This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2017/395/01
Minutes of the sitting of 16 January 2017
Minuti tas-seduta tas-16 ta' Jannar 2017
Minuti tas-seduta tas-16 ta' Jannar 2017
ĠU C 395, 22.11.2017, pp. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/1 |
tas-16 ta' Jannar 2017
MINUTI TAS-SEDUTA TAS-16 TA' JANNAR 2017
(2017/C 395/01)
Werrej
|
1. |
Tkomplija tas-sessjoni | 3 |
|
2. |
In memoriam | 3 |
|
3. |
Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti | 3 |
|
4. |
Kompożizzjoni tal-Parlament | 3 |
|
5. |
Verifika tal-kredenzjali | 3 |
|
6. |
Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi | 4 |
|
7. |
Talba għat-tneħħija tal-immunità | 4 |
|
8. |
Għeluq ta' proċediment kriminali fi Stat Membru fil-konfront ta' Membru tal-PE | 4 |
|
9. |
Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet | 4 |
|
10. |
Tħabbira tal-kandidati għall-elezzjoni għall-kariga ta' President | 4 |
|
11. |
Dokumenti mressqa | 4 |
|
12. |
L-aġenda tas-seduta li jmiss | 6 |
|
13. |
Għeluq tas-seduta | 6 |
| REĠISTRU TAL-ATTENDENZA | 7 |
Minuti tas-seduta tas-16 ta' Jannar 2017
PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President
1. Tkomplija tas-sessjoni
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 18.05.
2. In memoriam
Il-President ta ġieħ, f'isem il-Parlament, lill-memorja ta' Mário Soares, ex President Portugiż u ex Membru tal-Parlament Ewropew.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
4. Kompożizzjoni tal-Parlament
Iliana Iotova avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 17 ta' Jannar 2017.
Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.
L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kkomunikaw li ġew eletti għall-Parlament Ewropew José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra minflok Pablo Zalba Bidegain, u Jordi Solé minflok Ernest Maragall, b'seħħ mit-3 ta' Jannar 2017.
L-awtoritajiet kompetenti Bulgari ikkomunikaw li ġie elett għall-Parlament Ewropewont Peter Kouroumbashev minflok Iliana Iotova, bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mis-17 ta' Jannar 2017.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jordi Solé u Peter Kouroumbashev jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
5. Verifika tal-kredenzjali
Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonferma l-mandati ta' Alex Mayer b'effett mill-15 ta' Novembru 2016 u ta' Tiemo Wölken b'effett mill-14 ta' Novembru 2016.
6. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Marco Zanni ma għadux membru tal-Grupp EFDD u ssieħeb fil-Grupp ENF b'seħħ mill-11 ta' Jannar 2017.
Marco Affronte ma għadux membru tal-Grupp EFDD u ssieħeb fil-Grupp Verts/ALE b'seħħ mill-11 ta' Jannar 2017.
7. Talba għat-tneħħija tal-immunità
L-awtoritajiet Franċiżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Mylène Troszczynski fl-ambitu ta' inkjesta ġudizzjarja miftuħa mill-Prokuratur tar-Repubblika ta' Bobigny.
L-awtoritajiet Franċiżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen fl-ambitu ta' inkjesta ġudizzjarja miftuħa mill-Prokuratur tar-Repubblika ta' Pariġi.
B'konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn it-talbiet ġew riferuti lill-kumitat kompetenti, jiġifieri l-Kumitat JURI.
8. Għeluq ta'proċediment kriminali fi Stat Membru fil-konfront ta'Membru tal-PE
L-awtoritajiet kompetenti Griegi informaw lill-President li l-proċediment kriminali quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f'Salonka fil-konfront ta' Sotirios Zarianopoulos, li fir-rigward tiegħu tneħħietlu l-immunità parlamentari, ingħalaq bi qbil mal-Artikolu 43 tal-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika Ellenika.
9. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talba ta' ħatra li ġejja mill-Grupp PPE:
|
— |
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: Željana Zovko minflok Ivica Tolić |
Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
10. Tħabbira tal-kandidati għall-elezzjoni għall-kariga ta'President
Il-President avża lill-Parlament li rċieva, skont il-kundizzjonijiet previsti fir-Regoli ta' Proċedura, l-applikazzjonijiet tal-Membri Eleonora Forenza, Jean Lambert, Gianni Pittella, Laurențiu Rebega, Helga Stevens, Antonio Tajani u Guy Verhofstadt.
Il-President ta informazzjoni dwar l-iżvolġiment tal-vot.
