Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/485/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8271 — Hitachi Chemical Company/FIAMM/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

ĠU C 485, 28.12.2016, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 485/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8271 — Hitachi Chemical Company/FIAMM/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 485/03)

1.

Fid-19 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Hitachi Chemical Company Ltd (“HCC”, il-Ġappun) ikkontrollata minn Hitachi Ltd u FIAMM SpA (“FIAMM”, l-Italja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tan-negozju tal-batteriji tal-aċidu taċ-ċomb ta' FIAMM permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal HCC: il-produzzjoni ta’ materjali funzjonali bħal materjali elettroniċi, materjali inorganiċi, materjali għax-xjenza tal-polimeri u materjali għal ċirkwiti stampati u l-produzzjoni ta’ komponenti u sistemi avvanzati, bħal prodotti tal-karozzi, apparati ta’ ħżin tal-enerġija, komponenti tal-elettronika u aġenti u strumenti dijanjostiċi oħra,

—

għal FIAMM: il-manifattura ta’ komponenti tal-karozzi bħal ħornijiet, antenni u batteriji startjaturi u batteriji industrijali (stand-by),

—

L-impriża konġunta (joint venture, JV) tkopri l-batteriji tal-aċidu taċ-ċomb tal-karozzi u batteriji industrijali ta’ FIAMM, li se tkun kontrollata b’mod konġunt minn HCC u FIAMM.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8271 — Hitachi Chemical Company/FIAMM/JV, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top