This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2017/431A/02
Call for applications
Sejħa għal applikazzjonijiet
Sejħa għal applikazzjonijiet
ĠU C 431A, 15.12.2017, pp. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 431/6 |
SEJĦA GĦAL APPLIKAZZJONIJIET
(2017/C 431 A/02)
Il-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali tal-Informazzjoni (Grad AD 15 jew AD 16) fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu dalwaqt ser tkun vakanti. Din il-pożizzjoni ser timtela skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
I. NATURA TAL-FUNZJONIJIET
Id-Direttorat Ġenerali tal-Informazzjoni li, mill-1 ta’ Jannar 2018, ser ikun qiegħed jikkostitwixxi wieħed mit-tliet Direttorati Ġenerali tal-istituzzjoni flimkien mad-Direttorat Ġenerali tal-Amministrazzjoni u d-Direttorat Ġenerali tal-Multilingwiżmu, ser ikun qiegħed jiġbor fi ħdanu:
|
— |
id-Direttorat tat-Teknoloġija tal-Informatika, responsabbli għall-ġestjoni u għall-iżvilupp tas-sistema tal-informatika tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-infrastrutturi li fuqhom tibbaża ruħha din is-sistema; |
|
— |
id-Direttorat tal-Bibljoteka, responsabbli għall-kostituzzjoni u għall-użu tad-dokumenti u tar-riżorsi bibljotekarji fil-kuntest tal-istabbilment ta’ strateġija diġitali; |
|
— |
id-Direttorat tal-Komunikazzjoni, responsabbli għall-ħolqien u għall-monitoraġġ tal-politika ta’ komunikazzjoni, kif ukoll għall-aċċess għad-dokumenti u għall-arkivji tal-istituzzjoni. |
Taħt l-awtorità tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-Direttur Ġenerali huwa responsabbli għat-tmexxija tad-Direttorat Ġenerali tal-Informazzjoni, li l-missjoni tiegħu tikkonsisti fil-produzzjoni, fil-ġestjoni u fil-konservazzjoni tal-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-attivitajiet tal-istituzzjoni. Id-Direttur Ġenerali ser ikollu jiddefinixxi u jimplementa strateġija ta’ ġestjoni tal-għarfien u tal-informazzjoni koerenti mal-prijoritajiet stabbiliti mill-istituzzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-ispeċifiċità ġudizzjarja tagħha.
Id-Direttorat Ġenerali huma magħmul minn madwar 130 uffiċjal u membri tal-persunal oħra, li magħhom jiżdiedu madwar mitt kollaboratur estern.
Fil-kwalità tiegħu ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega għall-ispejjeż li jaqgħu taħt il-kappa tar-responsabbiltajiet tiegħu, id-Direttur Ġenerali jiżgura li l-leġiżlazzjoni finanzjarja, b’mod partikolari fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, tiġi osservata.
Id-Direttur Ġenerali huwa meħtieġ jirrappreżenta lill-istituzzjoni fil-korpi u fl-awtoritajiet esterni, b’mod partikolari dawk interistituzzjonali.
II. PROFIL IMFITTEX
|
— |
għarfien tajjeb tal-missjonijiet, tal-funzjonament u tal-istruttura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
kapaċità pprovata fil-qasam tal-analiżi, tad-definizzjoni u tat-tfassil tal-għanijiet strateġiċi u tal-implementazzjoni tagħhom; kapaċità li wieħed jifhem l-isfidi li l-organizzazzjonijiet il-kbar jiffaċċjaw fil-ġestjoni tal-għarfien u tal-informazzjoni li tissodisfa l-bżonnijiet professjonali; |
|
— |
kapaċità ta’ tmexxija u ta’ motivazzjoni, f’ambjent multikulturali, ta’ entità importanti li tkopri oqsma ta’ attività diversi; |
|
— |
esperjenza kkonfermata fil-qasam tal-pjanifikazzjoni u tal-ġestjoni effikaċi tar-riżorsi allokati kif ukoll fil-qasam tal-pjanifikazzjoni u tal-ġestjoni ta’ proġetti; |
|
— |
sens żviluppat ta’ komunikazzjoni u ta’ relazzjonijiet interpersonali; |
|
— |
kapaċità ta’ amministrazzjoni ta’ baġits u ta’ kuntratti importanti fil-kuntest ta’ u b’osservanza tal-leġiżlazzjoni finanzjarja applikabbli. |
III. KUNDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA
L-applikanti għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-ħatra ta’ uffiċjal previsti mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea. Għal din il-pożizzjoni, l-applikanti għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi segwenti:
|
— |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompleti attestati b’diploma; |
|
— |
mhux inqas minn 10 snin esperjenza professjonali rilevanti; |
|
— |
għarfien fil-fond ta’ lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien soddisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea. Għal raġunijiet operattivi, huwa meħtieġ l-għarfien tal-lingwa Franċiża jew tal-lingwa Ingliża. Il-persuna li tingħażel għal dan l-impjieg għandha timpenja ruħha li tikseb l-għarfien tal-lingwa l-oħra jekk hija ma tiġġustifikax l-għarfien tal-imsemmija lingwa. |
IV. REMUNERAZZJONI U KUNDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL
Ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma dawk previsti mir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali ta’ grad AD 15 jew AD 16 tal-Unjoni Ewropea.
V. PREŻENTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
L-applikanti għal din il-pożizzjoni huma mitluba jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika biss fl-indirizz elettroniku DG-DGI@curia.europa.eu, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2018. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn Curriculum Vitae ddettaljat u minn kwalunkwe dokument utli ieħor. Mal-applikazzjoni tagħhom l-applikanti għandhom ukoll jehmżu ittra ta’ motivazzjoni kif ukoll dikjarazzjoni qasira (massimu ta’ 5 paġni) dwar il-viżjoni tagħhom għall-attivitajiet u għall-ġestjoni tad-Direttorat Ġenerali kkonċernat minn din is-sejħa għal applikazzjonijiet.
Approvata fil-5 ta’ Diċembru 2017.