11. Dokumenti mressqa
Id-dokumenti segwenti tressqu mill-Kunsill u mill-Kummissjoni:
|
— |
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2016)0755 — C8-0003/2017 — 2016/0371(CNS)) irriferut responsabbli: ECON opinjoni: JURI |
|
— |
Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti (COM(2016)0757 — C8-0004/2017 — 2016/0370(CNS)) irriferut responsabbli: ECON opinjoni: JURI, IMCO |
|
— |
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 (13710/2016 — C8-0005/2017 — 2016/0322(NLE)) irriferut responsabbli: LIBE opinjoni: AFET, BUDG |
|
— |
Proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (15778/2016 — C8-0007/2017 — 2016/0823(CNS)) irriferut responsabbli: LIBE opinjoni: AFCO, BUDG, CONT |
|
— |
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' risturtturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE (COM(2016)0723 — C8-0475/2016 — 2016/0359(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta. irriferut responsabbli: JURI opinjoni: EMPL, ECON |
|
— |
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza (COM(2016)0853 — C8-0479/2016 — 2016/0363(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew. irriferut responsabbli: ECON opinjoni: BUDG, JURI |
|
— |
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (COM(2016)0862 — C8-0493/2016 — 2016/0377(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta. irriferut responsabbli: ITRE opinjoni: ENVI, ECON, IMCO |
|
— |
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM(2016)0759 — C8-0497/2016 — 2016/0375(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta. irriferut responsabbli: ITRE opinjoni: DEVE, AGRI, ENVI, BUDG, ECON, IMCO |
|
— |
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13824/2016 — C8-0527/2016 — 2016/0311(NLE)) irriferut responsabbli: AFET opinjoni: ITRE |
|
— |
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 (14423/2016 — C8-0528/2016 — 2016/0204(APP)) irriferut responsabbli: LIBE opinjoni: FEMM, AFET, BUDG |
|
— |
Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi (COM(2016)0758 — C8-0529/2016 — 2016/0374(CNS)) irriferut responsabbli: ECON opinjoni: CULT, JURI, IMCO |
12. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument “Aġenda” PE 596.857/PDOJ).
13. Għeluq tas-seduta
Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 18.15.
Klaus Welle
Segretarju Ġenerali
Antonio Tajani
President
tas-16 ta' Jannar 2017
Preżenti:
Adaktusson, Affronte, Aker, Albrecht, Aliot, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Annemans, Arena, Arimont, Arnott, Arthuis, Ashworth, Atkinson, Auken, Auštrevičius, van Baalen, Bach, Balas, Balczó, Balz, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Belder, Belet, Bendtsen, Benito Ziluaga, Berès, Bilbao Barandica, Bizzotto, Björk, Bocskor, Böge, Bogovič, Boni, Borghezio, Boștinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Briano, Brok, Buchner, Bullmann, Bușoi, Bütikofer, Cabezón Ruiz, van de Camp, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Cavada, Cesa, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Cicu, Cirio, Clune, Coelho, Cofferati, Collins, Comi, Corazza Bildt, Corbett, Costa, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dăncilă, Danjean, Dantin, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deutsch, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds Diane, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Evans, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Fisas Ayxelà, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gerbrandy, Gericke, Giegold, Gierek, Gieseke, Girling, Giuffrida, Gollnisch, Gomes, González Pons, Goulard, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule, Grossetête, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Guteland, Gutiérrez Prieto, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hannan, Harkin, Häusling, Hayes, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Hookem, Hortefeux, Hübner, Hudghton, Huitema, in 't Veld, Iturgaiz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jávor, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, de Jong, Jongerius, Juaristi Abaunz, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Koch, Kofod, Kölmel, Korwin-Mikke, Kósa, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambsdorff, de Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Lenaers, Le Pen Marine, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Loones, Lope Fontagné, López Aguilar, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAvan, McClarkin, McGuinness, Maeijer, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Manscour, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Edouard, Martusciello, Matias, Mato, Maullu, Mayer Alex, Meissner, Mélenchon, Mélin, Melior, Melo, Metsola, Michel, Michels, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mlinar, Molnár, Monteiro de Aguiar, Montel, Moraes, Morgano, Morin-Chartier, Morvai, Mosca, Müller, Mureșan, Muselier, Mussolini, Nagy, Negrescu, Neuser, Nica, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, van Nistelrooij, Noichl, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Omarjee, Ożóg, Panzeri, Paolucci, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Parker, Pașcu, Patriciello, Pavel, Petersen, Petir, Picierno, Picula, Piecha, Pimenta Lopes, Piotrowski, Pirinski, Pitera, Pittella, Poc, Poche, Ponga, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Preuß, Proust, Punset, Quisthoudt-Rowohl, Radoš, Rangel, Rebega, Reda, Regner, Reimon, Reintke, Reul, Revault D'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodust, Rolin, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sánchez Caldentey, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Saryusz-Wolski, Sassoli, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Silva Pereira, Sippel, Škrlec, Smith, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sonneborn, Spinelli, Staes, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tolić, Tomašić, Tomc, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Țurcanu, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Valcárcel Siso, Vălean, Valero, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, Werner, Westphal, Wieland, Wierinck, Wikström, Willmott, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Woolfe, Záborská, Zanonato, Zdechovský, Zdrojewski, Zemke, Zijlstra, Zimmer, Žitňanská, Zoffoli, Zovko, Zver, Zwiefka
Skużati:
Crowley, Drăghici, Händel, Kirton-Darling, Kłosowski, Matera, Messerschmidt, Nart, Zorrinho