Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/094/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8413 — Engie/Omnes Capital/Prédica/Engie PV Besse/Engie PV Sanguinet) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 94, 25.3.2017, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8413 — Engie/Omnes Capital/Prédica/Engie PV Besse/Engie PV Sanguinet)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 94/08)

1.

Fis-17 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Futures Energies Investissements Holdings (“FEIH”, Franza), li hija kkontrollata b’mod konġunt minn Engie S.A. (“Engie”, Franza), Omnes Capital (ta’ Franza) u Prédica Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole (“Prédica”, ta’ Franza) li jappartjenu għall-Groupe Crédit Agricole (“GCA”, ta’ Franza), takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Engie PV Besse kollha kemm hi (“Besse”, ta’ Franza) u Engie PV Sanguinet kollha kemm hi (“Sanguinet”, ta’ Franza), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Engie: attiva tul il-katina kollha tal-valur tal-enerġija fl-oqsma tal-gass, l-elettriċità u s-servizzi tal-enerġija;

—   għal Omnes Capital: kumpanija indipendenti għall-ġestjoni tal-assi attiva f'bosta fergħat ta' ekwità privata, fosthom fis-settur tal-enerġija rinnovabbli;

—   għal Prédica: attiva fis-settur tal-assikurazzjoni, Prédica tappartjeni lil GCA li toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji u tal-assikurazzjoni;

—   għal Besse: impjant tal-enerġija fotovoltajka attiv fil-ġenerazzjoni tal-elettriċità fi Franza;

—   għal Sanguinet: impjanti tal-enerġija fotovoltajka attivi fil-ġenerazzjoni tal-elettriċità fi Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8413 — Engie/Omnes Capital/Prédica/Engie PV Besse/Engie PV Sanguinet, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top