Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/122/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8426 — Linde/PJSC Power Machines/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 122, 19.4.2017, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8426 — Linde/PJSC Power Machines/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 122/08)

1.

Fis-7 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Linde AG (il-Ġermanja) u PJSC Power Machines (ir-Russja) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta, li bħalissa jisimha Linde Power Machines LLC (ir-Russja) permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Linde AG: Linde AG huwa grupp internazzjonali tal-gass u t-teknoloġija attiv fis-setturi tal-gassijiet industrijali, tal-gassijiet mediċi, tat-tagħmir, tal-inġinerija u tas-servizzi. Huwa magħmul minn żewġ taqsimiet tan-negozju ewlenin, it-taqsima tal-gassijiet u t-taqsima tal-inġinerija, u taqsima iżgħar tas-servizzi loġistiċi.

—   għal PJSC Power Machines: PJSC Power Machines huwa manifattur ta’ tagħmir tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u apparat ieħor għall-impjanti tal-enerġija, b’mod partikolari turbini u ġeneraturi, li huwa bbażat ir-Russja.

—   għal Linde Power Machines LLC: Linde Power Machines LLC se tkun attiva fl-inġinerija, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ tagħmir tat-trasferiment tas-sħana għal unitajiet ta’ likwefazzjoni ta’ gass naturali kif ukoll forniment ta’ servizzi relatati u parts tal-bdil u se tkuna attiva primarjament fir-Russja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8426 — Linde/PJSC Power Machines/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top