This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2017/077/03
Prior notification of a concentration (Case M.8370 — Amundi Immobilier/Malakoff Médéric/TAS Kapstadtring 2) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8370 — Amundi Immobilier/Malakoff Médéric/TAS Kapstadtring 2) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8370 — Amundi Immobilier/Malakoff Médéric/TAS Kapstadtring 2) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 77, 11.3.2017, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/3 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8370 — Amundi Immobilier/Malakoff Médéric/TAS Kapstadtring 2)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 77/03)
|
1. |
Fis-6 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Amundi Immobilier S.A. (“Amundi Immobilier”, Franza) u Malakoff Médéric Group (“Malakoff Médéric”, Franza) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża TAS Kapstadtring 2 GmbH (“TAS Kapstadtring”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Amundi Immobilier: hija attiva fil-qasam tal-ġestjoni tal-assi tal-proprjetà immobbli u hija kkontrollata unikament minn Crédit Agricole S.A. — Malakoff Médéric: huwa attiv fl-industrija tal-protezzjoni soċjali supplimentari. — TAS Kapstadtring: hija l-proprjetarja esklussiva ta’ proprjetà, inkluża binja ta’ uffiċċji, li tinsab f’Hamburg, il-Ġermanja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8370 — Amundi Immobilier/Malakoff Médéric/TAS Kapstadtring 2, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.