
|
|
|
H. Imgħax fuq il-prefinanzjament |
|
|
|
I. Finanzjament tal-Parlament Ewropew riportat għas-sena N+1 |
|
|