Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/042/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8223 — Micro Focus/HPE Software Business) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 42, 9.2.2017, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8223 — Micro Focus/HPE Software Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 42/07)

1.

Fl-1 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Micro Focus tar-Renju Unit takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju tas-software ta' Hewlett Packard Enterprise Company (“HPE”, l-Istati Uniti tal-Amerka). It-tranżazzjoni proposta ultimament se tiġi effettwata permezz tal-amalgamazzjoni ta' sussidjarja ta’ Micro Focus ma’ u f'sussidjarja li għadha kif ġiet kostitwita ta' HPE, li se żżomm in-negozju tas-software ta’ HPE. Barra minn hekk, Micro Focus (permezz tas-sussidjarja tagħha SUSE LLC “SUSE”) u HPE daħlu fi ftehim skont liema, HPE se tittrasferixxi lil Mikro Focus ċerti assi relatati ma’ “Helion OpenStack” u “l-prodotti Stackato” ta' HPE.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Micro Focus: soluzzjonijiet ta' żvilupp u mainframe ta' COBOL (lingwa ta’ programmar), soluzzjonijiet għall-aċċess tal-identità u s-sigurtà, għodda ta' ġestjoni ta' żvilupp u operazzjonijiet tal-IT, soluzzjonijiet ta’ konnettività ospitanti, soluzzjonijiet ta’ kollaborazzjoni u networking u SUSE, sistema operattiva ta’ sors miftuħ.

—   għan-negozju ta’ software ta' HPE: l-iżvilupp ta’ prodotti ta' software ta’ intrapriża, inklużi software għal ġestjoni ta’ software kummerċjali, ġestjoni ta' applikazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, ittestjar tal-applikazzjoni mobbli, l-analitika tal-big data, ġestjoni servizzi u ta’ portafolli, awtomazzjoni u orkestrazzjoni, u sigurtà tal-intrapriżi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8223 — Micro Focus/HPE Software Business, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top