Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/069/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8403 — Sumitomo/Musashi Semitsu Industry/Hay Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 69, 4.3.2017, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8403 — Sumitomo/Musashi Semitsu Industry/Hay Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 69/09)

1.

Fl-24 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun) u Musashi Semitsu Industry Co. Ltd (“MSI”, il-Ġappun) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett fuq Hay Holding GmbH (“Hay”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Sumitomo hi kkwotata fil-Borża ta’ Tokjo. Hija kumpanija kummerċjali u ta’ investiment integrata u li hi attiva (i) fil-provvediment ta’ pajpijiet, aċċessorji u servizzi lil kumpaniji fl-industrijia taż-żejt, tal-gass, tal-petrokimika tar-raffinar u tal-manifattura tal-kaldaruni; (ii) fil-prodotti tal-azzar irromblat u prodotti li ma fihomx ħadid; (iii) fis-sistemi tat-trasport u tal-kostruzzjoni; (iv) fir-riżorsi minerali u tal-enerġija; (v) fil-kimiċi u l-elettronika; (vi) fil-kummerċ ta’ oġġetti tal-ikel, il-midja u servizzi bl-imnut u (vii) fl-infrastruttura;

MSI hija kkwotata fil-Borża ta’ Tokjo u tipproduċi komponenti ta’ preċiżjoni għall-kostruzzjoni ta’ vetturi u muturi;

Hay hija kumpanija b’responsabbiltà limitata li timmanifattura partijiet ta’ preċiżjoni tal-fondut u partijiet bil-magni għat-trasmissions, il-magni u d-drivelines tal-karozzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8403 — Sumitomo/Musashi Semitsu Industry/Hay Holding, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top