Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/187/19

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8222 — Knorr-Bremse/Haldex) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 187, 13.6.2017, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/62


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8222 — Knorr-Bremse/Haldex)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 187/19)

    1.

    Fl-1 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avvi ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Knorr-Bremse AG (“Knorr-Bremse”, il-Ġermanja) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Haldex Aktiebolag (publ) (“Haldex”, l-Iżvezja) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Knorr-Bremse tiżviluppa, timmanifattura u tqassam tagħmir u sistemi għal vetturi ferrovjarji u vetturi kummerċjali. Il-portafoll ta’ Knorr-Bremse għall-vetturi kummerċjali jinkludi, inter alia, prodotti tal-brejkijiet bħall-brejkijiet tal-arja (air-disc-brakes) u t-tagħmir li jazzjona l-magna (actuators), sistemi ta’ brejkijiet elettroniċi, sistemi tal-ibbrejkjar anti-lock, valvijiet, assistenza għas-sewwieq, u sistemi għat-trattament tal-arja.

    Haldex tiżviluppa, timmanifattura u tqassam komponenti tal-brejkijiet u sistemi ta’ kontroll tas-suspension tal-arja għal vetturi kummerċjali u trailers. L-attivitajiet tagħha jikkonsistu fil-prodotti tal-brejkijiet, inklużi, inter alia, slack adjusters, brekijiet tal-arja (air-disc-brakes) u tagħmir li jazzjona l-magna (actuators), sistemi ta’ brejkijiet elettroniċi, sistemi ta’ brejkijiet anti-lock, valvijiet u komponenti ta’ trattament tal-arja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8222 — Knorr-Bremse/Haldex, f'dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top