This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2017/148/05
Prior notification of a concentration (Case M.8471 — BC Partners/PSC/Shawbrook) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8471 — BC Partners/PSC/Shawbrook) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8471 — BC Partners/PSC/Shawbrook) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 148, 12.5.2017, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8471 — BC Partners/PSC/Shawbrook)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 148/05)
|
1. |
Fl-4 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha fondi ġestiti minn Pollen Street Capital Limited (“Pollen Street Capital”, ir-Renju Unit) u fondi ġestiti minn BC Partners LLP (“BC Partners”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Shawbrook Group plc (“Shawbrook”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Pollen Street Capital: ditta ta’ ekwità privata ffokata fuq investiment f’negozji tas-settur tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa; — BC Partners: ditta ta’ ekwità privata li tiffoka fuq is-swieq Ewropej u tal-Amerika ta’ Fuq; — Shawbrook: bank speċjalist fis-self u fit-tfaddil fir-Renju Unit speċjalizzat biex iservi intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u individwi fir-Renju Unit permezz ta’ firxa ta’ prodotti ta’ self u tfaddil. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza Każ M.8471 — BC Partners/PSC/Shawbrook, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.