Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/065/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Kas M.8383 — AMC/Nordic Cinema Group) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 65, 1.3.2017, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Kas M.8383 — AMC/Nordic Cinema Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 65/05)

1.

Fit-22 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AMC Entertainment Holdings, Inc. (“AMC”, l-Istati Uniti tal-Amerka), proprjetà ta' Dalian Wanda Group (iċ-Ċina) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Nordic Cinema Group Holding AB kollha kemm hi (“NCG”, l-Iżvezja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal AMC: il-forniment ta’ servizzi ta’ wirjiet taċ-ċinema fl-Istati Uniti tal-Amerika u partijiet tal-Ewropa; Dalian Wanda Group huwa involut fi tliet attivitajiet prinċipali ta’ negozju — proprjetajiet kummerċjali, kultura u finanzi u jipprovdi wkoll servizzi ta’ wirjiet taċ-ċinema fl-Awstralja u fiċ-Ċina, u l-produzzjoni tal-films u servizzi ta’ distribuzzjoni fiċ-Ċina,

—   għal NCG: tħaddim ta’ swali taċ-ċinema fl-Iżvezja, il-Finlandja, in-Norveġja, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja u l-forniment ta’ distribuzzjoni ta’ films taċ-ċinema u riklamar fuq l-iskrin taċ-ċinema.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8383 — AMC/Nordic Cinema Group, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top