This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2017/329/08
New national side of euro coins intended for circulation
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
ĠU C 329, 30.9.2017, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
30.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/11 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 329/08)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f'termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Ir-Repubblika ta' San Marino
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-Sena Internazzjonali tat-Turiżmu Sostenibbli għall-Iżvilupp
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri, fiċ-ċentru, il-Pjanta tagħna mdawwar bil-mewġ; fuq il-lemin jidher ċirku bl-ittra A, is-simbolu tad-diżinjatur Andew Lewis. F’forma ta’ arkata, fin-naħa ta’ fuq, il-kitba “TURISMO SOSTENIBILE”, u taħt “SAN MARINO”, u s-sena “2017”; fuq il-lemin l-inizjali tal-inċiżitriċi Uliana Pernazza “UP INC” fuq ix-xellug l-ittra “R” taz-Zekka Taljana li ħadet ħsieb l-istampar.
L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti approvat l-adozzjoni tal-2017 bħala s-Sena Internazzjonali tat-Turiżmu Sostenibbli għall-Izvilupp. L-idea tat-turiżmu sostenibbli tindika tip ta’ vjaġġar li jirrispetta l-pjaneta, li ma jibdilx l-ambjent naturali, soċjali u artistiku u ma jtellifx it-firxa ta’ attivitajiet soċjali u ekonomiċi Huwa tip ta’ turiżmu kuntrarju għat-turiżmu tal-massa u għandu tendenzalment imexxi ‘il quddiem l-ekonomiji l-aktar dgħajfa. Ir-Repubblika ta’ San Marino ddedikat munita kommemorattiva ta’ 2 euro, iddisinjata mill-artist Kanadiż Andrew Lewis dwar din it-tema, sabiex tippromwovi mentalità ġdida u tħajjar lit-turisti jirrispettaw l-ambjent.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Settembru 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).